Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li ngħataw għajnuna mill-programm nazzjonali għar-riċerka u kemm kienet l-għajnuna proġett proġett? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-2005 kien hemm 14 -il proġett li ngħata l-għajnuna mill-programm nazzjonali għar-riċerka. L-għajnuna għal-2006 u l-2007 ingħatat f’daqqa għal 7 proġetti. Il-proġetti kienu skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
In vista tal-fatt li sew il-Gvern Malti kif ukoll l-Unjoni Ewropea taw daqstant sussidji lill-produtturi lokali, jista' l-Ministru jgħid x'kienet mela r-raġuni li l-biedja marret u għadha sejra tant lura?
Jista' jgħid x'inhi l-kawża ta' dan ir-rigress? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux pjan t'azzjoni preparat għal perjodu 2008 - 2013? Jista' jgħid jekk hux ser jinvesti f'aktar tagħlim u f'aktar taħriġ speċjalment fuq il-maniġġ tal-biedja sabiex ibiddel din it-trend? U jekk hux se jgħalli din l-ammorreġija ta' riżorsi umani fil-biedja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma naqbilx mal-premessa tal-Onor Membru.
L-Agrikoltura f’Malta għaddiet u għadha għaddejja minn trasformazzjoni, liema trasformazzjoni hija riżultat ta’ suq ħieles tal-prodotti agrikoli f’pajjiżna. Anke kieku pajjiżna mar għal ftehim ta’ Suq Ħieles mal-UE minflok sħubija, l-bidwi u r-raħħal kien jiffaċċja kompetizzjoni għall-prodotti tiegħu. Din it-trasformazzjoni seħħet u għadha qed isseħħ fuq perjodu transitorju li fih is-settur qed jiġi mgħejjun b’miljuni kbar ħalli jaddatta ruħu. Kieku pajjiżna ma sseħibx, il-bidwi u r-raħħal kien ikollhom jikkompetu f’suq ħieles mingħajr l-ebda għajnuna.
Għas-snin 2007-2013 il-biedja Maltija se tgawdi minn fondi taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali filwaqt li jkunu għaddejjin ukoll it-taħdidet ma’ l-Unjoni Ewropea dwar ir-riforma tal-PAK u l-Pjan għal-Iżvilupp Rurali ġdid.
Għar-rigward tal-parti tal-mistoqsija fuq tagħlim, nitolbu jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħataw lil produtturi tal-ħxejjex u tal-bhejjem matul il-perjodu 1996-2007, sena b'sena? Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sussidji li ngħataw lill-produtturi tal-ħxejjex u tal-bhejjem taħt SMPPMA bdew fl-2002 u s-sussidji li ngħataw sena b’sena hu kif ġej:
2002 - € 1478972.70
2003 - € 10,016,965.00
2004 - € 1,1712,39.00
2005 - € 13,060,601.00
2006 - € 11,449,024.00
2007 - € 9,548,812.00
Nitlob l-Onor Interpellant jiċċara l-kumplament tal-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm extension services joperaw fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn l-extension services ġew magħluqa fl-irħula? Jista' jgħid x'alternattiva ser jagħti fid-dawl tad-diffikulta' enormi li l-bdiewa qed jaffaċċjaw issa li qed jikkompetu f'suq akbar u f'ambjent ta' kompetizzjoni aktar wiesgħa u f'realtà ġdida?
Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Produzzjoni ta' ħxejjex, bhejjem u prodotti agro-industrijali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatitistika konċernanti:
i) produzzjoni tal-ħxejjex
ii) produzzjoni tal-bhejjem
iii) produzzjoni tal-prodotti agro-industrijali
Jista' jgħid wkoll kemm, f'termini ta' ewros, idaħħlu flus minn dawn it-tliet setturi fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena?
Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
In vista tal-fatt li l-biedja lokali qegħda taffaċċja diffikultajiet kbar, immaterjalment mis-sussidji u għajnuna li ġiet mogħtija, jista' l-Ministru jgħid xi pjan hemm sabiex isalva dan is-settur tant importanti wara s-sena 2013 meta l-produtturi titwaqfilhom kull għajnuna u sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru 3289.
Jista' l-Ministru jgħid jekk gallarija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi stat perikoluż u li għandha valur storiku, min għandu d-dritt li jirranġaha jekk hux il-Gvern, jekk hux is-sid jew jekk hux għaqdiet ambjentali biex ma jintilifx il-preġju storiku tagħha?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Magħtab Landfill? Kemm twaħħlu siġar u fjuri minn Ottubru 2007 s'issa? Kemm minn dawn is-siġar baqgħu ħajjin? F'liema parti tal-proġett twaħħlu dawn is-siġar u fjuri? Kemm minn dawn is-siġar u pjanti mietu wara li twaħħlu? Għaliex dawn is-siġar nixfu? Kemm ġew jiswew lill-poplu dawn is-siġar? Kemm hija l-ispiza fuq il-proġett globali? Jista' jgħid jekk ix-xogħol huwiex miexi kif ippjanat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-parti viċin il-Coast Road tħawwlu 3135 siġra u minnhom mietu 143. wara grigalata qawwija li għamlet ftit wara li tħawwlu. L-ispiża kienet madwar €76,000. L-Gvern qed jalloka madwar €20 Miljun biex ikun jista’ jkompli jirriabilità l-miżbla l-qadima tal-Magħtab li kienet ġiet magħluqa f’2004. Ix-xogħol ser jitkompla b’aktar tħawwil ta siġar fuq bażi regolari skond kif ippjanat.
Ta’ min jgħid li mill-bidu nett li bdew jtħawwlu s-siġar l-esperti stess kienu qalu li dan hu proċess sensittiv u delikat ħafna. Din l-ewwel fażi ta’ tħawwil ta siġar qed isservi wkoll biex is-sit jintuża bħala laboratorju biex ikun sperimentat kif is-siġar se jadattaw għall-klima tas-sit li huwa mhux biss espost għall-elementi iżda anki ta’ karatteristiċi u ambjent diffiċli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi produċut f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar u x'targets irid l-gvern li jilħaq f'dan s-settur?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-frott frisk esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus ta' ħxejjex friski esportati lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus ta' ħalib frisk esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li peress li l-produzzjoni tal-ħalib frisk issir minn kumpanija privata, l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali .
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan tal-Gvern dwar l-assigurazzjoni tal-bdiewa u raħħala li kellha tpari d-differenza tas-sussidju ta' nofs il-bolla tal-National Insurance? Fil-preżent, kemm fil-fatt huma n-numru ta' bdiewa/raħħala f'Malta u f'Għawdex separatament li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex ser toħroġ skema biex min għandu borehole bla permess ikun jista' jinotifika l-pożizzjoni tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li diġà ħabbart skema waqt konferenza stampa nhar it-Tlieta 7 ta’ Ottubru. Din l-iskema tagħlaq fis-6 ta’ Novembru 2008. Nitolbu jara wkoll l-Avviż Legali 255/2008.
Trasferiment ta' ħaddiema — Agrikoltura u Xogħlijiet Pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar sitt xhur? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Wara li saret ħafna pubbliċità saħansitra permezz ta’ media releases u flyers li twaħħlu 300 bin fl-area ta’ Paceville, xi ħaġa fiha nnifisha ferm pożittiva, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi effettivi u immedjati li mhux biss terġa' titwaħħal l-unika bin li kien hemm ħdejn il-bus stop l-antika qrib il-Lukanda Halland, kif ukoll li ssir tindifa sew tal-valley road ta’ Wied Għomor – taħt l-istess lukanda – li ħafna drabi qed twassal biex diversi nies jidħlu bi trucks privati u jużaw il-wied bħala dumping ground għar-refuse?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-fenek frisk reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?