B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6928, peress illi dan il-każ ilu erba’ snin pendenti, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun iffinalizzat il-proċess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6928, fil-ġranet li ġejjin, il-proprjetà inkwistjoni (li tirreferi għall-fajl A 104/2005) ser tiġi reġistrata f’isem il-Gvern ta’ Malta fi ħdan ir-Reġistru tal-Artijiet.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista komprensiva ta’ kull kuntratt, bħalissa attiv u fis-seħħ, li l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li hu responsabbli minnhom għandhom mal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jew il-kumpaniji li jifforma parti minnhom, inkluż dawk ta’ project management? Jista’ wkoll jinkludi lista ta’ pagamenti li ngħata l-istess individwu jew il-kumpanniji tiegħu mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu b’konnessjoni ma’ dawn il-kuntratti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. L-Onor interpellant qiegħda tingħata wkoll il-fakultà li tara d-dokumenti relattivi personalment flimkien man-nies teknici min-naħa tal-Indis sabiex tkun tista’ tistaqsi d-domandi li tixtieq.
Dwana – investiment permezz ta’ fondi Ewropej fis-sena 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment ġdid sar fid-Dwana permezz ta’ fondi Ewropej matul l-2022? Kemm jiswa dan l-investiment?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 id-Dwana ntgħażlet għall-proġett iffinazjat taħt il-Customs Programm b’fondi li jammontaw €52,213,86 bil-għan li toprovdi support biex tidentifika u tiżviluppa metodi ġodda għal kollaborazzjonijiet fuq IT u proġetti oħra futuri.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — persuni rreġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7365, jaħseb il-Ministru li l-Għar tal-Mixta fin-Nadur, li skont it-tweġiba tiegħu huwa mikri lil terzi, għandu jittieħed lura mill-Gvern, stante li dan huwa Għar ta' importanza kbira u qed iżuruh eluf ta' turisti u Maltin kull xahar peress li spiċċa wieħed mill-postijiet l-aktar imfittxijin f'Għawdex u jinsab fi stat li qed tiġrilu ħsara kbira peress li ħadd mhu qed jieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa m’hemmx ħsieb li tiġi tterminata l-kirja attwali.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar bejn l-INDIS Malta u l-operaturi li ser ikunu qed jutilizzaw il-binja fil-fond li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li INDIS m'għandha l-ebda biċċa art jew fabbrika f'Kordin Industrial Estate bin-numru ta' referenza kif ikkwotat fid-dettalji li qed ngħataw separatament.
Nadur, Għawdex – Għar tal-Mixta – kuntratt tal-kirja
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kirja lill-individwu jew individwi privati tal-Għar tal-Mixta fin-Nadur, Għawdex? Jista' jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli jittermina l-kirja ta' dan is-sit ta' importanza kbira għat-turiżmu f'Għawdex u jittieħed lura mill-Gvern u ssir il-manutenzjoni li hemm bżonn?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qbiela preżenti ilha tiġedded sens b’sena mil-1982.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sitt safriet f’din il-leġiżlatura li kienu jirrikjedu ħlas tar-roaming. Il-ħlas sħiħ tiegħi u ta’ membri tal-istaff li akkumpanjawni kien ilaħħaq għal medja ta’ €266.
Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jidhru separatament infurmatni li ma kellhiex laqgħat ma' rappreżentanti tas-soċjetajiet indikati.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.
Tibdil f’kuntratt għall-għoti ta’ art b’ċens temporanju
Question
Fid-dawl li b’kuntratt fl-atti tan-Nutar li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, datat 16 ta’ Frar 1961, il-Gvern, permezz tal-Kummissarju tal-Artijiet, ta b’ċens temporanju l-art magħrufa bħala Cresta Quay ġewwa l-bajja ta’ San Ġorg, San Ġiljan, lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdiliet fil-kundizzjonijiet li l-Gvern impona fuq il-kumpanija msemmija f’dan il-kuntratt? Jekk iva, jista’ jgħid meta saru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn it-tibdiliet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-kuntratt immur lura għas-16 ta’ Frar 1961 l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Bord tad-Diretturi ta' Kordin Grain Terminal? Kemm huwa s-salarju tagħhom rispettivament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tad-Diretturi ta' Kordin Grain Terminal m’għandhomx salarju iżda għandhom honoraria. Il-Bord huwa kompost minn:
Borg Ian
Chairman
Cuschieri Claudia
Director
Abela Donatielle
Director
Galea Jeremy
Director
Grech Remenda
Deputy Chairman,
Scicluna Vernalise
Director
Sharlo Camilleri
Company Secretary
Zammit Christian
Senior Deputy Chairman
Farrugia Nathalie
Director
Gerada Dario
Director
Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħi infurmani li fil-kapaċità tiegħu ta’ Segretarju Permanenti ta’ dan il-Ministeru huwa ma kellu l-ebda laqgħat ma’ individwi rappreżentattivi tas-Soċjetajiet indikati.
L-istess Segretarju Permanenti infurmani wkoll li fil-passat ġieli attenda xi laqgħat ta’ natura teknika, legali u/jew klinika jew bħala parti minn Steering Committee u li għalihom seta’ kien hemm xi individwi rappreżentattivi tas-Soċjetajiet indikati, iżda huwa m’għandux rendikont ta’ tali laqgħat.
Għawdex – Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma – twaqqigħ ta’ numru ta’ stallel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6304 dwar ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' numru ta' stalel taż-żwiemel fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta’ Xħajma minħabba li ngħad li kienu f'qagħda perikoluża, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi u fid-dawl li l-ispiża biex twaqqgħu kienet tammonta għal €224,466.80c jgħid min għamel dan ix-xogħol ta' twaqqigħ u kif intgħażel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt Elzan Constructions Ltd jifforma parti minn pool tà 5 kuntratturi magħżula abbażi tà framework agreement li jagħti lill-Awtorita l-facilita li jkollu kuntrattur immedjat għad-disponżizzjoni tagħha għal tali xogħlijiet u oħrajn simili.
Birgu – Casino di Venezia u hotel – sejħa għall-offerti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex dak li qabel kien il-Casino di Venezia u l-hotel ta’ ħdejh, fix-Xatt tal-Birgu, jerġgħu joħorġu għall-offerti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4464.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex il-parti tal-bini fix-Xatt ta’ Bormla li qabel kienet okkupata fi ħdan id-Dock No. 1 jiġi rranġat billi qed issir il-ħsara sew fih?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit inkwistjoni, fih medda ta’ mhux inqas minn tliet mija u ħamsin metru ta’ bini kontinwu, hemm bini li diġà ġie irrestawrat u qiegħed jintuża mill A.U.M, kif ukoll bini illi għadu mhux funzjonali u lanqas beda x-xogħol ta’ restawr fuqu iżda, hemm applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Għaldaqstant ikun aħjar jekk jiġi indikat b’mod preċiż liema hu dan il-bini fejn bħalissa qiegħeda ssir l-allegata ħsara.
Rabat, Għawdex – Triq Marsalforn — rikostruzzjoni tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi Ewropej għar-rikostruzzjoni ta' Triq Marsalforn, mir-Rabat għal Marsalforn?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li sal-lum il-ġurnata għad m’hemmx fondi Ewropej approvati għar-rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn, mir-Rabat għal Marsalforn.
Awtorità tal-Artijiet — Tas-Sliema – Fond – encroachment, clearance, title jew ftehim
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x'forma ta’ encroachment, clearance, title jew ftehim ingħata/ingħataw mill-Awtorità tal-Artijiet jew mill-Gvern fuq is-sit li huwa okkupat mill-fond f’Tas-Sliema li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jippreżenta kopja ta’ dawn l-encroachments, ftehimiet jew clearances?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta' l-Artijiet tikkonferma li s-sid ingħata l-kunsens sabiex japplika għal permess ta’ żvilupp ma l-Awtorità tal-Ippjanar, kif inhi l-prassi normali. L-Awtorità tal-Artijiet tkun tista' tagħti Encroachment Concession biss jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-permessi tagħha.