Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Business Service Centre - post ta' manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-post ta’ manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise , liema applikazzjoni għalqet fl-20 ta’ Awissu 2010? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifikazzjonijiet akkademiċi terzjarji ta’ kull applikant/a? Jista’ jgħid ukoll kull applikant/a kemm għandu/għandha snin ta’ esperjenza f’service management provision?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanti għall-post ta’ manager fil-Business Service Centre ġewwa Għawdex kienu 12. L-informazzjoni dwar kwalifiki akkademiċi kif ukoll esperjenza fil-qasam huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arms Ltd toħroġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċevih minn Settembru u n-nies tal-istess triq irċevewh?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi kont għal dan l-aħħar 11-il xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti b'direct order jew tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv, Kalaxlokk Company Limited, Cordin Grain Terminal Limited, Land Arbitration Board, Libyan Arab Holdings Company Limited, Licensing Advisory Committee, Licensing Appeals Board, Lotteries and Gaming Authority, MALPRO Limited, Malta Air Traffic Services Limited, Malta Crafts Council, Malta Dairy Products Limited, Malta Enterprise Appeals Board, Malta Enterprise Board, Malta Export Credit Insurance, Malta Film Commission, Malta Financial Services Authority, Malta Industrial Parks, Malta International Airport p.l.c., Malta National Library u Malta Statistics Authority? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kuntratti ta' Public Private Partnerships

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti ta' Public Private Partnerships li qegħdin fis-seħħ partikolarment f'għoti ta' servizzi? Jista' jgħid kemm hu twil it-terminu ta' dawn il-kuntratti, id-data tal-iskadenza u l-metodi użati sabiex ikunu reklamati t-tiġdid jew l-għoti mill-ġdid ta' dawn il-kuntratti? Jista' jgħid min huma l-kuntratturi li jħaddmu dawn il-kuntratti u l-valur tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23587.

Nfiq kapitali tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern, esklużi fondi mill-Unjoni Ewropea, f'Għawdex fl-2009 u fl-2010? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa ta' fondi mill-Unjoni Ewropea f’Malta u Għawdex separatament matul l-istess sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingħata f’Tabella A u B li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Xiri ta' żejt

Question

Meta l-Korporazzjoni Enemalta ġiet għax-xiri taż-żejt fis-snin 2008 - 2010 u anke fil-preżent jista' l-Ministru jgħid: a) x'inhu s- supplier selection process; b) min jieħu d-deċiżjoni finali; ċ) għażliet simili għall-approvazzjoni ta' min jkunu suġġetti; d) jkun hemm konsultazzjoni mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi f'xi stadju jew ieħor; e) l-Korporazzjoni Enemalta dejjem tuża l-istess surveryors/survery organisation biex tivverifika u tikkwantifika il-cargo involut; f) l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel spezzjonijiet hi stess fit-tankijiet tagħha, indipendentement mis-survey reports kkonċernati; g) fid-dawl taż-żieda fl-attività tal-Malta International Airport kif wieħed jispjega l-fatt li l-importazzjoni ta' Jet A1 tidher relattivament baxxa mit-tweġiba li ngħatat dwar xiri mingħand Total sakemm dan ix-xiri mhuwiex isir mingħand xi kumpanija/i oħrajn ukoll? Jekk iva, mingħand min? ġ) billi dan l-aħħar kien hemm rapporti fil-media li l-Air Malta kienet qed tiġi fuelled fil-Libja biex tgawdi minn price advantages jista' jelabora aktar dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tal-għażla tas-supplier taż-żejt mill-Enemalta jsir minn Kumitat apposta – l-Fuel Procurement Committee - wara sejħa għall-offerti. Il-Fuel Procurement Committee jiftaħ l-offerti mitfugħa, li jiġu evalwati biex tinstab l-irħas offerta li taqbel ma’ dak li kien mitlub fit-tender. Id-deċiżjoni finali dwar l-aħjar offerta tittieħed mill-Fuel Procurement Committee wara li jkun evalwa l-aspetti kollha tal-offerti, inkluż il-prezz, waqt in-negozjati li jsiru waqt il-Fuel Procurement meeting. Il-Korporazzjoni Enemalta tikkonsulta mal-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi dwar xi tibdil fil-kwalità taż-żejt antiċipat minn din l-Awtorità li jidħol waqt il-ħajja ta’ dak it- tender . Din il-konsultazzjoni issir fl-istadju tat-tħejjija għat- tender . Is- surveyors mqabbda biex jivverifikaw il-kwalità u kwantità tal-cargo mwassal Malta isir wara qbil bejn is- Supplier u l-Enemalta. F’dan il-perjodu l-qbil kien fuq l-istess s urveyors . Peress li fl-2010 kien hemm żieda fin-numru tal-kumpaniji li jistgħu jipprovdu dan is-servizz lokalment, l-Enemalta ħejjiet abbozz ta’ tender għal dawn is-servizzi, liema tender ser joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Korporazzjoni Enemalta tagħmel spezzjonijiet fit-tankijiet tagħha indipendentement mis- Surveyors u dawn isiru wkoll fil-preżenza tal-uffiċjali tad-Dwana. Dan isir sabiex l-Enemalta tkun tista’ tivverifika l-ammont ta’ żejt li tirċievi, u tkun b’hekk tista’ tagħmel claim lill- insurance jekk jirriżulta li tkun irċiviet inqas minn ċertu ammont. Id-Dwana tidħol sabiex ikollha stampa ċara ta’ kull importazzjoni ta’ żejt f’Malta. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tal-Jet f’dan il-perjodu (2008-2010) ma sarx biss mingħand TOTAL imma wkoll mingħand Litasco u BB Energy. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tad-domanda, ninforma lill-Onor. Interpellant li mhuwiex prudenti li nirrispondi din id-domanda minħabba raġunament kummerċjalment sensittivi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi hemm 17-il persuna li jokkupaw dawn il-karigi li ġejjin: 1 Head of Secretariat 1 Deputy Head of Secretariat 1 Private Secretary 1 Communications Coordinator 1 Policy Coordinator 8 Secretariat Officers 1 Secretariat Pool 1 Messenger 2 Drivers/Security Officers Dawn jitħallsu skont il-linji gwida li jinsabu fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ f’Ottubru 2007 u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23715.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — printers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħlasijiet dovuti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23389, u b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-allegazzjoni dwar ħlasijiet dovuti, jista' l-Ministru jara għaliex il-Korporazzjoni ma tagħtix każ l-allegazzjoni f'din l-ittra partikulari li kienet serja biżżejjed biex tirrikjedi risposta uffiċjali li tiddikjara b'mod ċar li l-allegazzjoni kienet għal kollox infondata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċerti ittri jirrikjedu risposti waqt li oħrajn jirrikjedu azzjoni. Din l-ittra partikolari kienet tirrikjedi azzjoni, li ttieħdet. Il-fatt li ttieħdet din l-azzjoni awtomatikament tiskredita l-allegazzjoni dwar ħlasijiet dovuti. Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta tagħti każ kontinwament ta’ korrispondenza li jkun hemm fuq ġurnali lokali. Xi wħud minn dawn jirrikjedu risposta fuq l-istess ġurnal, u oħrajn jirrikjedu azzjoni fl-aħjar interess tar-residenti konċernati jew ta’ min ikun qed jikteb il-korrispondenza. F’dan il-każ partikolari, il-korporazzjoni ħadet azzjoni immedjata biex tirrimedja s-sitwazzjoni li kienet deskritta.

Valur tal-esportazzoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23156 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Settembru 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2010 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23156.

Green House Gas Emission allowance Trading Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjanijiet dwar Green House Gas Emission Allowance Trading Scheme taħt l-EU ETS?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi L-Emissions Allowance Trading Scheme Ewropeja tippermetti fabbriki u impjanti ta’ l-enerġija li jirċievu ‘l hekk imsejħa “emission allowances” (jew permessi għall-emissjonijiet) illi jkunu jistgħu ibiegħu u jixtru mingħand xulxin skond il-bżonn. Il-bejgħ bl-irkant ta’ dawn l-permessi kienu illimitati matul l-ewwel u t-tieni perjodi ta’ kummerċ. Fit-tielet perjodu li jibda’ fl-2013, nofs l-permessi huma mistennija jiġu irkantati fuq livell Ewropew. Malta bi ħsiebha tieħu sehem f’dawn l-irkanti billi se tipparteċipa fi pjattaforma komuni Ewropeja illi se tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ l-irkant ta’ dawn l-allowances.

Esportazzjoni ta' merċa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23156 u 23641 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Diċembru 2010 maqusim skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23156.

Xemxija — Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li wasslet biex l-istreet lighting mill-Veċċa sax-Xemxija u mix-Xemxija sa Għajn Stas jinqata'? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan il-qtugħ jiġi rranġat kemm jista' jkun malajr?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investgazzjoni li saret mill-parti tal-Veċċa sax-Xemxija, instab li kien hemm fuse imtajjar u issa dan inbidel. Waqt li l-parti mix-Xemxija sa Għajn Stas hemm erbgħa bozoz maqtugħajn li għandu jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa ma' xogħlijiet oħra simili.

pjanti ta' street lighting madwar Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex pjanti li jindikaw fejn jinsabu d-dawl pubbliċi (street lighting) li għandna madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relattivi għal-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta għandha pjanti li juru l-istreet lighting ta’ Malta u Għawdex. Il-pjanti tal-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar rispettivament qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — substations

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' substations tal-Korporazzjoni Enemalta li jinsabu fl-inħawi li jaqgħu taħt il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn is-substations inbnew mill-privat minħabba żviluppi privati li kellhom bżonn substation separata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx talbiet pendenti għall-bini ta' substations f'dawn l-istess inħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n numru ta’ substations u transformer centers li jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huwa ta’ 75. In-numru ta’ substations li nbnew mill-privat huwa ta’ 41. Dawn jinkludu s-substations li nbnew bejn il-privat u l-Enemalta flimkien. In-numru ta’ substations proposti huwa ta’ 9.

KSI — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat numru ta' ħaddiema permezz ta' kuntrattur u li dawn il-ħaddiema klerikali, il-biċċa kbira tagħhom, jekk mhux kollha, qegħdin jassistu fix-xogħol tal-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema klerikali ġew impjegati temporarjament biex jassistu fix-xogħol klerikali u biex jindirizzaw il-back log ta’ customer contacts li kien hemm.