Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skemi/Grants għal stallazzjoni ta’ reverse-osmosis fid-djar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' 'reverse-osmosis' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-iskema Be Water Smart qegħdin nallokaw €1 miljun biex nappoġġjaw lill-familji li qed jinvestu fil-filtrazzjoni tal-ilma u sistemi domestiċi ta' reverse osmosis. Din l-iskema, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, toffri tliet tipi ta’ għotjiet finanzjarji għal sistemi differenti - Water Guard, RO Wave jew RO Recycle. Familja tista’ tirċievi sa €300 mill-Gvern fuq sistemi bħal dawn li jiġu installati fid-djar. Dawn huma applikabbli għas-sistemi kollha disponibbli fis-suq, inkluż kemm is-sistemi tal-filtrazzjoni tal-ilma kif ukoll ir-reverse osmosis.

Skemi/Grants għal stallazzjoni ta’ aperturi double glazing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' aperturi 'double glazing' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3144.

Skemi/Grants għal stallazzjoni ta’ solar panels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' 'solar panels' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskema li kienet tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 302 tas-sena 2021, ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema baqgħet tiġi estiża kull sena biex issa r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma se jibqa' jilqa’ l-applikazzjonijiet sal- 31 ta' Diċembru 2023. Fil-każ li l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-applikant eliġibbli huwa intitolat għal: Għażla A - Sistema tal-pannelli b’inverter standard : 50% tal-ispiża eliġibbli b’massimu ta’ €2,500 għal kull Sistema u €625/kWp. Għażla B - Sistema tal-pannelli bil-hybrid inverter : 50% tal-ispiża eliġibbli b’massimu ta’ €3,000 għal kull Sistema u €750/kWp. Għażla Ċ - Inverter Hybrid/Battery u Batterija : 80% tal-ispiża eliġibbli tal-ħażna tal-batterija sa massimu ta’ €3,600 kull sistema u €600/kWh, flimkien ma’ 80% tal-ispiża eliġibbli tal-Hybrid inverter sa massimu ta’ €1,800 għal kull Sistema u €450/kWp. Għażla D - Ħażna ta’ batterija biss : 80% tal-ispiża eliġibbli tal-ħażna tal-batterija sa massimu ta’ €3,600 kull sistema €600/kWh. Meta l-applikant jagħżel preferenza B jista’ japplika wkoll għal preferenza D.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul l-2022, xahar b'xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

ERA — tqegħid ta’ deckchairs/umbrellel f’Kemmuna

Question

B’referenza għal numru ta’ deckchairs oħra li tpoġġew fil-bajja ta’ Kemmuna fuq ‘garigue land’ ġewwa żona protetta bħal Natura 2000, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq din id-deċiżjoni? Fil-każ li ma hemm l-ebda rapport mill-ERA fuq dan, tista’ l-Ministru tgħid għaliex, ladarba hija r-responsabbiltà tal-ERA li tħares din iż-żona?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-attivitajiet kummerċjali fuq Kemmuna huma regolati minn liċenzji maħruġin mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Ninsab infurmata li għaddejjin diskussjonijiet mal-MTA biex jinstab lok alternattiv bl-inqas impatti ambjentali.

Kemmuna – Studju dwar il-carrying capacity

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi kopja tal-istudju dwar il-carrying capacity ta’ Kemmuna li kellu jiġi mħejji skont il-management plan għal din il-gżira?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1827.

Project Green – kuntratt tas-CEO

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tas-CEO ta' Project Green u tgħid kemm hu s-salarju, l-allowances, benefiċċji u perkaċċi li jgawdi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett ta’ remunerazzjoni li jirċievi l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green jammonta għal €81,458 li jista’ jiżdied sa massimu ta’ €89,708 abbażi ta’ performance.

Project Green — Unplugged - Midweek in the Park

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi s-sensiela ta' events organizzati minn Project Green bl-isem "Unplugged - Midweek in the Park"? Tista' tgħid kemm se jkun hemm minnhom, kemm hu l-baġit għall-organizzazzjoni tagħhom (inkluż kemm nefqu s'issa u kemm hu ppjanat li jintnefqu), kemm hu l-baġit għar-riklamar tagħhom (inkluż kemm nefqu s'issa u kemm hu ppjanat li jintefqu), u jekk hemmx fondi Ewropej li qed jintużaw għalihom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Wieħed mill-objettivi ta’ Project Green huwa wkoll li tippromwovi u tagħti l-ħajja mill-ġdid lil spazji miftuħa. Dan sabiex naraw li dejjem aktar individwi jkunu mhux biss konxji ta’ dawn l-ispazji, imma jkunu jistghu jutilizzawhom aktar spiss u matul is-sena kollha. L-inizjattiva "Unplugged - Midweek in the Park" hija maħsuba proprju ghalhekk. Din se tkun mifruxa fuq erba’ avvenimenti, li se jsiru kull nhar ta’ Erbgħa matul ix-xahar ta’ Lulju, u se tkun qed tagħti spazju lil artisti u mużiċisti Maltin li se jesbixxu live ġewwa l-Green Open Campus fil-Mosta. L-avvenimenti kollha se jkunu qegħdin iservu wkoll t’appoġġ finanzjarju għall-Malta Community Chest Fund. L-inizjattiva qiegħda tiġi ppjanata u organizzata bħalissa, għaldaqstant anke sabiex tiġi provduta informazzjoni preċiża, ser jingħata rendikont tal-ispejjeż kollha hekk kif l-avvenimenti jiġu konklużi. Nista’ nikkonferma li għal din l-inizjattiva mhux se jintużaw fondi Ewropej.

Skart organiku – użu ta’ boroż tal-plastik

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex permessibbli li l-iskart organiku jinħareġ ġo boroż tal-plastik minflok boroż bijodegredabbli? Jekk le, tista' tgħid jekk hemmx sanzjoni u x'inhi s-sanzjoni jekk dan isir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-borża bijodegradabbli hija ambjentalment aħjar minn waħda tal-plastik, għalkemm sal-lum m’hemm l-ebda sanzjoni dwar dan.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188.

Mosta — bollards

Question

B’referenza għal bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Malta Developers Green Energy — kuntratt

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li bih twaqqfet il-Malta Developers Green Energy bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Malta Developers Association?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tal-kuntratt mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid li bl-istess mod, fl-2017 ukoll, kienet twaqqfet il-Malta Energy Limited bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Malta Chamber of SMEs, li dak iż-żmien kienet għadha magħrufa bħala l-GRTU.

Malta Developers Green Energy – kuntratt għal użu ta’ art fuq proprjetà tal-WSC

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li bih il-Malta Developers Green Energy qed tuża' art u/jew arja fuq proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadni kemm tajtu għall-mistoqsija parlamentari 10541.

Kuntratt bejn il-Malta Developers Green Energy u l-ARMS

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' bejn il-Malta Developers Green Energy u l-ARMS dwar il-feed-in tariff tal-enerġija ġġenerata mill-pannelli installati fuq il-proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadni kemm tajtu għall-mistoqsija parlamentari 10541, ninfurmah li l-imsemmija feed-in tariff ġiet stabbilita wara proċess ta’ sottomissjonijiet t’offerti pubbliċi (ITB), liema offerti ġew evalwati u sussegwentement mogħtija mill-Awtorità kompetenti. Dan il-proċess ġie finalizzat fis-sena 2021. Ma jeżisti l-ebda kuntratt bejn il-Malta Developers Green Energy u l-ARMS.

Project Green — Organigram

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigramma preżenti ta' Project Green?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-23 ta’ Frar 2023, Project Green assorbiet il-ħaddiema kollha ta’ Parks Malta skont l-artikolu 33 tal-Public Administration Act (Cap. 595). Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7808, minnufih skatta proċess sħiħ t’assimilazzjoni tal-ħaddiema kollha ta’ din l-Aġenzija. Dan qed iseħħ sabiex ikun jista’ jsir ristrutturar organizzattiv intiż sabiex Project Green tkun tista’ tilħaq l-għanijiet li twaqqfet għalihom. Dan il-proċess jinsab fil-fażi finali tiegħu u meta jiġi konkluż se jwassal sabiex l-Aġenzija jkollha organigramma u struttura li tirrifletti l-ħtiġijiet tagħha.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — persuni li għandhom car allowance

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-Ministeru mmexxi minnha, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 13-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Rwol ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw b’mod separat mhuwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.

Dispensers tan-New Water

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif ikun determinat fejn jiġu installati d-dispensers tan-New Water? Tista’ tgħid jekk dan isirx abbażi ta' distanza minima bejn dispenser u ieħor? Jekk fl-affermattiv, kemm hi din id-distanza? Tista’ tgħid jekk il-lokalizzazzjoni ta' dawn id-dispensers hijiex determinata mill-ammont ta' bdiewa li jkollhom aċċess għat-tali dispensers?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9497.

Għar Lapsi — pavimentar

Question

Tista’ l-Ministru tagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.