Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxati/Kummissjonijiet għolja/rappreżentanti – facebook/twitter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema ambaxxati/kummissjonijiet għolja/rappreżentanti permanenti u konsli ġenerali jagħmlu użu minn xi kont tal-facebook/twitter jew xi forma ta’ media soċjali ieħor b’mod uffiċjali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum m'hemm l-ebda account ta' media soċjali uffiċjali imma l-Ministeru qed jipprepara policy biex fil-ġejjieni qrib ikun hemm kontijiet uffiċjali.

Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda – kandidatura ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru fir-rigward tal-kandidatura ta’ Malta għal siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda fl-2022?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, flimkien mal-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda, qed jagħmel evalwazzjoni dettaljata ta’ diversi aspetti relatati mal-kandidatura ta’ Malta. Fost oħrajn, qed tiġi mfassla n-narrattiva tal-kandidatura li telenka l-pożizzjoni ta’ Malta fuq diversi temi u r-rwol u l-inizzjattivi li pajjiżna addotta fid-diversi Organizzazzjoniet Internazzjonali li Malta hija membru tagħhom mill-Indipendenza ‘l hawn.

Il-Kanada – Ottawa – ftuħ ta’ Kummissjoni Għolja Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jiftaħ Kummissjoni Għolja Maltija fil-belt ta’ Ottawa fil-Kanada?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m’hemmx il-ħsieb li tinfetaħ Kummissjoni Għolja Maltija f’Ottawa, il-Kanada.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – CIO – viżiti fil-Kuwajt

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżodu taż-żewġ viżiti taċ-Chief Information Officer (CIO) fil-Kuwajt bejn it-2 u s-6 ta’ Diċembru 2014 u bejn it-18 u t-22 ta’ Jannar 2015 intitolata Kuwait project? Jista’ jitpoġġa r-rapport ta’ din il-viżita fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

B’referenza għal din il-mistoqsija, ma nistax nifhem ‘x’eżodu’ jista' jkun hemm.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – CIO – viżiti f’Saint Petersburg

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li ċ-Chief Information Officer (CIO) attenda High Level Meeting f’Saint Petersburg bejn id-19 u l-21 ta’ Jannar 2017? Jista’ jitpoġġa r-rapport ta’ din il-viżita fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żjara taċ-Chief Information Officer (CIO) bejn id-19 u l-21 ta’ Jannar 2017 kienet żjara relatata mas-sistema elettronika tal-Visa.

Direttur Ġenerali tal-Politika, Affarjiet tal-Unjoni Ewropea u Maltin ta’ Barra – international dialogue on migration 2014

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mid-Direttur Ġenerali tal-Politika, Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u Maltin ta’ Barra tal-laqgħa International Dialogue on Migration 2014 li attendiet bejn it-23 u s-26 ta’ Marzu 2014 f’Ġinevra, l-Iżvizzera?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf, dawn ir-rapporti huma għall-użu intern tal-Ministeru.

Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji – Swearing-in Ceremony of the Iranian President

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mid-Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji dwar l-attendenza tiegħu għas-Swearing-in Ceremony of the Iranian President bejn l-4 u s-6 ta’ November 2017 f’Tehran l-Iran?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm żjarat fl-Iran fid-dati msemmija fil-mistoqsija parlamentari.

Direttur Affarijiet Ewropej – delegazzjoni għand is-SMOM f’Ruma

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mid-Direttur Affarijiet Ewropej li kienet tifforma parti mid-delegazzjoni li marret għand is-SMOM bejn is-17 u t-18 ta’ Frar 2015 f’Ruma l-Italja?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 3595.

Direttur Affarijiet Ewropej – attendenza għall-Official Opening of the Embassy f’Ankara, it-Turkija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mid-Direttur Affarijiet Ewropej dwar l-attendenza tagħha fl-Official Opening of the Embassy bejn it-13 u l-14 ta’ Diċembru 2017 f’Ankara, it-Turkija?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 3595.

Shangai – diplomatiċi Maltin li ma setgħux jaħdmu iżjed fil-Konsulat Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li uffiċjali diplomatiċi Maltin f’Shangai ma setgħux jaħdmu iżjed fil-Konsulat Ġenerali tal-istess belt minħabba diżgwid min-naħa tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ma jirriżultax.

Uffiċjali – delegazzjonijiet barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diplomatiċi/uffiċjali għolja b’esperjenza estensiva f’Palazzo Parisio u f’bini anċillari ieħor tal-istess ministeru, li minn Jannar 2014 ma kellhom qatt duty abroad u jagħti r-raġunijiet għal dan?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika u jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Użu tal-kantina restawrata ta’ Palazzo Parisio

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3107 jista’ l-Ministru jgħid għalxiex beħsiebu juża’ l-kantina restawrata ta’ Palazzo Parisio?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-mument m'għandiex x’inżid mat-tweġiba mogħtija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – CIO – viżita fil-Brażil

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżodu tal-viżita taċ-Chief Information Officer (CIO) tal-istess Ministeru fil-Brażil bejn l-14 u d-19 ta’ April 2014 fejn hemm indikat Sight Visit to Purchase Property in San Paolo? Jista’ jitpoġġa r-rapport ta’ din il-viżita fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dak il-perjodu kien hemm proġett minn fondi tal-Unjoni Ewropea fuq ftuħ ta’ konsulati ġodda. Sao Paolo ġewwa l-Brażil kien wieħed minn dawn is-siti li kien qed ikun kunsidrat.

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi b'kollox li jirrapreżentaw lil Malta? Kemm minn dawn huma residenti u kemm huma mhux residenti? Fost l-ambaxxaturi residenti, jista' jgħid kemm minnhom huma minn Għawdex u f’liema pajjiżi jirrapreżentaw lil pajjiżna? Jista' jgħid kemm minn dawk mhux residenti huma minn Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 51 ambaxxatur, li minn dawn, 25 huma ambaxxaturi residenti u 26 huma ambaxxaturi mhux residenti.L-Ambaxxaturi jirrapreżentaw lil Malta li skont il-kostituzzjoni tinkludi wkoll lil Għawdex.

Ftehim bejn Malta u Polonja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim ta' kull tip sar bejn Malta u l-Polonja mill-ħatra tal-Ambaxxatriċi Maltija sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ħatra tal-Ambaxxatriċi Maltija sal-lum kien hemm ftehim bilaterali wieħed li ġie ffirmat bejn Malta u Polonja, kif elenkat hawn taħt: Pajjiż Data tal-Iffirmar Isem tal-Ftehim Dħul fis-Seħħ Polonja 29 ta’ Settembru 2017 Ftehim fuq Rappreżentazjoni għall-ħruġ ta’ Viżi għal Malta 29 ta’ Settembru 2017

Tiġdid tal-arranġament Emphyteusis mal-Ordni ta’ San Ġwann f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx it-tiġdid tal-arranġament emphyteusis mal-Ordni ta’ San Ġwann f'Malta (SMOM) li skada ftit ta’ żmien ilu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-process għadu għaddej. Filwaqt li ż-żmien tal-enfitewsi għalaq, l-awtoritajiet kompetenti, estendew l-enfitewsi temporanjament, sakemm l-kontenut u l-kundizzjonijiet ta’ ċens ġdid jiġu determinati.

Cultural Diplomacy Fund – proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm proġetti li jaqgħu taħt il-Cultural Diplomacy Fund tal-istess Ministeru, ġew approvati minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta twettqu, kemm ġew jiswew u min kien inkarigat minn kull proġett? Jista’ jgħid kemm proġetti ma ġewx approvati u x’kienu r-raġunijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti segwenti kienu dawk li twettqu u l-Kap tal-Missjoni rispettiva ikun inkarigat mill-implimentazzjoni tal-proġett relevanti. Progetti li saru fl-2013 Minn 25 proġett sottomessi minn għaxar missjonijiet, ġew magħżula 20 proġett: Isem tal-Proġett Post fejn Twettaq Ammont € Malta ħadet sehem fl-EU Literature Night permezz tal-awtur Malti Immanuel Mifsud L-Irlanda (Dublin) 500 Short film Festival bl-isem ‘Cine Malte Les Possibiltes d’une Ile’ li sar fl-Louxor alais de Cinema u ntwerew trailers minn Simshar u Agora li nħadem kollu f’Malta Franza (Pariġi) 6000 Il-Band Maltija Beangrowers tat kunċert fil-Gruner Salon. Il-Ġermanja (Berlin) 4476.78 Kunċert mill-Cosmos Wind Qartet Ensamble. Il-Ġermanja (Berlin) u L-Olanda (The Hague) 6778.42 Wirja bl-isem ‘Written in Stone’ mill-fotografu Kris Micallef flimkien ma Prof. Alex Torpiano u Prof Jo Ann Cassar li taw lectures fil-Fondazzjoni Mahmoud Darwish. Palestina (Rammallah) 5600 Kompozitur Chris Muscat ħa sehem fil-Festival L’Europe en Musique Il-Belġju (Brussels) 2280 Kunċert mill-Batera Duo f’Washington u New York USA 8218 Taħdita minn Prof. Thomas Stolz li għamel taħdita dwar l-ilsien Malti fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin. Il-Ġermanja (Berlin) 932 Kunċert mis-Soprano Gillian Zammit akkumpanjata minn Lucia Miccallef fuq il-pjanu fil-Passionkirche f’Berlin Il-Ġermanja (Berlin) 5105.87 Il-Mużiċist Ruben Zahra organizza numru ta’ workshops fiċ-ċentru Mużikali Għarbi Ennajma Ezzahra u kunċert fejn kienu uzatu strumenti tradizzjonali fosthom ir-Rebab. Tuneżija (Tuneż) 2800 Andrew Alamango għamel riċerka u tella’ wirja ta’ recordings antiki ta’ Muzika Maltija f’Tuneż. Tuneżija (Tuneż) 990 Kunċert mill-baritonu Malti Joseph Lia It-Turkija (Istanbul) 2560 Preżentazzjoni tal-proġett ‘Lost Voices’ ta’ Andrew Alamango L-Awstrija (Vjenna) 2000 Kunċert mil-pjanista Gabi Sultana Il-Belġju (Brussels) u Danimarka (Kopenħagen) 3740 + 4995.80 Il-kantanta Francesca Galea u il-kittarist Sandro Zerafa ħadu sehem f’Les Sons d’Un Ile li kien l-ewwel Malta Jazz & ContemporaryMusic Fesitval Franza (Pariġi) 6400 Workshops mill-perkussjonista Renzo Spiteri li saru fl-Iskola Ewropea Luxembourg II, fi Bretagne. Il-Lussemburgu 1400 Wirja ta’presepju Malti fil-Katidral ta’ San Michel. Il-Belġju (Brussels) Big Band Brothers ħadu sehem fil-Festival annwali ta’ Carthage. Tuneżija (Tuneż) 2500 Malta ħadet sehem fil-Euro Kids Festival bil proġett ‘Ħrejjef’ ta’ Ruben Zahra. USA 3535 Pubblikazzjoni tal-ktieb ‘L-Art tal-Kliem’ li hu xogħol ta’ Clare Azzopardi, Nathalie Grima u Gilbert Calleja. Israel (Tel Aviv) 3680 Proġetti li saru fis-sena 2014 Fis-sejħa li saret għal proġetti fl-2014, ġew sottomessi 24 proġett minn 9 missjonijiet. Minn dawn ġew aċċettati 14 il-proġett sabiex jieħdu fondi allokati: Andrew Alamango preżenta Lost Voices u diversi workshops għall-komunita’. Il-Palestina (Ramallah) 5000 Malta ħadet sehem fl-edizzjoni tal-2014 ta’ Words on the Street f’Nassau Street permezz tal awtur Malti Pierre Mejlak. L-Irlanda (Dublin) 500 NAFRA daqqu f’Mermaid Arts Centre, Bray.Co L-Irlanda (Dublin) 3800 Kunċert Barokk mil-Les Bougies Baroques taħt id-direzzjoni ta’ Mro.Ian Peter Bugeja. Il-Ġermanja (Berlin) 6996.55 Qari ta’Letteratura Maltija waqtEurope Literary mill-awtur Malti Pierre Mejlak. Il-Ġermaja (Berlin) 7,715.05 Jazz Festival f’Berlin u Varsavja bis sehem ta’ artisti Maltin bħal Domnic Galea, Adrian Brincat, Joe Debono, Manuel Pulis u Sandro Zerafa Il-Ġermanja (Berlin) u Polonja (Varsavja) 1,180 + 7800 Wirja mill-artist Raphael Vella bl isem Raising a Revolutionary li saret fl-Acedemy of Fine Arts Polonja (Varsavja) 7700 Malta ħadet sehem fil EuroKids bil-poġett Complete History of Malta USA 3535 Kunċert mill-Baritone Jospeh Lia Italja (Ruma) 9240 Kunċert minn Gabi Sultana fil ġonna tal-Accademia Filarmonica ta’ Ruma Italja (Ruma) 975 Charles Bellia ġa sehem fid-39 Edizzjoni tal-International Exhibition 100 Cribs Italja (Ruma) 3680 Wirja ta’ arti kontemporanja bl-isem ta’ Regret tal-artisa Ruth Bianco. Franza (Pariġi) 6545 Malta Jazz Festival bl-isem Les Sons d’un Ile 2014 li ħadu sehem Charles Gatt, Dominic Galea Trio u Warren Galea Franza (Pariġi) 6400 Wirja ta’ Arti kontemporanja li nħadmet fuq il-post bl-isem Ghost Trip tal-artist Austin Camilleri. Il-wirja saret fil-Henderon Centre, Beiging, China. Iċ-Ċina (Beijing) 3450 Proġetti li saru fis-sena 2015 Matul 2015, ġew mressqa 23 proġett mill-missjonijiet, li minnhom ġew mwettqa 10 proġetti: ETNIKA ta’ kunċert fil-Europe House Londra fl-1 ta’ Mejju 2015. UK 5000 L-Ambaxxata Maltija f’Washington DC organizzat fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku waqt l- EU Open House Day li sar fid-9 ta’ Mejju 2015. Aktar minn 1,000 persuna żaru l-Ambaxxata. USA 404 Malta pparteċipat fil-festival popolari tal-Jazz ‘ My Unique Jazz Festival’ li sar f’Kunstfabrik Schlot f’Berlin. Malta kienet rappreżentata mill-mużiċisti Dominic Galea u Alan Portelli. Ġermanja (Berlin) 1639 Malta ħadet sehem fl-edizzjoni annwali ta’ Words on the Street flimkien ma’ 11-il pajjiż ieħor. Malta kienet rappreżentata b’xogħol tal-awtur Karl Schembri li nqara mid-DJ u preżentatriċi tar-radju Irlandiż Ruth Scott. l-Irlanda (Dublin) 500 Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta Malta saret membru tal-Kunsill tal-Ewropa, ittellgħet wirja ta’ fotografija ta’ foto-ġurnalist Darrin Zammit Lupi bl-isem ta’ ISLE LANDERS fil-foyer tal-Palais d’ Europe fi Strasburgu. Franza (Strasburgu) 8000 Malta ħadet sehem fl-14-il edizzjoni tas- Salon des Pintres et Sculpteurs de Saint Tropez b’xogħlijiet ta’ tliet artisti Maltin Kurt Arrigo, Caroline Navarro u James Vella Clark rispettivament. Franza (St. Tropez) 3131,17 REGVNM tikonsisti f’sensiela ta’ ritratti li ttieħdu taħt il-baħar u ġiet esebita ġewwa BOZAR fi Brussel Il-Belġju (Brussels) 4195 Il-pjanista Charlene Farrugia interpretat xogħlijiet ta’ Charles Camilleri u Karl Fiorini fost l-oħrajn fil-Ballroom tar-Royal Castle f’Varsavja. Polonja (Varsavja) 5500 Matul il- Malta Culture Week f’Berlin Dr Thomas Freller ta lecture bl-isem ta’ Diving into 3,000 years of Maltese history. Il-preżentazzjoni saret fil-bini storiku tal- Mendelssohn Remise f’Berlin. Ġermanja (Berlin) 500 Il- Maltese Argotti Ensemble taw kunċert fil- Friedenskirche Charlottenburg f’Berlin bħala parti mill- Malta Culture Week . Ġermanja (Berlin) 6147.90 Proġetti li saru fis-sena 2016 Matul 2016, ġew rċevuti 17 il-proposta. Minn dawn, kienu 9 li ġew approvati: l-Asdod Mediterranean Festival – NAFRA Ensemble Israel (Tel-Aviv) 5500 Kunċert mill-kompozitur Mro Wayne Grima UK (Londra) 8050 Euro-KIDS Festival MOVEO USA (Washington) 15000 Wirja ta’ Norbert Attard f’ għeluq il-ħamsin sena mill-Anniversarju li Malta iffirmat il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani. Strasburgu 2000 Dublin UNESCO City of Literature permezz ta’ Walid Nabhan u l ktieb l-Ezodu taċ-Ċikoni Irlanda (Dublin) 500 Kunċert minn Gabi Sultana fl-Accadamia Filarmonica Romana Italija (Ruma) 2170 Dwett bejn Nadine Galea u Cecilia Sultana De Maria The Hague 3140 Qari mill -kittieb Malti Immanuel Mifsud f’ Kenyon Institute East Jerusalem. Palestina (Rammallah) 1800 Maltese Jazz Trio Noir li taw jam session flimkien ma artisiti ewropej oħra. Ġermanja (Berlin) 2299 Proġetti li saru fis-sena 2017 Matul 2017, ġew milqugħa sittax il-applikazzjoni mill-missjonijiet sabiex jkunu kkunsidrati għal fondi tal-kultura diplomatika. Minn dawn ġew approvati 9 proġetti: European Music Festival – Kunċert mit-tenur Nico Darmanin akkumpanjat mil pjanista Gabi Sultana USA (Washington) 7000 Kunċert minn Folk Band Maltija ETNIKA USA (Washington) 11940 Kunċert minn ETNIKA Ġermanja (Berlin) 9194 Kunċert ta’ Chamber Music mill-kompositur Malti Christopher Muscat Ġermanja (Berlin) 9508 Kunċert mill-pjanita Gabi Sultana li sar ġewwa Mendessohn Remise, Passionskirche Berlin (Ġermanja) 3898 Qari ta’ Letteratura mill- awturi Maltin Claudia Gauci u Walid Nabhan li saret f’Lettreage, Literaturhas. Berlin (Ġermanja) 2926 Berlin Film Screening u diskussjoni fuq it-tema li sar Filmksunst 66, Zeughauskino, Kino Sputnik. Berlin (Ġermanja) 3971 Wirja fotografika tal-fortifikazzjonijiet minn Daniel Cilia Italja (Ruma) 3500 Kunċeti muzikali mill- grupp KAFENA Kanada (Toronto) 8700

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjonijiet tal-Kummerċ — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ma ta’ l-ebda direct order mill-1 ta’ Diċembru 2016 sal-lum.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – binjiet f’Malta u madwar id-dinja – kera u maintenance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ kera u/jew maintenance expenses kull sena, minn Marzu 2013 sal-lum, li tħallset fuq il-binjiet kollha li għandu l-istess Ministeru sew f’Malta kif ukoll madwar id-dinja? Lil min tħallset il-kera jew il-maintenance? U għalkemm żmien hi kull kirja u/jew maintenance?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.