Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta’ abbużi sesswali bejn studenti

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il abbuż sesswali bejn studenti ġie rrappurtat u investigat f’dawn l-aħħar sentejn fl-iskejjel tagħna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar

Skejjel – Studenti li nqabdu b’electronic cigarette (Vapes)

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il darba nqabdu studenti fl-iskejjel tagħna bl-electronic cigarette (Vape) f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2021, l-użu tas-sigaretti u s-sigaretti elettroniċi kien jitniżżel taħt heading wieħed. Minn Jannar tas-sena 2022 dawn ġew separati. Għaldaqstant matul is-sena 2021, l-Anti-Substance Unit fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali tas-Sapport għall-istudenti, rċieva 70 referral dwar l-użu tal-vape u s-sigaretti, filwaqt li matul is-sena 2022 kien hemm 110 każi relatai mal-użu tal-vape.

Skejjel — Health and Safety Teachers

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il uffiċjal tas-saħħa u sigurtà (Health and Safety Teachers) hemm f’kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 43 Health and Safety Teachers mqasmin fl-iskejjel.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — karozzi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kemm tħabbar li ġie ppublikat tender b’valur ta’ €10 miljun li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% għal kważi 40%. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jagħmel użu minn erba’ karozzi elettriċi leased, tnejn minnhom tat-tip hybrid.

Qawra – Skola Primarja — parkeġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4526 dwar il-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat iktar kmieni llum 12 ta’ Diċembru, 2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Tarxien – parking area quddiem l-iskola

Question

Billi quddiem l-Iskola ta' Ħal Tarxien hemm parking area kbira li ma tistax tintlaħaq mir-residenti kollha li joqogħdu madwar l-iskola, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir passaġġ (kemm tgħaddi persuna) mill-preċint tal-iskola għal Triq it-Tramuntana biex b'hekk ir-residenti tad-dintorni jkollhom aċċess għall-parking area?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ġiet innutata.

Diploma in Social Work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena akkademika beda l-Kors tas-Social Work bħala Diploma in Social Work u kemm kien hemm studenti (bħala total tas-snin kollha tal-kors) jsegwu dan il-kors u kemm iggradwaw kull sena bid-Diploma in Social Work sakemm baqa' jsir dan il-kors? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm studenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

BA (Hons) in Social Work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema sena beda jsir il-BA (Hons) Social Work u kemm kien hemm studenti kull sena (bħala total tas-snin kollha tal-kors) jsegwu dan il-kors ta' studji u kemm iggradwaw kull sena studenti bil-BA (Hons.) Social Work? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm studenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors msemmi beda fis-sena skolastika 1993/4. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellat li l-istudenti full-time (FT) jiggradwaw wara li jlestu r-raba' sena, filwaqt li dawk part-time day (PTD) jiggradwaw wara li jlestu s-sitt sena.

Master in Social Work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema sena akkademika beda jsir il-Master in Social Work, kemm kien hemm studenti (bħala total tas-snin kollha tal-kors) jsegwu dan il-kors kull sena u kemm iggradwaw kull sena s’issa bil-Master in Social Work? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm l-istudenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi beda jsir mis-sena akkademika 2018/19. Total ta’ studenti li gradwaw s’issa hu ta’ 5 u f’Marzu ta’ din is-sena mistennija jigradwaw 3 studenti oħra. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi jdum fuq sentejn għal dawk l-istudenti full-time u fuq erbgħa snin għal dawk l-istudenti part-time.

BA (Hons) in Social Work u Master in Social Work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għas-sena akkademika preżenti kemm hemm studenti jsegwu l-BA (Hons) Social Work u l-Master in Social Work f'kull sena tal-kors? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm studenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 78 student isegwu l-korsijiet imsemmija, 65 ta’ sess femminili u 13 ta’ sess maskili.

Ħal Far Model Flying Association – ċaqliq għall-inħawi ta’ Wied Żnuber

Question

B'referenza għal wegħda li għamel il-Prim Ministru ftit qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet u għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 4603, jista' l-Ministru jgħid għal liema post ser tkun qed tiċċaqlaq il-Ħal Far Model Flying Association minn fejn hi pjanata li ssir it-trakka tal-karozzi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan li jsir iċ-ċaqliq tal-Ħal Far Model Flying Association għadu fis-seħħ.

Proċess u frekwenza tal-verifikazzjoni tal-perkolat tal-putassa għal użu fil-piroteknika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess u l-frekwenza, sabiex jiġi vverifikat li l-perkolat tal-putassa għal użu fil-piroteknika importati jikkorspondi fil-komposizzjoni u l-kwalità mad-dokumentazzjoni ppreżentata waqt l-importazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel sekondarji tal-Istat — persuni li joperaw it-tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni differenti li qegħdin joperaw it-tuck shops fl-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm ħames kuntratturi differenti li qed joperaw tuckshops fl-iskejjel sekondarji tal-Istat.

Skejjel sekondarji tal-Istat — tuck shops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta' Tuck Shops li persuna/persuni/kumpanija tista' tingħata biex topera fl-iskejjel tal-istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx numru massimu ta’ kemm wieħed jista’ jopera t-tuckshops.

Lifelong Learning – call/talba għal post ta’ Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx il-call/it-talba għall-post li kien vakat mid-Direttur, Lifelong Learning, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-call/talba msemmija ħarġet skont iċ-ċirkulari OPM numru 16/2022 – Headship Position.

Skejjel tal-Gvern — tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jingħataw it-tuck shops jew kif jintgħażel min jieħu ħsieb biex imexxi dawn fl-iskejjel tal-Gvern?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura użata hi l-istess bħall kull proċedura oħra ta’ procurement system.

Skejjel tal-Knisja – laboratory technicians — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4840 u jgħid jekk hux qegħdin isiru diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO U PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Taħriġ u edukazzjoni dwar il-Fibromyalgia u l-ME

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.