Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W157.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W176.
Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ssemmew fil-kumpilazzjoni li skont il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) għadhom meqjusa bħala fit and proper?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Bord tad-Diretturi ta’ l-Awtorità msemmija m’għandux il-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li qabel dawn l-akkużi, skont il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) ma kenux meqjusa bħala fit and proper?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19213.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomiija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11927 u jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12039 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed tieħu l-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-użu tal-Artifical Intelligence f’Malta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta se tkun qed timplimenta l-Att dwar l-Intelligenza Artificjali hekk kif jiġi fis-seħħ ir-Regolament tal-UE.
L-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta qed tieħu l-passi neċessarji biex tassigura li Malta tibqa’ fuq quddiem fejn tidħol ir-regolamentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali (IA), u dan qed tagħmlu bl-aġġornar tal-qafas leġiżlattiv liema abbozz jinsab fi stadju tal-Ewwel Qari fil-Parlament. Dan il-qafas sussegwentament jippermetti li tiġi ppublikata l-leġiżlazzjoni sussidjarja dwar ir-regolamentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali kif tkun delinejata mir-Regolament tal-UE.
Barraminnhekk, l-Awtorita’ diġa’ bdiet il-ħidma f’dan ir-rigward permezz tat-tisħiħ fil-kapaċitajiet, taħdidiet ma’ entitajiet kompetenti oħra sabiex jiġu delinjati r-responsabbilitajiet, diskussjonijiet tekniċi mal-operaturi ekonomiċi u mal-Kummissjoni Ewropeja, l-aġġornar tas-sistemi u informazzjoni lill-pubbliku inġenerali. L-Awtorità qiegħda tmexxi wkoll riallinjament tal-istrateġija u l-viżjoni ta’ Malta dwar l-IA fil-kuntest tal-avvanzi regolatorji fost l-oħrajn.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti li għandhom liċenzja ta’ lukanda f’Malta u f’Għawdex u għal kull liċenzja jagħti:
i. L-isem tal-lukanda;
ii. Il-lokalità li tinsab fiha;
iii. In-numru ta’ kmamar/sodod liċenzjati;
iv. Il-kategorija (i.e. numru ta’ stilel);
v. Is-sena li fiha nħarġet il-liċenzja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
MTA – Applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzja ta’ lukanda
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-applikazzjonijiet li hemm pendenti għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal liċenzja ta’ lukanda f’Malta u f’Għawdex u għal kull applikazzjoni jagħti:
i. L-isem tal-lukanda;
ii. Il-lokalità li tinsab fiha;
iii. In-numru ta’ kmamar/sodod liċenzjati;
iv. Il-kategorija (i.e. numru ta’ stilel);
v. Id-data tal-applikazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W136.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik id-Direttiva li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapri¿a u Proġetti Strateġiċi u li għandha skadenza għat-traspo¿izzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti:
Direttiva
Skadenza
Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar oqsma ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar mi¿uri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza
17/07/2024
Din id-Direttiva ġiet parzjalment trasposta fil-liġi nazzjonali għajr għall-Artikolu 28 li għandu data ta’ skadenza 17/07/24
Jista’ l-Ministru jgħid jekk issirx differenza fit-trattament ta’ każijiet fejn jidħlu titoli ta’ kera u ċens tal-artijiet industrijali u proprjetajiet oħra industrijali u użati għal skop ta’ kummerċ, amministrati mill-INDIS (u mill-Gvern)? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-INDIS għandhiex policy miktuba ta’ kif għandha timxi fir-rigward ta’ kif u liema proprjetajiet ikunu b’ċens u liema għandhom ikunu b’kera u skont liema kriterji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni taħt ċens jew kera ta’ proprjetà u/jew artijiet industrijali jiddependi mit-tip ta’ industrija u mill-ammont ta’ investiment li jkun ser isir, dejjem jekk ikun hemm art jew propjeta’ disponibbli għat tip ta’ investiment propost.
INDIS – Proprjetajiet li bbenefikaw minn fondi Ewropej/tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-INDIS għandhiex policy miktuba dwar kif tittratta proprjetajiet li l-investimenti fuqhom ikunu bbenefikaw minn fondi Ewropej u/jew tal-Gvern, jekk dawn il-proprjetajiet jiġux trattati b’mod differenti fil-politika tal-INDIS, u jekk fl-affermattiv kif jiġu ttrattati b’mod differenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-INDIS timxi mal-obbligi li jkun hemm stipulati f’ “grant agreement” speċifiku għall-kull proprjetà fejn jirrigwarda proprjetà industrijali finazjata taħt Fondi Ewropej u anke fejn ikun hemm parti ffinanzjata mill-Gvern.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li għas-sena 2024 attendejt l-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri responsabbli mit-Telekomunikazzjoni fit-tnax ta’ April.
Laqgħat oħra għadhom qedgħin jiġu ppjanati.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fit-28 ta’ April 2023 ‘Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Evans building (Valletta) site as a superior quality tourism accommodation establishment’ u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni għas-sejħa MSPP/02/2022 huwa magħluq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista: “Waqt il-pandemija, l-internet kien l-uniku mezz li bih ħafna anzjani setgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom. Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn” ġietx implimentata u jekk iva jagħti d-dettalji dwarha?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.