Jista’ l-Ministru jgħid kemm kull sena, bejn l-2010 u l-2022, missirijiet u ommijiet effettivament intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont it-tabella li qed tintbagħat separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment – twissija, multi, ħabs sospiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kull sena, bejn l-2010 u l-2022, missirijiet u ommijiet effettivament instabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi jew ħabs sospiż? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont it-tabelli li qed jintbagħtu separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Qorti tal-Ġustizzja – Messaġiera fir-reġistru, Deputati Reġistrar u Kaxxiera
Question
Jista' l-Ministru jgħid rispettivament kemm kien hemm Messaġġiera fir-Reġistru, Deputati Reġistrar, u Kaxxiera fil-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija m'għandhiex statistika ta’ kemm ħadmu messaġġiera, Deputati Reġistraturi u skrivana fir-Reġistru għal dawn l-aħħar ħames snin. Però qed nannetti tabella li turi kemm hemm impjegati fir-rwoli msemmija jaħdmu preżentement mar-Reġistru Ċivil u Kriminal fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex.
Deputati Reġistraturi
Skrivana
Messaġġiera
Ċivil
58
40
35
Kriminal
21
11
14
Għawdex
7
6
3
Amministrazzjoni
1
3
1
87
60
53
Ministeru għall-Ġustizzja — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1643 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu.
B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej:
Data tal-ProgrammMin marĦlasLil min sar il-ħlas
3, 10, 17, 24 ta' Ġunju 2020Ministru Zammit Lewis€ 566.40 One Productions Ltd
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametari 342 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità.
Avukat Ġenerali – ħruġ ta’ nolle prosequi u/jew ordni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il nolle prosequi u/jew ordni li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri skont l-artikolu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) inħarġu mill-Avukat Ġenerali u x'kienu l-akkużi li dwarhom inħareġ in-nolle prosequi u/jew ordni mill-Avukat Ġenerali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwistjonijiet li jirrigwardaw Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.
Ministeru għall-Ġustizzja – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-5 t’Ottubru 2022.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra preżentement kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Qrati ta’ Malta? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm irriżenjaw jew telqu mill-istess, tul is-sena li għaddiet u fil-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Ġunju, 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati kellha 462 impjegat. Minn Jannar 2021 sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, 75 impjegat itterminaw l-impjieg tagħhom minn mal-istess Aġenzija hekk kif muri hawn taħt. Fl-istess ħin niġbed l-attenzjoni li matul l-perjodu msemmi ġew ingaġġati 133 impjegat.
27 - Irriżenjaw,
25 - Marru jaħdmu ġo Ministeru ieħor,
3 - l-Impjieg ġie terminat,
20 - Irtiraw
Ministeru għall-Ġustizzja – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2471, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega l-kriterji li abbażi tagħhom il-Pulizija jew l-uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jiddeċiedu fuq liema entratura jiddaħħlu l-akkużati fil-Qorti ta’ Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministru ghall-Ġustizzja – diskors fil-laqgħa tas-CEPEJ
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskors li għamel fil-Laqgħa tas-CEPEJ f’Ġunju, 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskors li tajt waqt il-laqgħa tas-CEPEJ f’Ġunju, 2022 huwa wieħed pubbliku u saħansitra jinstab fuq il-midja soċjali. Ninfurmah ukoll li kien hemm anke stqarrija uffiċjali, PR220877, maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Membri tal-Ġudikatura – parteċipazzjoni f’konferenzi rigward liġijiet tal-UE
Question
Mill-bidu tal-2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid:
a. għal kemm-il kors, seminar jew konferenza ppartiċipaw membri tal-ġudikatura fir-rigward tal-liġijiet tal-UE li ġew jew għad iridu jiġu implimentanti, u
b. f’kull każ jelenka dwar x’kien is-suġġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2021 sa Settembru 2022 il-membri tal-ġudikatura attendew 30 il-kors, seminar jew konferenza. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bis-suġġetti varji ta’ dawn il-korsijiet, seminars jew konferenzi.
Ministeru għall-Ġustizzja – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda biss li tmexxi entità li waslet għall-età tal-irtirar. F'dan il-każ, skont il-liġi tal-entità stess, hija deskrizzjoni tal-Bord tal-entità li jiddeċidi fuq l-individwu li jmexxi l-entità.
Ministeru għall-Ġustizzja — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħallsu €8,230.67ċ f’reklamar lil Media.link mill-2017 sal-lum il-ġurnata.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qrati — Każi ta’ vjolenza domestika – Maġistrati assenjati
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex skont figuri mill-Qrati Maltin hija biss maġistrat waħda assenjata li tiddeċiedi l-każijiet ta’ vjolenza domestika? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li tittieħed azzjoni biex każi ta’ dan it-tip jinstemgħu quddiem aktar minn maġistrat wieħed u allura jitnaqqas id-dewmien sakemm jinstemgħu l-każi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’referenza għall-mistoqsija, niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellant li kien biss f’dawn l-aħħar snin li ġie assenjat maġistrat apposta fuq is-suġġett tal-vjolenza domestika biex b'hekk dawn il-każijiet jingħataw l-attenzjoni u l-ispeċjalizzazjoni mistħoqqa. Tajjeb ngħidu li l-prerogattiva hija tal-Prim Imħallef dwar kif jiġu mqassma d-dmirijiet tal-maġistrati. Nagħmel referenza wkoll għad-diskors tal-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-sena forensi, fejn semma l-ħtieġa ta' maġistrat ieħor fuq dan il-qasam. Filwaqt li nirreferu għall-komunikat tal-istampa datat 3 t'Ottubru 2022, fejn il-Gvern ikkommetta ruħu li fi żmien qasir jinħarġu sejħiet ghall-membri ġodda fi ħdan il-ġudikaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il imputat ġie liberat mill-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar sentejn minħabba problemi fin-notifika li jwasslu għall-preskrizzjoni tal-allegati reati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ informazzjoni.