Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11681 u jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċifra ta' flus dovuti sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 16069.

Wied il-Għajn — breakwater - moorings

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-moorings fil-bajja ta' Wied il-Għajn, ċioe fil-parti li tibda mill-breakwater ta' barra u tispiċċa fil-breakwater ta' ġewwa? Kemm minhom għandhom permess li jirmiġġjaw? Kemm minnhom applikaw għall-permess? Dawk li applikaw għall-permess, kemm ilhom li applikaw? Veru li hemm minnhom li ilhom fuq sena li applikaw? Fl-applikazzjoni tingħata prijorità lil min ilu jirmiġġja għal ħafna u ħafna snin b'mod konswetudinarju? Kif jiġu riżolti kwestjonijiet li jinqalgħu dwar irmiġġjaturi ġodda li jaqbdu minn rajhom u jirmiġġjaw ħdejn min ilu jirmiġġja snin u snin twal?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li, peress li l-bajja ta’ Wied il-Għajn, sal-lum mhix kwalifikata bħala port, l-irmiġġi li hemm fl-istess bajja m 'humiex regolati. Xi żmien ilu kien ser isir proġett sabiex l-irmiġġi f’din il-bajja jkunu organiżżati u fil-fatt min kien jirmiġġa kellu japplika għand l-Awtorità Marittima ta’ dak iż-żmien. Kienu daħlu iktar minn tmien mitt applikazzjoniji, ħafna minnhom ftit aktar minn sena ilu. Madankollu l-imsemmi pjan sfaxxa minħabba nuqqas ta’ qbil bejn l-Awtorita’ u l-partijiet konċernati. Fil-fatt kull ma hemm permessi għall-irmiġġi illum huwa sitta. Jien infurmat li l-applikazzjonijiet jingħataw prijorità skont id-data ta’ l-applikazzjoni u li l-kwistjonijiet li jinqalgħu normalment jkunu riżolti bejn il-partijiet wara li tintervjeni l-awtorità. Bħalissa qed jitħejja pjan ġdid biex l-irmiġġi kollha f’Malta jkunu regolati b’mod li jkun jinħtieġ permess minn Transport Malta. Il-bajja ta’ Wied il-Għajn hija ppjanata għas-sena 2012 u fil-fatt diġà nbdew diskussjonijiet ma’ l-i stakeholders .

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej: a. liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu; b. in-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet; ċ. kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel; d. kemm hemm chairpersons nisa fuq il-bordijiet tal-Ministeru konċernat; e. kemm inħatru diretturi u chairpersons wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali Raħal Ġdid — Triq Joseph Stivala - One Way

Question

Peress li wara li bosta ġimgħat ilu, l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, fuq talba tar-residenti ta' Triq Joseph Stivala, kien ressaq talba quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex l-imsemmija triq issir one-way, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi indirizzata? Jekk din diġà qed issir, jista' jgħid x'għamlet s'issa l-Awtorità dwar it-Trasport fuq din it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta talbet lill-kunsill lokali konċernat għal iktar informazzjoni sabiex tkun tista’ tikkunsidra l-applikazzjoni in kwistjoni f'aktar dettal.

Lista ta' toroq li se jiġu asfaltati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq residenzjali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm saru toroq li ġew imwegħda mil-lista li kien ħabbar l-Ministru preċedenti Jesmond Mugliett? Jista' jgħid jekk hux qed tingħata preċedenza lil dawk it-toroq li jinsabu f'din l-istess lista u kemm-il triq baqa' sabiex jiġu asfaltati minn dik il-lista? Jista' jgħid ukoll kemm ġew jiswew aktar milli previst dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, jien infurmat li peress li f'dawn l-aħħar għaxar snin sar ħafna xogħol fuq toroq residenzjali sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba jeħtieġ ħafna xogħol li mhux kkunsidrat cost-effective li jsir. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal-lista ta' toroq li tlestew mill-2006 sal-aħħar tal-2009 u li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 5600. Jien infurmat li fil-fatt qed tingħata preċedenza lill dawk it-toroq li jinsabu fil-lista li kien ħabbar il-Ministru preċedenti u li minnhom għad fadal 246 triq x'tinbena. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien infurmat li din ukoll teħtieġ kwantità estensiva ta' xogħol biex tinġabar u mhux cost-effective li dan ix-xogħol isir.

Mosta — manutenzjoni neċessarja fuq Triq id-Dawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni neċessarja fi Triq id-Dawr, Mosta, liema triq tinsab fi stat ħażin ħafna u l-ħsara li fiha qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti li jagħmlu użu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Tranport Malta nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13299 u jgħid fl-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kemm kien hemm talbiet għal sponsorships f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid x’courses kienu dawn u x’persentaġġi ta' fondi ngħataw? Jista' jgħid ukoll fuq liema bażi n-nies jiġu aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid meta dawn ġew aċċettati jew rifjutati persuna b’persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet kontravenzjonijiet Transport Malta f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm ġabret flus minn dawn il-kontravenzjonijiet u kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura? X'kienet ir-raġuni ta' dan? Jista' jgħid ukoll meta dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn l-aħħar sentejn Transport Malta ħarġet 12,063 il-kontravenzjoni u ġabret €65,941. Qed inpoġġi l-informazzjoni l-oħra mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCA — testijiet fuq mobile phone antennae

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni għamlet testijiet fuq mobile phone antennae matul l-2008 u l-2009? Fejn kienu dawn l-ispezzjonijiet u x'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet? Kien hemm xi każi fejn ir-riżultati miksuba fil-fatt qabżu l-limiti permessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ testijiet li l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni għamlet fuq antenni tat-telefonija ċellulari kienu ta’ 143 matul 2008 u 125 matul 2009. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' lokalitajiet fejn saru t-testijiet

rmiġġi fil-bajja tax-Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid bit-tqegħid tal-faċilitajiet ta' rmiġġ fil-bajja tax-Xlendi, kemm hu mistenni jibdew jorbtu magħhom vapuri kull sena? Xi studju sar rigward impatt ambjentali għal din il-komunità minħabba żieda ta' turiżmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru tiegħi mhux il-Ministeru kompetenti għall-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant, għalkemm ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6424 tagħti ndikazzjoni tal-possibilitajiet. Rigward l-impatt ambjentali, l-istudju relattiv kien parti mill- proċess tal-MEPA.

Bus shelters f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn bus shelters f'Malta u f'Għawdex ? Liema huma l- bus shelters li se jinbiddlu ? X'involviment għandhom il-kunsilli lokali fejn jidħlu bus shelters ? Min qed jagħmel ix-xogħol tal- bus shelters il-ġodda ? Bejn wieħed u ieħor kemm qed jiġi jiswa kull bus shelter?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li fil-preżent hawn 456 bus shelters f’Malta u f’Għawdex u li minnhom Transport Malta qed tbiddel 43 f'dawn il-ġranet. Transport Malta qiegħda wkoll fil-proċess li tidentifika numru ta’ bus shelters oħra li se jkollhom bżonn jinbidlu aktar tard din is-sena bħala parti mir-riforma tat-trasport pubbliku. Jien infurmat li l-kunsilli lokali għandhom l-obbligu li jieħdu ħsieb it-tqegħid u l-manutenzjoni tal- bus shelters li jinsabu f’toroq residenzjali. Infurmat ukoll li x-xogħol ta’ preparazzjoni sabiex jitqiegħdu dawn il- bus shelters qed isir minn diversi kuntratturi li kienu interessati jagħmlu x-xogħol u li għandhom garanzija ma’ Transport Malta, filwaqt li x-xogħol ta’ tqegħid ta’ bus shelters isir minn kuntrattur privat. Ix-xogħol ta’ preparazzjoni qabel it-tqegħid tal- bus shelters qed jiswa lil Transport Malta bejn €2,000 u €3,500 (għal kull bus shelter), filwaqt li l- bus shelters infushom ma jiġu jiswew xejn lill-awtorità minħabba li l-kumpanija privata li tqegħdhom titħallas mill-flus tar-reklami li jitqegħdu fuq l-istess bus shelters .

membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tagħhom bħal ngħidu aħna onorarja u fringe benefits oħra jekk jeżistu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn ma jitħallsux onorarji u/jew fringe benefits.

Item 7265 ,Vote IV Capital — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għall-item 7265 Vote IV Capital fl-estimi tas-sena 2010 - Property Searches Databases and IT, jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet ivvutata s-somma ta' €2,700,000? Jista' jgħid jekk ġewx imħallsa xi flus minn din is-somma sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, kemm kien l-ammont u għaliex intnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16985.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari nru. 15366. Addizzjonalment, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MEPA kienet tablet lill-konsulent biex jirrevedi r-rapport u qabel dan isir Appropriate Assessment liema assessment sar u ġie sottomess lill-MEPA.

Ħaż-Żabbar — twessiegħ ta' Triq iċ-Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwessa' Triq iċ-Ċimiterju, Ħaż-Żabbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha pjanijiet biex jitlestew it-toroq li kienu inklużi fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali. It-Triq imsemmija hija inkluża f’dan il-programm u x-xogħol jinbeda skont il-fondi u l-prijoritajiet li jiriżultaw.

ADT — applikazzjoni għal trench

Question

B'referenza għas-servizz ġdid mill-Korporazzjoni Enemalta li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, peress li jidher li din l-applikazzjoni ilha mwaħħla x-xhur minħabba n-neċessità li ssir it-trench neċessarja mill-Awtorità dwar it-Trasport, jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport qed iddum daqshekk biex tagħti s-servizz u allura qed tostakola x-xogħol lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent Transport Malta m'għandhiex pendenzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħruġ ta' offerti għal xogħlijiet f'isem l-Enemalta.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tender jew direct order ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct order mill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul dan l-aħħar 12-il xahar ma inghata l-ebda tender jew direct order lil M.A & A Services Ltd.

Belt Valletta Bus Terminus

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-bus terminus l-ġdid propost fil-Belt? X'inhu n-numru tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan il-bus terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru tal-permess tal-MEPA huwa PA 00287/10. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni mitluba.