Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal Marsaskala – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitlesta x-xogħol ta’ servizzi infrastrutturali fit-triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal Marsaskala peress li ilu kważi 3 xhur wieqaf? X’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol waqaf b’riskju kbir għal kull min juża din it-triq permess ta’ vettura jew bil-mixi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett indikat huwa ppjanat li jitlesta matul it-tielet (3) kwart ta’ din is-sena. Il-proġett indikat esperjenza waqfien relatat ma’ dewmien fil-wasla tal-materjal. Ix-xogħol ser jitkompla fil-jiem li ġejjin.

Catering establishments – sussidju fuq ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19955 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk hux ser ikun possibbli li sidien ta’ catering establishments jibdew jirċievu sussidju fuq ħaddiema (wage supplement) li daħlu jaħdmu mal-istabbiliment tagħhom wara Mejju 2020 u dan biex ikunu jistgħu jżommu lil dawn il-ħaddiema fuq il-kotba tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sidien tal-catering establishments diġa' bdew jirċievu il-wage supplement għall-haddiema li ġew ingaġġati wara l-aħħar ta' Mejju u kienu replacements għal impjegati li rriżenjaw voluntarjament mix-xogħol tagħhom. Dawn il-ħaddiema bdew jitħallsu il-wage supplement minn Ottubru 2020.

Ta’ Xbiex – xatt — tarmak u drenaġġ

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 19298 u 19534, tista’ l-Ministru tgħid meta ser jibda x-xogħol neċessarju matul Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li kif diġa ġie indikat fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari 19534, hemm numru ta’ proġetti ppjanati biex jindirizzaw nuqqas ta’ ppjanar serju fil-passat fl-akkwati. 1. Proġett fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex (in-naħa li tieħdok lejn il-Belt), it-tender qiegħed fi stadju ta’ aġġudikazzjoni u hu mistenni li x-xogħol jibda’ lejn l-aħħar nofs ta’ din is-sena. 2. Proġett fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex (in-naħa tal-knisja), fejn ix-xogħol kien beda imma minħabba nuqqas ta’ progress sodisfaċenti fix-xogħlijiet, il-Korporazzjoni ħadet il-passi biex dan il-kuntratt jiġi tterminat u jiġi allokat lil kuntrattur ieħor skont ir-regolamenti applikabli. Dan ix-xogħol mistenni jitkompla immedjatament malli jispiċċa dan il-proċess. 3. Upgrade tal- pumping stations , biex dawn ikunu jifilħu għad-domanda preżenti u anke tal-futur. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun lest lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Ma dawn trid iżżid numru ta’ proġetti oħra li l-Korporazzjoni qed tikkollabora fuqhom ma’ Infrastructure Malta. Dawn il-proġetti flimkien se jkunu qegħdin isaħħu n-networks u l-infrastrutura tal-Korporazzjoni u jnaqsu/jeliminaw ħafna mill-inkonvenjent preżenti.

Bord tal-Koperattivi — laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Koperattivi kull sena, sena b’sena, mill-2013 sal-lum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena Numru ta’ drabi li l-Bord ltaqa’ 2013 13 2014 13 2015 8 2016 8 2017 6 2018 10 2019 7 2020 7 2021 2

Konċessjoni għat-tiftix u tħaffir taż-żejt

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il konċessjoni għat-tiftix u t-tħaffir taż-żejt ingħatat mill-2013 sal-lum, x'tip ta' konċessjoni ngħatat, lil min, u fejn ingħataw?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija lill-kumpanija — eżitu

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bl-eżitu s’issa tal-liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzji attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’liċenzji hemm attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt? Tista’ tgħid ukoll għal liema żona u lil liema kumpanija huma mogħtija? Tista’ tagħti l-eżitu s’issa mill-esplorazzjoni li twettqet minn kull liċenzjat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Esplorazzjoni ta’ bjar minn kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il bir ġie esplorat mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f'dawn l-għaxar snin li ilha li ngħatat il-liċenzja għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Miri għal attrazzjoni ta’ niċeċ ġodda ekonomiċi

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk il-Gvern għandux bħala mira li jattira lejn Malta niċċa partikolari speċifika ekonomika u li tiġġenera impjiegi ta’ kwalità u long term, fil-ħames snin li ġejjin u jekk iva, x’inhi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ġie rrapurtat fil-mistoqsija parlamentari 18500, ġew attirati diversi niċeċ ekonomiċi ġodda lejn Malta bejn 2014 sal-lum tant illi dan kien rifless f’żieda bla preċedent ta’ mpjiegi u tkabbir ekonomiku record, sena wara l-oħra għall-perjodu ndikat. Fost niċeċ ekonomiċi ġodda wieħed isib Kannabis għall-Użu Mediċinali; medical technology; kumpaniji relatati ma’AI u teknoloġija avvanzata; edukazzjoni u taħriġ; digital games u kif imħabbar dan l-aħħar qed tinħoloq eko-sistema għad-drones fost oħrajn.

Għawdex – proġett tas-second class water għall-bdiewa

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tas-second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma? Tista’ tgħid meta hu ppjanat li jitlesta l-kumplament ta' dan il-proġett (xahar u sena) ġewwa l-gżira ta' Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm madwar 831 metru ta’ mains ġodda lesti u hemm madwar 340 persuna li diġa qed jibbenefikaw minn aċċess għal dan l-ilma. Il-ħlas għall-użu ta’ l-ilma huwa skond ir-raba’ skeda tat-tariffi tal-ilma (LN 210/2017). Dan l-investiment ta’ madwar ħames miljun Ewro fuq estensjonijiet tan-network tan-New Water f’Għawdex, huwa mistenni li jitlesta kompletament f’Marzu tal-2022 biex b’hekk inkunu qed noffru iżjed opportunitajiet lill-bdiewa tagħna biex itejbu u jkabbru l-operat tagħhom filwaqt li nissalvagwardjaw l-ilma tal-pjan.

Dipartiment tal-Blata Kontinentali – rapporti siżmiċi

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti siżmiċi li ġew imħejjija mid-Dipartiment tal-Blata Kontinentali mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għasel — tindif

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19694 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-mistoqsija parlamentari 19560 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li jitnaddaf Wied il-Għasel fil-Mosta peress li l-post huwa attrazzjoni għal numru kbir ta’ nies li jħobbu jmorru jimxu fil-kampanja?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa f`Wied il-Għasel qed isir xogħol infrastrutturali fuq tmien (8) digi minn Parks Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali (MTIP). Dan ix-xogħol beda matul ix-xahar ta’ Ġunju tas-sena 2020 u huwa mistenni li jiġi konkluż fl-aħħar tas-sena 2021. Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant għandu jifhem li matul dawn ix-xogħlijiet ta` tħammil ta` dawn id-digi minn Wied il-Għasel sa Wied Santa Katarina ċertu inkonvenjent ikun mistenni f’tali sit.

Construction Industry Scheme — budget allokat mill-Malta Enterprise

Question

Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Construction Industry Scheme li tnediet f'dawn l-aħħar ġimgħat mill-Malta Enterprise, u tgħid kemm hu l-Bagit allokat għal din l-iskema u kemm daħlu sottomisjonijiet għal din l-iskema u kemm hu l-valur tas-sottomisjonijiet li daħlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-baġit allokat għal din l-iskema hu ta’ €4 miljuni. Il-Malta Enterprise rċeviet total ta’ 93 applikazzjoni li qed jiġu evalwati.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u tgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ 19253.

Indis Malta – proġetti infrastrutturali fix-Xewkija Industrial Estate

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Indis Malta – proġetti fix-Xewkija Industrial Estate

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.