Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha li għamlet il-MISCO għall-Malta Enterprise fl-2008, 2009 u 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli illi fil-perjodu 2008-2010 il-Malta Enterprise ikkummissjonat studju wieħed lil MISCO bl-isem ta’ “Overview of tertiary education sector” ta’ 4 pajjiżi. Kopja tar-rapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 23914.pdfPapers Laid 2 - PQ 23914.pdfPapers Laid 3 - PQ 23914.pdfPapers Laid 4 - PQ 23914.pdfPapers Laid 5 - PQ 23914.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx informat bil-prattika li qed tintuża minn xi sidien ta' blokok ta' appartamenti, fejn jistallaw meter wieħed għall-appartamenti kollha, flimkien ma' sub meters, imbagħad iġiegħlu lill-inkwilini jħallsu għad-dawl u ilma b'rati ogħla minn tal-Arms Ltd, anki permezz ta' kuntratti? X'inhi l-fehma tal-Ministru dwar din il-prattika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23944.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22960, jista' l-Ministru jgħid jekk:
a) il-ħlas tad-djun passati humiex se jħallu impatt fuq it-tariffi tad-dawl u ilma;
b) il-finanzjament tal-estensjoni tal-power station ġdida hix se tkun ġejja mill-ispecial purpose vehicle?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23575.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' sistemi elettorniċi għandha l-Korporazzjoni Enemalta biex tirċievi lmenti mingħand il-kunsilli lokali? X'tip ta' assessjar isir għal tali ilmenti li tirċievi l-Korporazzjoni Enemalta? Kemm irċeviet ilmenti l-Korporazzjoni Enemalta mill-kunsilli lokali, lokal b'lokal matul l-2010? X'tip ta' acknowledgement jingħata f'dawn iċ-ċirkostanzi lill-istess kunsill lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni tuża s-sistema elettronika tal-Gvern (e-Gov) u tirċievi ilmenti wkoll bl-email fejn kull ilment jintbagħat għand id-Distrett jew sezzjoni li tikkonċerna l-ilment. Il-kunsill lokali jigi nfurmat appena jkun hemm risposta mingħand id-dipartiment jew sezzjoni konċernata. L-istatiska lokal b’lokal hi kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jitwaħħal l-arloġġ ta' pannelli voltajiċi tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li applikat biex jinbidel l-arloġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni ma tistgħax toffri ċerti servizzi, inkluż dak imsemmi mill-Onor. Interpellant peress li bħalissa għaddejja azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers Union li tirrapprezenta l-ħaddiema tal-korporazzjoni. Għaldaqstant, qabel ma dawn l-azzjonijiet jiġu sospiżi, dan ix-xogħol ma jistgħax isir.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pakkett finanzjarju li għandu ċ-Chief Executive Officer tal-Arms Ltd u jgħid jekk dan ġiex miżjud u fil-każ b’kemm, minħabba karigi oħra li ngħatawlu fi ħdan l-istess kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20365.
Arms Ltd — applikazzjonijiet ta' bdil fid-dettalji tal-kontijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-bdil fid-dettalji tal-kontijiet tal-konsumaturi li ġew mormija min-naħa tal-Arms Ltd? X’passi ttieħdu biex dawk li se jispiċċaw milquta minn dan in-nuqqas kbir tal-Arms Ltd jiġu avżati u x’rimedju se jingħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-kopja tal-istqarrija maħruġa dwar dan is-suġġett li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji fuq fejn kien hemm involut safar b’xogħol fl-aħħar sitt xhur għaċ-Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid ukoll l-iskop ta’ dan is-safar, kemm ġie jiswa lill-Korporazzjoni u jagħti breakdown tal-ispejjeż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23800, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jew b'ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-servizzi tal-Ilma jew bi ftehim mal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, it-tiswijiet li hemm bżonn isiru fuq il-bankini fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Qawra u Bugibba, wara x-xogħol li sar minn ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ikun jista' jitlesta u dan għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jużaw il-bankini?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22408.
Kif mistqarr fir-risposta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet kuntatt mal-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar, li min-naħa tagħhom kellhom jiġu lura b’risposta ta’ fejn dawn il-bankini kienu jikkonċernaw lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Jekk il-kunsill jinforma lill-korporazzjoni li hemm xi problemi marbutin magħha, tittieħed azzjoni fuq dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Shipyards Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Shipyards Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mal-Malta Shipyards Ltd ħaddiema hemm 45. Ħaddiema Għawdxin m’hemm xejn.
Jista' l-Ministru jgħid il-fuel li qed jiġi kkunsmat fil-preżent meta nxtara u b'liema prezz ġie mixtri? Jista' jagħti ukoll spjega ta' kif ġie defenit il-prezz li jinbiegħ u x'inhuma l-komponenti li huma nklużi fil-prezz?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel?
X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il-
petrol
u d-
diesel
l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010?
X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010?
Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010?
Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010?
Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena?
X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta?
X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23698.
call for application għall-Public Relations Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-public relations officer, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'għandhiex kwalifiki hekk kif mitluba fil-call for applications li kienet inħarġet fil-gazzetti? Il-call kienet titlob degree fil-communications, jista' jikkonferma kif il-public relations officer għandha biss kwalifika post-sekondarja fl-speech therapy u m'għandhiex degree fil-communications hekk kif mitlub fil-call? Jista' jgħid ukoll għalfejn l-istess call for application ma nħarġitx minn ġewwa u kienet inħarġet direttament minn barra meta normalment il-calls kollha jinħarġu minn ġewwa l-ewwel kif isir kullimkien mal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 12989.
Peress li l-Gvern għandu l-ħsieb li jikkostitwixxi Special Purpose Vehicle biex jirristruttura d-dejn tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att ta' kostituzzjoni ta' din l-entità, kif ukoll jindika x'tip ta' securitisation jew garanziji oħra din l-entità pubblika se tagħti għal dan il-għan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa huwa prematur biex tingħata risposta, peress illi l-proċess għadu għaddej u mhuwiex magħluq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23166, 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel?
X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il-
petrol
u d-
diesel
l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010?
X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010?
Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010?
Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010?
Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena?
X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta?
X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23738.
B'referenza għall-asfaltar tat-triq ta' quddiem il-power station tal-Marsa (Church Wharf), jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan l-asfaltar:
a) tħallasx mill-Korporazzjoni Enemalta stess;
b) kemm ġie jiswa;
ċ) min kien il-kuntrattur li ngħata dan il-kuntratt; u
d) x'kienet ir-raġuni għaliex it-top management ħass li l-Korporazzjoni Enemalta għandha hija stess tħallas għal dan l-asfaltar tat-triq meta ovvjament dan ma jaqax fil-kompitu tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan ix-xogħol ta’ asfaltar tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta u ġie jiswa €90,775.83c. Ix-xogħol sar mill-kuntrattur Philip Agius & Sons Ltd.
Il-Korporazzjoni ħallset għal dan ix-xogħol peress li din it-triq kienet fi stat ħażin u konsegwenza t’hekk il-vetturi tal-Korporazzjoni kienu qed iġarbu ħsarat, u peress li ma kienx fil-ħsieb ta’ Transport Malta li din it-triq issir għalissa, ittieħdet deċiżjoni li ssir mill-korporazzjoni.
Enemalta — Chief Human Resources Management - redundancies
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli saħansitra wara t-tweġiba parlamentari tal-mistoqsija parlamentari 22707 li fiha wasalt lill-Kamra allegazzjonijiet li sar diskors dwar il-possibiltà ta' redundancies fil-Korporazzjoni miċ-Chief Human Resources Manager riċentement? Skont l-informazzjoni li għandi l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jokkupa din il-kariga stqarr waqt preżentazzjoni quddiem diversi senior managers u heads of departament tal-Korporazzjoni Enemalta li apparti cost cutting kien hemm redundancies in the pipeline f'diversi waqtiet, jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma dan wara li jivverifika mal-uffiċjali għoljin tal-Korporazzjoni tal-Enemalta preżenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22707.
Jista' l-Ministru, b'referenza għar-rapporti li ġew diskussi fil-media lokali, jikkonferma jekk is-service charge imposta fuq il-fabbriki hijiex se togħla minn 42c kull metru kwadru għal €7? Jista' jispjega x'wassal għal din iż-żieda u jgħid jekk iħossx li tali żieda hija waħda esaġerata? Jista' jgħid jekk jafx li tali żieda se xxekkel il-kompetittività tal-industrija lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi is-service charge riveduta li jħallsu l-fabbriki li jagħmlu użu mill-art pprovduta mil-Malta Industrial Parks ġiet applikata biss fil-każ ta’ fabbriki ġodda li ġew allokati wara 1 ta’ Ottobru 2009. Din ilha tiġi implimentata minn dakinhar. Fl-istess waqt, kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Bugdet 2011, hija l-intenzjoni tal-Gvern li jistabbilixxi service charge ekwa fuq kull min jokkupa fond f’qasam industrijali. Kif kelli l-okkażjoni nispjega drabi oħra f’din il-Kamra, is-service charge ser tkun qed tmur f’fond apposta li tmur għaż-żamma u l-manteniment taż-żona industrijali relattiva. Tajjeb li wieħed jinnota li l-Malta Industrial Parks ma tirċievi l-ebda sovvenzjoni mingħand il-Gvern u għaldaqstant trid issostni l-attivitajiet fiż-żoni industrijali sabiex dawn ikunu jistgħu iservu l-inkwilini u l-klijenti tagħhom bl-aħjar mod possibbli. Il-kompetittivita’ tal-pajjiż ma’ tiżdiedx biss bit-tnaqqis tal-ispejjeż imma ukoll bl-investiment fil-prodott infrastutturali. Għal dan il-għan, l-Gvern permezz tal-MIP, matul din is-sena qed jinvesti mas-16-il miljun ewro fit-titjib ta’ ħames żoni industrijali. Dan minbarra t-titjib li diġa sar fis-snin li għaddew.
Tajjeb li ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll, li fil-każ tal-Mosta Technopark per eżempju, is-
service charge
hija ta’ madwar €3 u tiġi stabbilita mill-kumitat tal-inkwilini. Fl-istess waqt, hemm diversi inkwilini li ma jħallsu l-ebda
service charge
għalkemm jagħmlu użu mill-infrastruttura komuni taż-żona industrijali. Qed ngħid dan kollu sabiex nagħti spjegazzjoni għal miżura li ser tiddaħħal u li minnha la l-Gvern u lanqas l-MIP ma huma ser jiggwadanjaw, imma huma l-inkwilini stess li ser igawdu minn dan kollu.