Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-irziezet reġistrati sabiex iżommu baqar jew għoġġiela, huma 108 f’Malta u 46 f’Għawdex, iżda n-numru ta’ produtturi tal-ħalib reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura huwa ta’ 95 f’Malta u 41 f’Għawdex. Din id-differenza hija spjegata minħabba li wħud mir-raħħala jkunu krew il-kwota jew mhumiex joperaw bħala produtturi tal-ħalib frisk, iżda għadhom qed iżommu xi baqar jew għoġġiela fuq ir-razzett.
L-ammont ta’ produzzjoni ta’ ħalib frisk hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħxejjex u frott mis-serer reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? Xi produzzjoni jlaħħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam frisk tal-majjal esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-esportazzjoni tal-laħam frisk tal-majjal issir minn kumpanija privata u għalhekk l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali .
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tat-tjur tas-simna esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tal-fenek esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Jista‘ l-Ministru għar-rigward tal-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008:
i. Kemm ibenefikaw produtturi mill-fondi tal-I
structuring Aid
u
ii. jekk ingħataw , x’kien il-kriterju li ntuża’ ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal liema settur qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm mill-collected waste qed jintuża għal reuse projects? X'qed jiġri minn dan il-waste u kemm hemm minn dan il-waste li qed jiġi esportat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-iskart separat li jinġabar jiġi recycled u mhux reused. Il-materjal għar-reuse ma jintremiex u allura ma jidħolx fil-faċilitajiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ studji li ġew ikkummissjonati fil-leġislatura li għaddiet dwar l-update ta' Strategic Solid Waste Management, kif ukoll ta' studju ieħor li kien iħares lejn Options For Treatment of Solid Waste b'enfasi fuq it-treatment teknoloġiku ta' din il-problema, b'mod partikolari fuq it-thermal treatment involut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Interpellant li ż-żewġ studji msemmija ser ikunu finalizzati dalwaqt.
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1745 u 1378 u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq l-Ortolan, il-Mosta, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Nru 1745
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam taċ-ċanga friska reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li biex inkunu preċiżi, f’Malta u Għawdex m’għandniex produtturi taċ-ċanga. Iċ-ċanga f'Malta u Għawdex hija konsegwenzjali għat-trobbija tal-baqar għall-ħalib. Għalhekk il-produtturi li huma irreġistrati li jżommu baqar u għoġġiela huma kollha b'xi mod produtturi taċ-ċanga. In-numru tagħhom hu ta’ 108 f'Malta u ta’ 46 f'Ghawdex. Minbarra dawn hemm ukoll 192 irziezet irreġistrati f'Malta li għandhom xi baqar jew għoġġiela u 12 f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-majjal reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta’ produtturi tal-majjal liċenzjati f’Malta huwa ta’ 157 filwaqt li dak t'Għawdex hu ta’16.
Peress li l-qatla tal-majjal issir kollha f’Malta ma tinżammx statistika separata u għalhekk iċ-ċifri tal-produzzjoni minn Jannar sa Ġunju 2008 li ser insemmi jinkludu l-Malta u l-Għawdex f’daqqa
Numru ta’ Rjus
Piż
(Kgs.)
Malta u Għawdex
47,145
4,052,867
Jista’ il-Ministru jispjega għal liema raġuni qatt ma ġie propost mill-Ministeru tiegħu sabiex isiru l-green cores fil-qalba ta’ l-irħula f’Malta u f'Għawdex bħala parti mill-iżvilupp rurali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-programm ta’ żvilupp rurali ffinanzjat mill-U.E. hemm miżura maħsuba biex jiġu ffinanzjati numru ta’ proġetti li jinkoraġġixxu t-turiżmu f’dawn iz-zoni rurali, inkluż il-qalba ta’ villaġġi li huma f’areas rurali.
Għalhekk, il-
green cores
li qed jirreferi għalihom l-Onor Membru huma waħda mill-azzjonijiet maħsuba li jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ proġetti iktar mifruxa u integrati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministru jistax ifassal programm ta' xogħlijiet fuq il-bankini li għadhom ma saru qatt jew jekk saru, illum għandhom bżonn ta' uċuħ ġodda, naturalment wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali konċernat biex dawn il-bankini, fix-Xemxija, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u Burmarrad ikunu jistgħu jsiru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni jkun jista’ jikkonsidra u jħejji, flimkien mal-Kunsill Lokali, programm ta’ xogħlijiet ta’ bankini fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Membru jekk u meta l-Kunsill Lokali jagħmel talba formali u din it-talba tkun ikkunsidrata flimkien mat-talbiet ta’ xogħlijiet f’lokalitajiet oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Chairpersons u diretturi maħtura
Question
Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmet u ġiet allokata l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjal rigward is-sussidju tal-SMPPMA u l-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi iffrankar tal-flus ta’ dak il-laħam li ma nqatilx? Kemm kienet din is-somma?
Fid-dawl tal-iskontentezza li qed tiddomina fil-pajjiż naxxenti minn sensazzjoni li l-gvern naqas bil-kbir li jżomm il-wegħdiet tiegħu mal-produtturi tal-majjal, jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu il-gvern sabiex jgħin lil din l-industrija, meta l-istess gvern lejliet elezzjoni ipprometta u dikjara li l-prodotti Maltin huma fost l-aqwa kwalità li għandna fis-suq lokali u wkoll li l-prodotti friski għandhom valur aħjar ta’ nutrijenti minn dawk il-prodotti li jkunu importati?