L-Università ta’ Malta – Studenti gradwati li kellhom iktar minn 60 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li meta gradwaw mill-Università ta’ Malta kellhom iktar minn 60 sena f’dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ġiet provduta lil dan il-Parlament permezz ta' tweġiba Parlamentari għall-mistoqsija Parlamentari numru 35150 tal-leġiżlatura XIV. Infurmat li ma kienx hemm żviluppi oħra wara dawn it-tweġiba Parlamentari. Infurmat li fl-aħħar 10 snin gradwaw total ta’ 220 student li kellhom iktar minn 60 sena. Infurmat li fis-sena akkademika 2015/16 gradwaw total ta' sitt studenti b'Diploma, sitt studenti b'baċellerat, 10 studenti b'masters, u żewġ studenti b'Dottorat (Doctor of Philosophy/Professional Doctorate). Fis-sena 2016/17 gradwa student wieħed b'Diploma, erba' studenti b'baċellerat, student wieħed b'Ċertifikat Postgradwat, tmien studenti b'masters, u żewġ studenti b'Dottorat. Fis-sena 2017/18 gradwaw żewġ studenti b'Diploma, tlett studenti b'baċellerat, 11-il student b'masters, u żewġ studenti b'Dottorat. Fis-sena 2018/19 gradwaw sitt studenti b'Diploma, ħames studenti b'baċellerat, 12-il student b'masters, u żewġ studenti b'Dottorat. Fis-sena 2019/20 gradwaw ħames studenti b'Diploma, sitt studenti b'baċellerat, disa' studenti b'masters, u student wieħed b'Dottorat. Fil-perjodu ta' Novembru 2021 / Marzu 2022 gradwaw erba' studenti b'Diploma, żewġ studenti b'baċellerat, 15-il student b'masters, u tlett studenti b'Dottorat. Fil-perjodu ta' Novembru 2022 / Marzu 2023 gradwaw sitt studenti b'Diploma, erba' studenti b'baċellerat, 12-il student b'masters, u student wieħed b'Dottorat. Fil-perjodu ta' Novembru 2023 / Marzu 2024 gradwaw ħames studenti b'Diploma, tmien studenti b'baċellerat, 16-il student b'masters, u seba' studenti b'Dottorat. Fil-perjodu ta' Novembru 2024 / Marzu 2025 gradwaw tlett studenti b'Diploma, sitt studenti b'baċellerat, tlett studenti b'Diploma Postgradwata, tmien studenti b'masters, u żewġ studenti b'Dottorat. Fil-perjodu ta' Novembru 2025 / Marzu 2026 gradwaw erba' studenti b'Diploma, u seba' studenti b'baċellerat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux pjan nazzjonali sabiex il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Gvern jiġu mmodernizzati u jekk iva, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti deskrizzjoni dettaljata tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob hija dik li ngħatat fi tweġiba parlamentari 1138.
Jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjoni saret mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja qabel ġiet implimentata l-Komunikazzjoni maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) Nru /04/2026 dwar il-provvista ta’ tagħlim online u blended?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Komunikazzjoni MFHEA/04/2026 inħarġet mill-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) bil-għan li tiċċara l-kundizzjonijiet applikabbli għal entitajiet prospettivi li jkunu qed japplikaw għal liċenzja ġdida sabiex joperaw bħala istituzzjonijiet tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla kompletament online. Infurmat li din tapplika għal applikanti ġodda u ma taffettwax istituzzjonijiet diġà liċenzjati jew applikazzjonijiet li kienu diġà bdew il-proċess ta' liċenzjar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 923 u jgħid kemm hemm pannelli solari installati fuq skejjel u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, id-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġiet installata, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bħalissa hawn 22 skola madwar Malta u Għawdex li għandhom pannelli solari installati u jiġġeneraw l-enerġija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li ttieħed il-ground fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-iskop ta’ din id-deċiżjoni u x’alternattivi ġew offruti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tkun iktar speċifika fil-mistoqsija tagħha, fosthom għal liema grawnd qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid, f’numri assoluti u persentaġġi, kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tagħrif hu dak fit-tweġiba parlamentari 35149 tal-leġiżlatura XIV.
Jista’ l-Ministru jgħid, f’numri assoluti u persentaġġi, kemm hemm mature students (iktar avvanzati fl-età) mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tagħrif hu dak fit-tweġiba parlamentari 35148 tal-leġiżlatura XIV.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema età persuna hija kkunsidrata bħala matura u għalhekk ma jkollhiex għalfejn ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-Università?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tagħrif hu dak fit-tweġiba parlamentari 35147 tal-leġiżlatura XIV.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li attendew l-Università tat-Tielet Età sa Ġunju 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ġiet provduta lil dan il-Parlament permezz ta' tweġiba Parlamentari għall-mistoqsija Parlamentari numru 35144 tal-leġiżlatura XIV, u cioe’ li fl-Universita ta’ Malta bħalissa hemm 782 persuna li qed jattendu l-Universita tat-Tielet Etá
Infurmat li ma kienx hemm żviluppi oħra wara din it-tweġiba Parlamentari.
L-U3As jikkostitwixxu ċentri soċjo-kulturali fejn l-anzjani jiksbu għarfien ġdid f’ambjent pjaċevoli u bi proċessi ta’ tagħlim adegwati. L-udjenzi fil-mira tagħhom huma nies fit-tielet età tal-ħajja - jiġifieri, il-fażi tal-ħajja kkaratterizzata minn distakk relattiv minn karrieri professjonali stressanti u responsabbiltajiet eżiġenti fit-trobbija tal-familja fost l-ohrajn. Infurmat li l-Università tat-Tielet Età (U3E) tal-Università ta' Malta toffri korsijiet edukattivi għall-adulti 'l fuq minn 60 sena. Infurmat li l-membri jistgħu jattendu lekċers fuq firxa wiesgħa ta' suġġetti anke mingħajr ebda rekwiżiti akkademiċi. Infurmat li dan isir f’ diversi ċentri madwar Malta u Għawdex, sitta f’Malta u tnejn f’Għawdex.
MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Programmi f’livelli MQF 5 sa 8
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 5 sa 8?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha 72 -il applikazzjonijiet pendenti għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 5 sa 8.
MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Programmi f’livelli MQF 1 sa 4
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 1 sa 4?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha 60 programm fil-livelli MQF 1 sa 4 li bħalissa jinsabu għaddejjin minn proċess ta’ evalwazzjoni għall-akkreditazzjoni.
MFHEA – Liċenzji maħruġa u programmi edukattivi akkreditati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) f’Mejju 2026, u kemm ġew akkreditati programmi fl-istess xahar? Jista’ wkoll jelenka liema kienu l-liċenzji maħruġa u l-programmi edukattivi akkreditati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’Mejju 2026, l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), ħarġet liċenzja waħda. Fl-istess perjodu, l-Awtorità akkreditat total ta’ għoxrin (20) programm. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ programmi li ġew akkreditati:
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni universitarja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha żewġ (2) applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni universitarja u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Edukazzjoni avvanzata u ogħla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata u ogħla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni ogħla?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-MFHEA kellha 20 applikazzjoni minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni ogħla u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li MFHEA kellha 16-il applikazzjoni minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
Special Access Arrangements – Studenti fil-livell avvanzat
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell avvanzat (Advanced level) f'dawn is-suġġetti :
i. Ingliż;
ii. Malti;
iii. Matematika;
iv. Bijoloġija;
v. Physics; u
vi. Chemistry?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.
Special Access Arrangements – Studenti fil-livell intermedjarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell Intermedjarju (Intermediate Level) f'dawn is-suġġetti :
i. Ingliż;
ii. Malti;
iii. Matematika;
iv. Bijoloġija;
v. Physics; u
vi. Chemistry?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li li l-informazzjoni mitluba ingħatatli kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.