Legislature:
Category:
Reset
Active:

Park ta’ Wied Fulija – Testijiet għal gassijiet tossiċi u radjoattività

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx gassijiet tossiċi u preżenza ta' radjoattività fil-park ta' Wied Fulija? Tista' tgħid ukoll meta saru t-testijiet neċessarji u tqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-miżbla ta’ Wied Fulija ma baqgħetx tintuża mill-1996 u minn dakinhar ma ġie depożitat l-ebda skart ieħor. Matul l-eżerċizzju ta' rijabilitazzjoni fl-2019, il-potenzjal li kien fadal tal-gassijiet kien ġie vvalutat mill-ġdid fid-disinn, u kien ġie konkluż li fil-proċess ta’ riabilitazzjoni, il-gassijiet se jonqsu aktar. Barra minn hekk, tqies ukoll li l-livelli huma baxxi u sistema ta' capping hi biżżejjed. Wara dan, il-landfill ġiet capped skont id-direttiva tal-landfills biex tkompli tnaqqas kwalunkwe effett ambjentali. F’dak li għandu x’jaqsam mar-radjazzjoni, waqt ix-xogħlijiet is-sit ġie mmonitorjat ukoll mill-OHSA Radiation Protection li kkonfermat li s-sit ma esebixxa l-ebda livelli ta’ radjazzjoni li huma speċifiċi għal Wied Fulija.

Il-Magħtab – Testijiet għal gassijiet tossiċi u radjoattività

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx gassijiet tossiċi u preżenza ta' radjoattività fil-Magħtab? Tista' tgħid ukoll meta saru t-testijiet neċessarji u tqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Wasteserv jaghmel testijiet kull ġimgħa biex jiċċekkja l-livelli ta’ gassijiet tossiċi fil-Magħtab. Dawn s’issa dejjem irriżultaw taħt il-limiti li hemm stipulati f’S.L. 424.24 Regolamenti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ħaddiema minn riskji relatati ma’ Aġenti Kimiċi fuq il-post tax-Xogħol. Isiru wkoll testijiet minn laboratorju indipendenti kull tliet xhur. L-aħħar testijiet saru fis-26 ta’ Marzu 2024. Għal darb’oħra r-riżultati miksuba kienu taħt il-limiti li hemm stipulati fil-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà. Barra minn hekk, il-Wasteserv ma’ taċċettax skart perikoluż ġewwa l-Magħtab, li jista’ jwassal għal preżenza ta’ radjoattività.

Għawdex — Tal-Qortin - Testijiet għal gassijiet tossiċi u radjoattività

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx gassijiet tossiċi u preżenza ta' radjoattività f'Tal-Qortin, Għawdex? Tista' tgħid ukoll meta saru t-testijiet neċessarji u tqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-miżbla tal-Qortin ingħalqet għad-depożitu ta' skart fl-2004 u sar rapport sħiħ biex jitkejjel u jittaffa l-piż fuq l-ambjent. Peress li l-miżbla kienet ingħalqet dan l-aħħar, il-ġenerazzjoni tal-gass kienet għadha attiva, u minkejja li l-potenzjal tagħha kien baxx, kien ġie deċiż li tiġi installata sistema ta’ ġestjoni tal-gass. Il-potenzjal tal-gass huwa żgħir u jonqos maż-żmien. F'din il-landfill ma kienu nstabu ebda sinjali ta' radjazzjoni. Din il-landfill ġiet riabilitata wara li ngħalqet u ‘capped’ skont ir-rekwiżiti tad-direttiva tal-landfill biex jitnaqqas kull effett ambjentali.

Enemalta — Kumpaniji blacklisted

Question

B’referenza għad-dikjarazzjoni li kien għamel il-Ministru responsabbli mill-Enemalta fis-sena 2014, u ċjoè li l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament huma blacklisted, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan il-blacklisting għadux fis-seħħ, u jekk le meta tneħħa u għaliex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — transazzjonijiet ma’ kumpaniji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-Enemalta, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemed — transazzjonijiet ma’ kumpaniji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-Enemed, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MOBC — transazzjonijiet ma’ kumpaniji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-transazzjonijiet li saru bejn l-MOBC, jew kumpaniji sussidjarji tagħha, u l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-data tat-transazzjoni, in-natura u l-valur involut?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

REWS — kumpaniji liċenzjati biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpaniji liċenzjati mir-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma (REWS) biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn il-kumpaniji liċenzjati jistgħux jikkuntrattaw lil xi kumpaniji oħra mhux liċenzjati (sub-contracting) biex jużaw il-liċenzja tagħhom u jagħmlu xogħol ta’ bunkering f’isimhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

REWS — kumpaniji terzi awtorizzati biex jagħmlu xogħol ta’ bunkering

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ awtorizzazzjonijijet li r-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma (REWS) ħarġet lil kumpaniji terzi biex jagħmlu xogħol f’isem dawk liċenzjati fis-settur tal-bunkering bejn l-2019 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż id-dati, l-isem tal-kumpaniji u f’isem liema liċenzja ngħatat din l-awtorizzazzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Gżira — Triq San Albert - Xogħol ta’ cables tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se titkompla u titlesta Triq San Albert, fil-Gżira peress li x-xogħol ta’ cables tad-dawl ġodda ilu wieqaf xhur b’inkonvenjenza għar-residenti tat-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li mhux korrett li x-xogħol li qed issir referenza għalih kien “ilu wieqaf xhur”, u ninforma lill-Onor. Interpellant li dan tlesta u anke sar l-asfalt skont ir-rekwiżiti tal-permess maħruġ minn Transport Malta.

Iċ-Ċirkewwa – Impjant tar-Reverse Osmosis

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14018, dwar l-impjant tar-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif rigward żviluppi fuq dan il-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet b’rabta mal-proġett tal-mejnijiet sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tad-distribuzzjoni prinċipali tal-ilma bejn l-impjanti tar-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa, ta’ Ħondoq ir-Rummien u l-ġibjuni f’Ta’ Qali, se jkunu mqassmin f’erba’ lottijiet. Fil-każ ta’ tnejn minnhom diġà ġew ippubblikati s-sejħiet għall-offerti, waqt li tat-tnejn l-oħra jinsabu fil-fażi ta’ pjanar.

San Pawl il-Baħar — Moll tal-Veċċja - Arblu tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1465 dwar arblu tad-dawl fiż-żona tal-moll tal-Veċċja, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Enemalta tkunx ikkonsultata dwar it-twaħħil ta' arbli bħal dawn? Tista' tgħid ukoll jekk l-Enemalta tistax tinforma lil terzi biex dan l-arblu jitneħħa ladarba x-xogħol li minħabba fih twaħħal l-arblu, issa tlesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1465, l-arblu li qed issir referenza għalih ma twaħħalx minn Enemalta iżda minn terzi. Infurmata li t-tneħħija ta’ dan l-arblu mhux fil-kompitu tal-Enemalta u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar — L-inħawi ta’ Dawret in-Nawfraġju - Dawl pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi ta' Dawret in-Nawfraġju, f’San Pawl il-Baħar, ikun hemm id-dawl pubbliku neċessarju biex dawn l-inħawi ma jibqgħux fid-dlam?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9464, il-qtugħ fis-sistema qed iseħħ minħabba li hemm storm water drainpipe u b’konsegwenza t’hekk l-ilma tax-xita mit-triq qed jinżel bi pressa fuq il-linji tad-dawl fejn qed jikkawża ‘short circuit’ fuq is-sistema ta’ street lighting. Dwar dan kien ġie infurmat il-Kunsill Lokali biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. Infurmata li kull tiswija u manutenzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta saret u d-dawl f’din iż-żona huwa mixgħul.

Qtugħ tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tekniku ta’ kif żviluppaw l-affarijiet fir-rigward tal-inċident tal-qtugħ tad-dawl f’diversi nħawi ta’ Malta nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Għal raġunijiet ta’ manutenzjoni kien meħtieġ li l-Interconnector bejn Malta u Sqallija jintefa nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju filgħodu. B’mod immedjat beda x-xogħol fuq switchgear li jinsab fl-istazzjon terminali tal-Magħtab. Kien fis-sitta u tmien minuti ta’ filgħaxija, waqt l-ittestjar tal-istess switchgear, li skattat is-sistema ta’ protezzjoni tal-Fast Load Shedding. Kien dan li wassal biex kien hemm interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku għaliex konsegwenza numru ta’ magni tal-ġenerazzjoni ġewwa Delimara ttrippjaw. Wara ftit is-sitwazzjoni ġiet stabbilizzata u l-provvista tal-elettriku ngħatat lura kompletament sas-sebgħa u sitta u għoxrin minuta. Ix-xogħol fuq is-switchgear tal-Interconnector tkompla u tlesta l-għada t-Tnejn matul il-ġurnata. L-Enemalta kellha u għandha kapaċità ta’ ġenerazzjoni suffiċjenti sabiex tlaħħaq mad-domanda għall-elettriku.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Diċembru 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19958.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Pannelli Solari

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir jopera minn żewġ binjiet ewlenin, waħda fil-Belt Valletta u oħra f’Santa Venera, u li fiż-żewġ siti hemm installata sistema ta’ pannelli solari.

Marsaxlokk – Xrobb l-Għaġin — Park Naturali - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13934, ninformah li, matul din is-sena, x-xogħlijiet li saru fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk, jinkludu l-manutenzjoni ġenerali tal-park fosthom tħawwil ta' siġar u arbuxelli ġodda, tisqija regolari skont il-ħtieġa, qtugħ u ġestjoni tal-ħaxix biex jiġu evitati inċidenti minn nirien, manutenzjoni taż-żona għall-picnics, installazzjoni ta’ tankijiet għar-rimi tal-ilma tal-baħar, tikħil tal-kamra tas-sigurtà u tindif ġenerali. Minn meta ġiet inawgurata t-tieni fażi tal-proġett ġewwa dan is-sit, il-park żaruh madwar 40,000 ruħ u 6,000 student.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru, jekk saru, fi Ġnien il-Mediterran, f’Raħal Ġdid matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament Project Green tieħu ħsieb biex dan il-ġnien jinżabar u jissaqqa’. Ġnien il-Mediterran, li fih madwar 21,000 metru kwadru u huwa wieħed mill-akbar ġonna f’Malta, intgħażel bħala wieħed mis-16-il proġett li se jsiru taħt l-iskema Community Greening Grant. Il-proġett għar-riġenerazzjoni tal-ġnien se jilħaq partikolarment mat-18,000 familja li jabitaw f’distanza ta’ 10 minuti, lill-istudenti tal-MCAST li għandhom aċċess għall-ġnien permezz tal-pont li nbena riċentament, kif ukoll lill-haddiema li jaħdmu fiż-żona industrijali ta’ Kordin. Bħalissa l-ġnien fih nuqqas ta’ landscaping u faċilitajiet ta’ rikreazzjoni għall-familji. Minbarra li se jsir tħawwil ta’ diversi siġar u pjanti b’żieda ma’ dawk li diġà hemm, se jiġi restawrat ġibjun ezistenti u se jinbena ieħor ġdid biex l-ilma li jinħażen fihom jintuża għat-tisqija tal-ġnien permezz ta’ sistema t’irrigazzjoni awtomatika li se tiġi introdotta wkoll permezz tal-proġett. Il-passaġġi se jsiru minn materjal apposta b’sistema li twassal l-ilma għal ġol-ġibjuni. Ser jiġu installati wkoll numru ta’ pannelli solari u l-enerġija li jiġġeneraw se tintuża biex jiddawwl il-ġnien. Il-proġett huwa maħsub biex itejjeb iż-żoni li jagħtu għall-Punent u l-Majjistral tal-ġnien billi jsiru passaġġi ġodda għall-aċċess mill-pubbliku. Tul dawn il-passaġġi se jiġu allokati spazji żgħar bħala picnic areas u se jiġu introdotti wkoll numru ta' żoni għal-logħob tat-tfal.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19681.