Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità tal-Imġarr? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Membru tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità tan-Naxxar? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità ta' San Pawl il Baħar? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16549 dwar artijiet fis-Swieqi, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni (u pjanti) dwar liema art li tagħmel fil-konfini tas-Swieqi hija proprjetà tal-Gvern? Jista’ jidentifika wkoll liema art mhijiex allokata lil terzi permezz ta’ qbiela, kera jew mod ieħor?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18249 dwar l-encroachments kollha li hemm f’Tas-Sliema u l-Gżira fejn intqal li “l-Awtorità tal-Artijiet mhijiex awtorizzata tippubblika dettalji ta’ operaturi privati”, jista’ l-Ministru jikkwota l-liġi, regola jew inkella policy li abbażi tagħha l-Awtorità mhix awtorizzata tippubblika lista ta’ siti fejn art pubblika qiegħda tispiċċa f’idejn il-privat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18249 tirrigwarda l-pożizzjoni dwar dettalji ta’ operaturi privati. Madankollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif relatat għal dak mitlub fil-mistoqsija parlamentari 18249.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li għandha l-Awtorità tal-Ippjanar fuq l-encroachments u x’inhi l-proċedura li tintuża biex toħroġ encroachment? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm tenders/avviżi fil-pubbliku għal dan?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ladarba qed jagħmel referenza għal policy tal-Awtorità tal-Ippjanar, jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi timeline dwar l-iżvilupp ta’ Manoel Island li tħalliet fi stat ta’ abbandun totali għal snin twal?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fid-dawl ta’ żviluppi u proċessi pendenti marbuta ma’ applikazzjonijiet ma’ diversi awtoritajiet oħra, il-konċessjonarji ta’ dan il-proġett qed iressqu l-proposti tagħhom rigward timeline għat-tkomplija tiegħu skond it-termini tal-konċessjoni emfetewtika li kienet ingħatat f’Ġunju tas-sena 2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17613 u ċjoè: Fid-dawl li l-Awtorità tad-Djar ma għandhiex applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva mill-persuni li preżentament qed jokkupaw il-Forti Binġemma, u peress li l-proċessi ta’ żgumbrament ilhom pendenti għal perjodu estiż, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet beħsiebha tieħu l-Awtorità tal-Artijiet fir-rigward tal-persuni li illegalment qegħdin jokkupaw il-Forti ta’ Binġemma?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12263. L-Awtorità tal-Artijiet filwaqt li ser tkompli tipproċedi, trid tqis kull aspett soċjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17643 u 17732 u jgħid x'kien it-titolu li kellu l-privat fuq art tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet u għadha qed tintuża bħala campsite u/jew min kellu l-pussess tal-art bejn l-2004 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ tal-art inkwistjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-biċċiet ta' art illi jaqgħu b'mod sħiħ jew parti fiż-żona li għaliha hemm l-applikazzjoni PC/68/22 bejn Triq il-Kanonku Vinċenz Balzan, Triq Napuljun u Triq l-Imqabba fiż-Żurrieq illi huma mmaniġġjati mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Forti Bengħajsa — Proċeduri għat-terminazzjoni tal-kirja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jagħti iktar dettalji dwar il-proċeduri għat-terminazzjoni tal-kirja li qiegħed jirreferi għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri li għaddejjin huma skont il-Kapitlu 573 li jirregola l-artijiet pubbliċi.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jgħid, l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Sit ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1924, rigward is-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq il-bieb li kien infetaħ illegalment u li ġie mistoqsi dwaru f'din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'ġie konkluż mill-investigazzjonijiet li l-Ministru kien semma dakinhar, hekk kif issa għaddew kważi sentejn minn din il-mistoqsija parlamentari u din l-illegalità għadha hemm?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ żvilupp mingħajr permess jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Fid-dawl tal-fatt li r-regoli rigwardanti żoni pedonali mhumiex jiġu rispettati fi Pjazza San Ġorġ ġewwa r-Rabat Għawdex, jista’ l-Ministru:
a. jipprovdi kemm kien hemm drabi li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) intervjeniet f'din l-aħħar sena biex ir-regoli tal-passaġġi pubbliċi jibqgħu mħarsa u ma jiġux maħnuqa mill-imwejjed u s-siġġijiet?
b. jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex ġurisdizzjoni fuq żgombru tal-imwejjed u siġġijiet f'okkażjonijiet bħal funerali u tiġijiet u meta hemm il-permessi meħtieġa u għala dan mhux iseħħ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor, Interpellant biex jirreferi l-ewwel mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dwar it-tieni mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta l-pulizija tinforma lill-Awtorità tal-Artijiet li hemm il-ħtieġa li jiġu żgumbrati temporanjament konċessjonijiet tal-imwejjed u s-siġġijiet, l-inkwilini jkunu nfurmati b’diversi mezzi mill-Uffiċjali tal-Awtorità biex ineħħu l-affarijiet li jkollhom bżonn jitneħħew.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17342 u 17745 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-encroachments kollha li hemm ġewwa Tas-Sliema u l-Gżira fuq il-front? Jista’ jqiegħed ukoll pjanta ta’ kull encroachment li hemm biex b’hekk il-pubbliku jkun mgħarraf b’dak li huwa pubbliku u b’dak li huwa encroached?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet mhijiex awtoriżżata tippubblika dettalji ta’ operaturi privati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat daħlux ilmenti dwar rampa tal-konkrit viċin Għar il-Friefet, Birżebbuġa, u jekk jirriżulta fl-affermattiv, jgħid x’azzjoni ttieħdet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17342 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-encroachments kollha li hemm ġewwa Tas-Sliema u l-Gżira fuq il-front? Jista’ jqiegħed ukoll pjanta ta’ kull encroachment li hemm biex b’hekk il-pubbliku jkun mgħarraf b’dak li huwa pubbliku u b’dak li huwa encroached?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.