Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Skejjel tal-Knisja – Laboratory Technicians — promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4840 u 4901 u jgħid jekk hux qegħdin isiru diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO u PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet neċessarji għadhom għaddejin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4902 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dwar l-applikazzjoni għall-proġett ta' Marsaxlokk, li ġġib in-numru PA 8310/21, il-klabb ta' Marsaxlokk FC ingħatax il-permess mill-Commercialisation Unit tal-Ministeru fl-affermattiv? Jista' jindika meta saret it-talba mill-klabb u meta nħareġ dan il-permess għall-commercialisation?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klabb imsemmi applika fit-30 t’Awwissu tas-sena 2021. Bħalissa għadu għaddej il-proċess ta’ valutazzjoni u analisi mill-entitajiet konċernati.
AUM — Benefiċċji għall-istudenti minn sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba formali mill-American University of Malta (AUM) biex studenti li japplikaw mal-AUM ikunu jistgħu jibbenefikaw minn sponsorships maħruġin mill-Ministeru għall-Edukazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għad ma kienx hemm talba uffiċjali biex studenti jibbenefikaw minn sponsorships.
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn il-kriterji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull liċenzja li tinħareġ biex stituzzjoni topera minn Malta, tinkludi wkoll lista ta’ kriterji.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' programmi jew proġetti li ġew offruti mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet sottomessi għal kull wieħed minnhom, kemm minn dawn il-proposti kienu ta' standard tajjeb biżżejjed sabiex setgħu ġew awarded il-fondi u kemm ġew milqugħin proposti għal kull proġett jew programm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Eżerċizzju ta’ mapping fir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport jew estratt minnu li juri l-eżerċizzju ta' mapping dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni sabiex fuqu ġiet mibnija l-istrateġija ppreżentata għas-snin 2023-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġew bullied mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u jekk dawn l-abbużi ġewx ikkontrollati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ li ġie riferut lid-Direttorati konċerati ġew mogħtija l-attenzjoni neċessarja permezz ta’ interventi skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni.
Università ta’ Malta – studenti li komplew bil-kors ta’ Masters
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4180, jista’ l-Ministru jagħti n-numru eżatt ta’ kemm hemm studenti li qed jagħmlu kors ta' Masters eżatt wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ baċellerat u qed jirċievu stipendju għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4180, nirriferih ukoll għall-artikolu 13(ċ) tal-Leġiżlazzjoni (SL.605.06) li jgħid, “biex student ikun eliġibbli għal-għotjiet ta’ manteniment f’kors ta’ wara l-ewwel grad, il-kors għandu jkun iwassal għal warrant biex tiġi pprattikata professjoni, sakemm li l-istudent mhux diġà rċieva l-għoti ta’ manteniment tal-istudenti fuq l-istess livell”.
Università ta’ Malta – korsijiet b’sistema ta’ numerus clausus
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet fl-Università ta' Malta li se jkollhom is-sistema ta' numerus clausus fid-dħul li jmiss u kemm se jkun in-numru ta' studenti li se jitħallew jidħlu f'kull wieħed minn dawn il-korsijiet universitarji? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għal dawn il-korsijiet din is-sistema titneħħa jew tinbidel u meta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li meta studenti jmorru jistudjaw f'universitajiet Ewropej minnħabba n-numerus clausus, dawn jibdew jieħdu refund tal-ispejjeż għall-istudji tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ħal Far – studji dwar il-ħsejjes iġġenerati mit-trakka tal-karozzi
Question
Minħabba li l-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 4602 ma rrispondiex għal mistoqsijiet fl-istess domanda imma rrefera biss għal mistoqsijiet preċedenti li fil-fatt ma ġewx imwieġba lanqas, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtietx kopja tal-istudji dwar il-ħsejjes li se jkunu qed jiġu ġġenerati mit-trakka tal-karozzi f'Ħal Far lill-Kunsilli Lokali ta' Birżebbuġa, taż-Żurrieq u ta' Ħal Safi? Jista' jagħti d-dati meta saru laqgħat ta' konsultazzjoni ma’ dawn il-Kunsilli, x'kienu l-punti mqajmin, kif dawn il-punti se jiġu indirizzati u jippreżenta dokumentazzjoni li turi dan? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rapporti dwar il-ħsejjes li mistennija jiġu ġġenerati u kif dawn se jiġu mitigati?
Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4829 jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ibbenefika l-Malta Paralympic Committee?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul dawn l-aħħar snin il-Malta Paralympic Committee applikat għall-iskema “International Participation” fejn dawn l-iskemi jiġu maħruġa minn Sport Malta.
L-applikazzjonijiet tagħhom ġew evalwati mal-applikazzjonijiet l-oħrajn u Sport Malta kkommettiet din l-għajnuna finanzjarja lil Malta Paralympic Committee f’dawn l-aħħar erba’ snin kif indikat hawn taħt:
2019: € 9,362.14
2020: € 6,377.00
2021: € 12,658.00
2022: € 25,000.00
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal reġistrati b’diżabilità fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex li għandhom bżonn is-servizz ta’ LSE u kemm hemm LSEs jaħdmu fl-iskejjel? Hemm tfal b’diżabilità li qegħdin f’xi lista pendenti jistennew LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diżabilità mhijiex neċessarjament rekwiżit għal servizz ta’ LSE. Bħalissa għandna 2869 LSE li qed jgħatu servizz lil 3896 tfal fl-iskejjel tagħna.
Sa Diċembru kien hemm 15-il tifel/tifla, li wara proċess sħiħ għadhom qed jistennew servizz ta’ LSE.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm idum biex jingħata l-psychological report lill-ġenituri biex dawn jaraw jekk uliedhom hux se jkollhom għajnuna ta’ LSE jew jekk hux se jkun LSE shared jew one-to-one? Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju minn dan id-dewmien esaġerat u jekk iva, x’qed isir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti psikoloġiċi jvarja minn każ għal ieħor skont is-severità u s-sensittività tal-każ.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dawn ir-rapporti ma jiddeterminawx jekk ikunx hemm ħtieġa ta’ LSE.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur talab l-għajnuna ta’ Skema 9 matul is-sena 2021 u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2021 s’issa hemm total ta’ 5,562 student li bbenefika minn Skema 9. Infakkar lill-Onor. Interpellant li bil-miżuri mħabbra fil-budget li għadda, issa din l-iskema twessgħet biex it-tfal flok igawdu minn għajnuna waħda minn erbgħa, jistgħu jgawdu minn kull għajnuna offruta.
Skejjel li ma għandhomx servizz ta’ lift jew turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.