Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Artijiet – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tad-direct orders kollha li ngħataw mill-Awtorità tal-Artijiet sa minn meta twaqqfet sa meta titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jindika kull direct order għal liema tip ta' xiri ngħatat? Jista' jindika wkoll għal kull direct order, min irċieva l-ħlas u kemm kien l-ammont?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Għawdex: ix-Xagħra – aċċess pubbliku għall-bajja ta’ Għajn Barrani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix aċċess pubbliku għall-bajja pittoreska ta' Għajn Barrani fil-limiti tax-Xagħra Għawdex? Jekk le, jista' jgħid x'beħsiebha tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet biex ikun hemm dan l-aċċess?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-medja tal-Kamra pjanta u ritratt tal-art fl-inħawi tal-Bajja ta’ Għajn Barrani, Limiti tax-Xagħra Għawdex. Skond il-pjanta jidher li għall-bajja imsemmija hemm aċċess permezz ta’ trejqa u passaġġ (immarkata b’sinjal blue) fuq art irreġistrata f’isem il-Gvern ta’ Malta.

Għawdex – artijiet esproprjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm artijiet ġew esproprjati mill-Gvern tul din il-leġiżlatura f'Għawdex, maqsuma lokalità b'lokalità? Kemm hu l-valur li tħallas jew li għad irid jitħallas għal kull waħda minn dawn il-proprjetajiet? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma suġġetti għal litigazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba u ngħarrfu li ebda propjeta indikata sa lluim ma hija suġġetta għal litigazzjoni.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16866, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2018/1972

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE 2018/1972 tenut kont tal-fatt li l-implimentazzjoni tagħha trid isir sal-21 ta’ Diċembru 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed ikun iffinalizzat id-dokument li ser jkun qigeħed jiġi ppubblikat għal konsultazzjoni.

Għawdex: Għasri — esproprjazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika lill-Awtorità tal-Artijiet iż-żona li qed jirreferi għaliha fuq pjanta, sabiex l-Awtorità tkun f’pożizzjoni aħjar li tirrispondi.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - Attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Batching plants

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15781, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-liġi biex ikunu jistgħu joperaw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Djar tal-Anzjani – vouchers maħruġa minħabba l-COVID-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk residenti fid-Djar tal-Anzjani jew oħrajn fejn tingħata kura u assistenza, irċevewx il-vouchers tal-Gvern maħruġa in relazzjoni mal-imxija tal-COVID-19? Jekk le, jista' jispjega r-raġunijiet u jekk hemmx ħsieb illi dawn il-persuni jirċievu l-vouchers ukoll?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 16064.

Air Malta — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Air Malta? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16848, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu ħaddiema mill-Ministeru u kemm kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari bin-numru 16848, titlob tagħrif dwar ħaddiema tas-settur pubbliku u għaldaqstant ħaddiema tal-entitajiet.

Awtorità tal-Artijiet – proċess ta’ digitisation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex għaddej proċess fl-Awtorità tal-Artijiet biex il-files kollha li hemm ikunu digitised b’mod intelliġenti (jiġifieri, mhux scanned)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab fil-proċess ta’ scanning tal-files kollha għad-dispożizzjoni tagħha, bħala parti mit-tħejjija ta’ strateġija ‘paperless’. Dan qed tagħmlu sabiex tnaqqas l-użu ta’ files fiżiċi.

Ħal Far – Proġett ta’ Ċentru ta’ distribuzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett li kien tħabbar f’Marzu 2017 li kien jikkonsisti minn Ċentru ta’ distribuzzjoni ġewwa Ħal Far minn kumpanija ta’ Supermarkets internazzjonali? Jista’ jikkonferma jekk dan il-proġett hux ser isir jew le u jekk iva meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan l-imsemmi proġett u kemm hu ppjanat li jħaddem nies?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Gozo Channel (Holding) Company Ltd — accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts ta’ dawn l-aħħar sitt snin tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-financial Statements tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd sa minn mindu twaqqfet fl-2016 sal-aħħar financial Statement approvati għas-sena 2018.

Qasam Industrijali ta’ Għawdex – spazji mikrija

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm spazju mikri fil-Qasam Industrijali ta' Għawdex u kemm għad spazju x'jinkera fl-istess qasam industrijali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li fiż-żona industrijali tax-Xewkija,INDIS Malta Ltd tamministra ċirka 98,000 metri kwadri ta’ propjeta’ industrijali. Minn dan l-ammont hemm biss propjeta ta’ ċirka 200 metru kwadru disponibbli għall-allokazzjoni.

Malta Enterprise – Attrazzjoni tal-Iżvilupp f’Għawdex – nies dedikati

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm Malta Enterprise għandha nies dedikati għall-attrazzjoni tal-iżvilupp f'Għawdex kif ukoll sabiex jieħdu ħsieb l-investiment diġà eżistenti f'Għawdex u fejn huma bbażati, jekk mhux f'Malta jew f'Għawdex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Chairpersons ta’ Bordijiet — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett ta’ Taxiway Lima — tenders

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-kamra dwar il-proġett tat-Taxiway Lima u jgħid meta huma ppjanati li joħorġu t-tenders tax-xogħol infrastrutturali għal dan il-proġett, fejn huwa maħsub li jiġu ppubblikati dawn it-tenders u kemm hu stmat li ser jiswa dan il-proġett?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li x-xogħol huwa stmat li ser iqum madwar €8 miljun ewro. L-abbożż finali tad-dokument tas-sejħa bħalissa qed jiġi proċessat għal vetting finali tad-dipartiment tal-kuntratti qabel jiġi ppubblikat.

Gozo Innovation Hub – Spazju — kera

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm għad hemm spazju x'jinkera fil-Gozo Innovation Hub?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sakemm kienet mwieġba din il-mistoqsija kien hemm ċirka 2,500 metru kwadru ta’ spazju industrijali li għadu jrid jiġi allokat.