Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel - Nuqqas ta’ skrivani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31764 u 32144 u jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nuqqas ta’ skrivani, u jindika minn liema sena ilu hemm dan in-nuqqas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, għalkemm ma hemmx rekwiżit speċifikat li f’kull skola għandu jkun hemm skrivan, fil-prattika qed isir użu regolari mis-servizz ta’ skrivan.

Post għar-rwol ta’ Senior Teacher

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32468 u jgħid meta ser toħroġ il-post għar-rwol/grad ta’ Senior Teacher, hekk kif maqbul fil-ftehim kollettiv li ġie konkluż qabel ma bdiet is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji sabiex tinħareġ is-sejħa.

Birkirkara - Kulleġġ Santa Tereża, Mrieħel – Servizz ta’ canteen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex matul din is-sena skolastika ma hemm l-ebda servizz ta’ canteen fil-Kulleġġ Santa Tereża, Mrieħel, f’Birkirkara u li bħalissa hemm biss magni tal-bejgħ awtomatiku li ma jipprovdux ikel sħun?  Jista’ jgħid ukoll jekk l-iskola hix se tikkunsidra soluzzjonijiet alternativi, jew li jerġa’ jibda jopera l-canteen sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jixtru jew ikollhom aċċess għall-ikel matul il-breaks?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180 u 32438 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Statementing Board - Lista ta’ stennija għall-assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26505 fl-intier tagħha u jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board u x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid ma dak li diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 26505.

Programm ISEP – Studenti mibgħuta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32128 u jgħid kemm applikaw studenti għall-programm ISEP (International Exchange Programme) u kemm minn dawn lis-studenti ġew magħżula f’dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena akkademika Applikanti Studenti li studjaw barra 2015/2016 14 2 2016/2017 10 4 2017/2018 12 5 2018/2019 20 7 2019/2020 13 6 2020/2021 14 0 (Covid) 2021/2022 22 6 2022/2023 36 14 2023/2024 19 2 2024/2025 35 13 2025/2026 39 6

Programmi għaż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32127 u jagħti lista sħiħa ta’ programmi li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom pereżempju dawk relatati mal-edukazzjoni, max-xogħol u l-kultura barra minn Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Child care centres ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il child care centre ġdid infetaħ matul is-snin 2024 u 2025 u jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll fejn infetħu dawn iċ-child care centres?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Sekondarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-ogħla rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ogħla rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Skejjel Sekondarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-inqas rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-inqas rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Skejjel Primarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-ogħla rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ogħla rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-Gvern matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Skejjel Primarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-inqas rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-inqas rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-Gvern matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Junior College - Foyer - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Aċċessibbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-foyer tal-Junior College hijiex aċċessibbli għal min għandu sfidi ta’ mobilità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li persuni bi sfidi ta' mobilità jistgħu jaċċessaw il-'foyer' tal-Kulleġġ mill-parkeġġ numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Kif wieħed jaċċessa l-kuritur li jagħti għall-'foyer', fit-tarf tal-istess kuritur hemm pjattaforma-lift vertikali għas-siġġu tar-roti li jista' jiġi operat minn kulħadd. Dan it-tip ta' tagħmir jista' jiġi użat ukoll minn persuni li għandhom problemi ta' mobilità varji u mhux biss min dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.

Junior College - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Aċċessibbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Junior College hijiex aċċessibbli għal min għandu sfidi ta’ mobilità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li persuni bi sfidi ta' mobilità jistgħu jaċċessaw il-Junior College: ·    Mill-parkeġġ numru wieħed permezz ta' rampa li twassalhom għall-blokka A. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular. ·    Mill-istess parkeġġ, numru wieħed, permezz ta' rampa oħra li twassalhom għall-blokka D. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular. ·    Permezz ta' rampa u dħul quddiem il-'ground' li jwassluhom għall-blokka E u l-'canteen'. ·    Permezz ta' rampa fil-Pjazza li twassalhom kemm għall-kappella kif ukoll għas-seating li hemm fil-Pjazza ta' wara. ·    Permezz ta' rampa oħra viċin il-'volleyball court' li twassal għall-'basement' u d-Dipartiment tal-Arti Kreattiva u d-Disinn. ·    Mill-parkeġġ numru erbgħa permezz ta' rampa li twassalhom għall-blokka Ċ. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular. ·    Mill-parkeġġ numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular ta' blokka B. ·    Mill-istess parkeġġ, numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Kif wieħed jaċċessa l-kuritur li jagħti għall-'foyer', fit-tarf tal-istess kuritur hemm pjattaforma-lift vertikali għas-siġġu tar-roti li jista' jiġi operat minn kulħadd. Dan it-tip ta' tagħmir jista' jiġi użat ukoll minn persuni li għandhom problemi ta' mobilità varji u mhux biss dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. ·    L-'Isports Hall', il-'Fitness Hub' u t-'tennis courts' huma kollha aċċessibli permezz ta' rampi varji.

Baġit 2026 – Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fuq reklami l-Ministeru għall-Baġit 2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

L-Università ta’ Malta – Studenti full-time nisa u studenti full-time rġiel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ studenti full-time fl-Università ta’ Malta li huma nisa u kemm hemm li huma rġiel, maqsuma skont id-diversi fakultajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Studenti nisa (persentaġġ) 61.01% Studenti rġiel (persentaġġ) 38.84% X (persentaġġ) 0.15%

L-Imqabba – Grawnd tal-futbol – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-tkabbir tal-grawnd tal-futbol ġewwa l-Imqabba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-klabb tal-Imqabba għamel talba lill-SportMalta sabiex tiġi allokata art addizzjonali. Infurmat ukoll li l-art mitluba hija art privata.

Skejjel tal-Istat – Studenti vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti vulnerabbli fl-iskejjel tal-istat li għandhom ir-rakkomandazzjoni medika li jista’ jkollhom bżonn assistenza medika urġenti minħabba l-kundizzjoni tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hawn 132 student vulnerabbli fl-iskejjel statali li għandhom ir-rakkomandazzjoni medika u li jista’ jkollhom bżonn assistenza medika urġenti minħabba l-kundizzjoni tagħhom.

Binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling - Lift ma jaħdimx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena, kienx hemm ġranet meta l-lift fil-binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling ma kienx qed jaħdem, tant li rriżulta li kien hemm min kellu jħassar is-sessjoni tiegħu minħabba f’hekk? Jekk iva, meta kienu dawn il-ġranet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.