Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — Kirjiet Residenzjali Reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18298 u jgħid kemm mill-kirjiet residenzjali reġistrati mal-Awtorità tad-Djar huma Maltin u kemm hemm barranin, u jindika dan f'numru ta' residenti u mhux skont in-numru ta' kuntratti?

Response (GALDES, RODERICK)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba sabiex jiġi identifikat in-numru ta’ barranin u Maltin ma tistax tiġi pprovduta, peress li r-Reġistru tal-Kirjiet Residenzjali Privati iżomm id-data bħala rekwiżit taħt l-Artikolu 6(1a-g) tal-Kapitlu 604/2019 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-iskop tar-reġistrazzjoni tal-kuntratt huwa sabiex tali kuntratt jingħata titolu legali.

Akkomodazzjoni Soċjali – Units allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati units tal-akkomodazzjoni soċjali minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22361.

Il-Belt, Valletta — Ħsara ta’ lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun qed tittieħed azzjoni u jissewwa l-lift ta' Block 2 fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta, wara li dan ilu żmien twil ma jaħdem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ dan il-lift wasalna fl-istadju fejn qed issir il-finatura biex ix-xogħol jiġi unit. Huwa ppjanat li sa ħmistax oħra jitlesta x-xogħol li għaddej biex imbagħad inkunu nistgħu ngħaddu għall-fażi tal-ikkummissjonar. Kif nakkwistaw iċ-ċertifikati kollha mitluba mill-liġi, ngħaddu ċ-ċavetta tal-lift għall-użu mir-residenti.

Vittmi ta’ vjolenza domestika — Għajnuna mill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna jingħataw vittmi ta’ vjolenza domestika li jkollhom jitilqu mid-dar tagħhom, mill-Awtorità tad-Djar, minbarra sussidju fuq kera privata?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li vittmi ta’ vjolenza domestika li preżentament qegħdin jgħixu fix-xelters jistgħu japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali. Għal fini t’eliġibilità, l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx distinzzjoni mil-liema indirizz qegħdin japplikaw, għaldaqstant, jistgħu japplikaw vittmi li preżentament qegħdin jgħixu f’postijiet oħra. F’każijiet urġenti, l-Awtorità tad-Djar għandha l-faċilità li tassisti lil dawn il-persuni b’għotja tal-ewwel depożitu u l-ewwel kirja, meta l-persuna ssib post mill-privat biex titlaq mis-sitwazzjoni li tkun ta’ periklu.

Vittmi ta’ vjolenza domestika — Skemi tal-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema tal-Awtorità tad-Djar, jew proċess, li jeġavola l-vittmi ta’ vjolenza domestika li jkollhom jitilqu minn darhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21219.

Fgura – Triq Mahatma Ghandi – Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18430, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħllijiet imsemmija fil-mistoqsija oriġinali humiex lesti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Blokk A5 il-Fgura jinstab fi stadju avvanzat, hekk kif kien hemm bżonn xogħlijiet ulterjuri li ma kienux previsti, fejn it-tali essiġenzi ġew biss akkonoxxuti waqt il-ħidma tax-xogħlijiet fuq l-istess blokka.

Akkomodazzjoni soċjali — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll l-età medja tal-applikanti u jagħti lista ta’ minn fejn huma dawn l-applikanti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema Kiri/Nikru biex nassistu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema ‘Kiri’ li wara nbidlet bl-isem ta’ ‘Nikru biex nassistu’ minn meta daħlet din l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa qed jibbenefikaw minn ‘Skema Kiri’ kif ukoll mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ 1,189 applikant.

Installazzjonijiet ta’ liftijiet ġodda

Question

Fid-dawl li fil-Baġit ta’ din is-sena hemm li ser isiru installazzjonijiet ta’ liftijiet ġodda għal spiża totali ta’ €2 miljuni, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista ta’ liema binjiet ser ikunu dawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Installazzjonijiet ta’ liftijiet ġodda

Question

Fid-dawl li fil-Baġit ta’ din is-sena hemm li ser isiru installazzjonijiet ta’ liftijiet ġodda għal spiża ta’ €2 miljuni, jista’ l-Ministru jgħid jekk għal dawn ix-xogħlijiet hux ser ikun hemm sejħa għal tender jew inkella direct order?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

L-Imtarfa — Binja Qlejgħa - Kumpless ta' garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jikkonkludi l-proċess biex jiġi ffirmat ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta sabiex it-tiswijiet fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa, l-Imtarfa, ikunu jistgħu jinbdew?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess qiegħed fi stadju avvanzat, iżda peress li l-ammonti tat-twettiq tal-proġett innifsu żdiedu u huma sostanzjali, qed isir skrutinju ddettaljat tal-ispejjeż. Wara jsiru t-taħdidiet finali, kemm tekniċi kif ukoll finanzjarji ma’ Infrastructure Malta sabiex il-ftehim bejn iż-żewġ entitajiet jista’ jiġi konkluż.

Akkomodazzjoni soċjali – Persuni taħt it-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt it-18 il-sena li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali mal-ġenituri tagħhom li huma l-applikanti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 1262 persuna taħt it-18 il-sena li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali mal-ġenituri tagħhom li huma l-applikanti.

Djar soċjali — Applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti bħalissa għal dar soċjali (Housing)? Jista’ wkoll jagħti lista minn fejn huma l-applikanti, lokal b’lokal?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (GALDES, RODERICK)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16397.