Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn madwar 600 apprentist fi ħdan l-MCAST ilhom jistennew l-istipendju tagħhom minn Ottubru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-apprentisti ta’ l-MCAST li kienu eliġibbli għall-istipendju skont kif stipulat mil-liġi kollha rċevew il-grant fil-bidu tas-sena akkademika u l-istipendju kull erba’ ġimgħat kif previst. Huma però kienu intitolati wkoll għal top-up għas-sigħat li jaħdmu (mhux għal meta jkunu l-MCAST) sabiex ir-rata kumplessiva tilħaq dik tal-paga minima nazzjonali. Kien dan il-porzjon li ma tħallasx fil-ħin għalkemm dawn il-pagamenti ħarġu kollha lill-apprentisti li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa f’posthom mal-pagament ta’ Frar. Min mill-apprentisti ma ppreżentax id-dokumenti kollha fil-ħin ser jibda jirċievi dan it-top-up hekk kif jissottometti d-dokumenti kollha neċessarji filwaqt li jirċievi l-arretrati tal-pagamenti li jkunu għaddew mal-pagament numru għaxra, dejjem jekk ikun eliġibbli skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied ir-reġistru tal-qagħad din il-ġimgħa u kemm irċieva termination letters?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-reġistru tal-qagħad żdied bi 11-il persuna matul il-ġimgħa bejn is-16 u l-20 ta’ Marzu 2020. Għalhekk l-ammont tela' għal 1,670.
Matul il-ġimgħa bejn is-16 u t-22 ta’ Marzu 2020 Jobsplus irċeviet 284 formola tat-tmiem tal-impjieg li jappartjenu għal din il-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) hux se tkun qed tħallas lil dawk kollha li jaħdmu magħha fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, inklu¿ dawk part-time bħal Child Support Workers, Play Workers u oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet konkreti ttieħdu biex jiġu megħjuna dawk il-madwar 500 student li ġew bullied fl-iskejjel Maltin fis-sena 2019 u jekk dawn l-abbużi ġewx ikkontrollati?
Response (BONNICI, OWEN)
Kull meta nqalgħu każijiet ta’ bbuljar bejn l-istudenti, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa l-miżuri meħtieġa biex dawn l-abbużi jiġu indirizzati. Fost dawn il-miżuri nsibu laqgħat mal-ġenituri kkonċernati, sessjonijiet kemm mal-vittma u mal-aggressur, kif ukoll mal-bqija tal-klassi kif meħtieġ. Fejn inħass il-bżonn, it-tim ta’ kontra l-Ibbuljar involva wkoll l-educational psychosocial team tal-Kulleġġ li jinkludi fih counsellors, membri minn taqsimiet oħra fi ħdan is-Safe Schools Programme, psikologi, social workers u prefetti tad-dixxiplina fost professjonisti oħrajn. Biex jiġi żgurat li l-istudenti involuti f’xi inċident ta’ bbuljar jinsabu tajbin u m’hemm ħadd li qed idejjaqhom b’xi mod jew ieħor, il-Guidance Teachers tat-tim ta’ kontra l-Ibbuljar wettqu follow-ups mal-istudenti konċernati. Barra minn hekk, matul is-sena t-tim ħadem ukoll fuq inizjattivi u sessjonijiet ta’ prevenzjoni biex kemm jista’ jkun ikunu proattivi u jgħinu biex joħolqu fl-istudenti sens ta’ rispett lejn xulxin.
L-informazzjoni dwar is-sessjonijiet u l-laqgħat li saru hi kif ġej:
Sessjonijiet
Individwali
Klassi
1971
167
Laqgħat
ma’ ġenituri/kustodji
ma’ professjonisti oħra
mal-SMT
386
962
864
Sessjonijiet ta’ Prevenzjoni
Klassijiet
Għalliema
Ġenituri
Midja
183
27
18
3
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ilu ma jmur skola minn Settembru 2019 u jara li jekk jista' jkun, dan it-tifel jerġa' jibda jmur l-iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Baġit għal sportivi/atleti biex jitħarrġu b’mod professjonali ma istituzzjonijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm pajjiżna b’mod dirett qiegħed jalloka baġit għal sportivi/atleti biex jitħarrġu b'mod professjonali ma' istituzzjonijiet internazzjonali, bil-għan li ntejbu l-kompetenza tagħhom u jagħmlu isem għal pajjiżna f'kompetizzjonijiet mondjali? Kemm huma l-Maltin li qed jitħarrġu barra minn xtutna bħala atleti jew uffiċjali u kemm qed jibbenefikaw minn finanzi u/jew sussidji offruti mill-Gvern jew SportMalta? Peress li dan l-aħħar snin smajna bosta miżuri infrastrutturali fejn jidħol waterpolo u futbol għal titjieb fil-performance u anke biex titqajjem kuxjenza, jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu indirizzati dixxiplini sportivi individwali bħalma huma l-ġinnastika, l-atletika u l-motor sports?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. interpellant illi SportMalta tassisti għaqdiet sportivi biex jagħtu kull assistenza possibbli lill-atleti tagħhom biex jitħarrgu barra mill-pajjiż kif ukoll biex jikkompetu f’kompetizzjonijiet biex jgħollu l-livell fl-isport tagħhom.
Fl-2019 SportMalta għaddiet total ta’ €760,000 permezz ta’ skemi fejn l-atleti jsiefru barra mill-pajjiz biex jitħarrgu kif ukoll biex jistiednu organizzazzjonijiet sportivi minn barra l-pajjiż biex jitħarrġu u jikkompetu f’kompetizzjonijiet amikevoli u kompetittivi flimkien ġewwa pajjiżna. Dan jeskludi flus mgħoddija lill-atleti fuq il-flexi-training scheme fejn atleti jitħarrġu ta’ kuljum waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom. €409,000 oħra ġew allokati għall-ewwel sitt xhur tal-2020 għall-istess għanijiet.
Dan il-baġit ma jinkludix l-ammonti ta’ flus mgħoddija speċifikament għal dan il-għan lill-Kumitat Olimpiku Malti. Il-baġit totali mgħoddi lill-Kumitat Olimpiku Malti fl-2019 kien ta’ €704,960. Il-baġit għall-2020 hu ta’ €765,460.
Għas-snin 2021 u 2022, il-Kumitat Olimpiku Malti se jkun qed jingħata baġit bla preċedent biex iħarreġ l-atleti f’kull dixxiplina biex naslu għall-2023 b’atleti preparati għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’Malta. Il-baġit totali tal-Kumitat Olimpiku Malti għas-sena 2020 ser ikun ta’ €3,407,600.
Addizzjonalment, il-Gvern jaħseb biex jipprovdi boroż ta’ studju lil atleti li jkunu jixtiequ jitħarrġu barra minn Malta b’mod iktar permanenti u biex jgħollu l-prestazzjoni tagħhom fil-kamp sportiv. Fl-2019 il-Malta Sport Scholarships Scheme ħallset €130,000.00 f’boroż ta’ studju li bbenefikaw sittax (16)-il applikant. €130,000.00 oħra ġew allokati għas-sena 2020.
Il-Malta Sport Scholarships Scheme, biex tilħaq iktar atleti professjonisti (speċjalment il-ġinnastika), niżżlet l-età sa ħdax (11)-il sena għal dawk kollha li jixtiequ japplikaw fuq kwalunkwe tip ta’ sport.
Infurmat ukoll li għalkemm l-Iskola Nazzjonali tal-Isport (NSS) bħalissa m'għandhiex studenti jitħarrġu barra (però ikun hemm min imur għal trials), l-iskola kellha ex-studenti li tħarrġu barra minn Malta fil-Montenegro, l-Italja, ir-Renju Unit, Spanja, il-Belġju u l-Awstralja f'dawn id-dixxiplini sportivi: waterpolo, għawm, futbol u squash.
Dan kollu jgħodd f’ċirkostanzi normali u mhux bħal dawk tal-lum meta, fost oħrajn, l-ivvjaġġar hu wkoll ipprojbit.
Corona Virus — Servizz ta’ sostenn minn psikologu lit-tfal tal-iskola
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra għoti ta' servizz ta' sostenn minn psikologu lit-tfal tal-iskola, issa li l-iskejjel jinsabu magħluqa u din il-bidla hekk radikali fir-rutina tagħhom, tista' tikkawża disturbi lil xi wħud minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħalma l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa ħsieb u intervjena biex ikun jista’ jsir tagħlim onlajn u jinfetaħ Ċentru għat-tfal ta’ nurses u tobba involuti fis-servizzi mediċi tant essenzjali f’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, nista’ nikkonferma li qed isiru preparamenti ukoll biex ikun disponibbli servizz għall-istudenti li jeħtieġu s-sapport emozzjonali, morali u psikoloġiku.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma ta jew ħa ebda konsulenza, ħatra jew ingaġġ f’ebda dipartiment jew entità fid-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kull kulleġġ kemm hemm studenti li qed jieħdu t-tagħlim tal-etika? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif ġej:
Kulleġġ
Maltin
Barranin
Total
Gozo College
81
121
202
Maria Regina College
503
892
1395
St Benedict College
180
108
288
St Clare College
234
481
715
St Gorg Preca College
92
62
154
St Ignatius College
134
87
221
St Margaret College
-
1
1
St Nicholas College
52
41
93
St Theresa College
194
187
381
St Thomas More College
219
146
365
Total
1,689
2,126
3,815
Programme for International Student Assessment – pjanijiet għal titjieb fl-edukazzjoni
Question
Wara li l-Programme for International Student Assessment (PISA) reġa’ kkonferma għal darb’oħra li l-progress fis-settur edukattiv f’pajjiżna huwa fqir u kajman meta kkomparat ma’ sistemi edukattivi ta’ pajjiżi oħra u li ftit li xejn għamel progress minn 10 snin ilu ’l hawn, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex pajjiżna jinqala’ minn din l-istatistika negattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li r-riżultat miġjub minn Malta għall-istudju tal-PISA li sar fl-2018 fost l-istudenti tal-11-il sena fi tmiem is-sekondarja, fil-Matematika, ix-Xjenza u l-Litteriżmu, għandu lezzjonijiet utli għalina l-Maltin. Fuq kollox wieħed għandu japprezza li l-iskejjel tal-Istat irnexxielhom jibqgħu jtejbu r-riżultati tagħhom b’mod kostanti minn ċiklu għal ieħor f’dawn l-aħħar tliet edizzjonijiet. Bħala Ministeru ser nibqgħu impenjati biex din ix-xejra pożittiva tissokta u b’hekk inkomplu nilħqu dejjem aktar tfal u studenti, u aktar ikomplu jirnexxu. Għalhekk din l-amministrazzjoni midded għonqa għal aktar ħidma minflok baqgħet gallarija u teħli l-ħin b’diskors irħis tal-gallarija. Għalhekk daħħalna l-Learning Outcomes fl-iskejjel, introduċejna suġġetti vokazzjonali u applikati, u beda jitħaddem l-Emergent Curriculum. Irrid infakkar li konna aħna li ftaħna l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u llum għandna r-Reading Recovery u numru ta’ skemi favur il-qari. Tejjibna l-kundizzjonijiet tal-gradi tal-għalliema bil-ftehim tal-2018 u ninsabu impenjati li nkomplu ntejbuhom. Ftaħna l-Istitut għall-Edukazzjoni u saħħaħna aktar it-taħrig inkluż dak kontinwu għall-għalliema. Imxejna aktar lejn l-assessjar bħala parti mit-tagħlim b’mod kontinwu.Determinati li ma niqfux hawnhekk. Ser nibqgħu impenjati u ambizzjużi biex ir-riżultati li kellha Malta ikomplu jitjiebu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jitħallas somma bħala car allowance, meta fl-istess waqt l-istess individwu qed juża vettura mikrija mill-istess entità fejn jaħdem, għall-użu personali, filwaqt li l-fuel li qed jintuża minn din il-vettura qed titħallas ukoll mill-istess entità?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-individwu indikat mill-Onorevoli interpellant jirċievi transport allowance. Infurmat ukoll li huwa juża l-karozza tal-entità b’mod ċirkustanzjali u b’rabta ma’ xogħol li jirrigwarda l-entità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar audit tal-operat tal-Gozo Sports Board u jekk sar, x'sar minnu u jekk instabux xi irregolaritajiet? Jekk instabu, x'passi ttieħdu?
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12606, jista' l-Ministru jgħid fil-każ tal-entitajiet pubbliċi, kif tinqasam in-nefqa għal kull entità u jispeċifika n-nefqa għal kull entità, fis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Community Work Scheme — persuni ingaġġati f'Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12467 jgħid kif jispjega li 49 persuna f'Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum ġew ingaġġati fil-Community Work Scheme wara inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jgħid f'kull każ kemm-il ġurnata kien ilhom jirreġistraw dawn il-persuni qabel ġew ingaġġati f'din l-iskema? Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li qabel bdew jirreġistraw kienu self-employed u malli bdew jirreġistraw ftit wara ġew ingaġġati f'din l-iskema? Jista' jgħid jekk f'din l-iskema f'Għawdex ġewx ingaġġati koppji miżżewġa - ċjoè ġew ingaġġati kemm-il mara kif ukoll ir-raġel?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li biex persuna tiġi ingaġġata fil-Community Work Scheme Enterprise Foundation (CWSEF), il-persuna riedet jew tkun fl-iskema qabel it-twaqqif tal-CWSEF jew tkun persuna vulnerabbli. Fil-ftehim imkien ma’ hemm imsemmi li persuna trid tkun għamlet xi perjodu tirreġistra ma’ Jobsplus biex tkun eliġibbli tipparteċipa fl-iskema. L-istat maritali tal-parteċipant ma jitteħidx inkonsiderazzjoni biex wieħed jidħol fl-iskema tal-CWSEF.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma jagħti ebda konsulenza f’ebda dipartiment jew entità fid-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.