Ġaladarba ġo Triq Elija Zammit, Paceville saret taxi stand jista' l-Ministru jara li din it-taxi stand titniżżel ftit 'l isfel ħalli tiskapula lit-tliet ristoranti/bars biex dawn ikunu jistgħu jkomplu bin-negozju tagħhom li jinkludi take away? L-inżul ta' din l-istand m'għandha teffetwa ħażin lil ħadd għax hemm ħajt int u nieżel fl-istess triq fejn tista' ssir din it-taxi stand?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Qawra - pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sal-lum saritx evalwazzjoni ta' fejn se jitwaħħlu l-pelican lights li hemm talba għalihom fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, fl-inħawi tal-blokka kbira tal-flats li jagħtu immedjatament għal fuq is-salini tal-melħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17350, 17164, 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17612, 17347, 17158, 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15022 u jgħid liema huma l-proġetti ta' titjib u bini mill-ġdid ta' toroq fosthom arterji li mistennija jsiru din is-sena, jiġifieri 2010? Kemm se tiġi tiswa kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
It-toroq arterjali li huma ppjanati li jibdew isiru din is-sena, kemm-il darba jinħarġu l-permessi relattivi fiż-żmien opportun, huma:
· Council of Europe Avenue and Garibaldi Road
· Sea passenger terminal access road (phase A)
· Marfa Road
· Mgarr Road, Heliport to Victoria, Gozo
· Sea passenger Terminal Access Road (Phase B)
· Mellieħa by pass, Mellieħa
Bieb Verdala u Kulleġġ Santa Margerita Bormla — Pedestrian Crossing
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16607 u jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing bejn il-Bieb ta' Verdala u l-iskola Kulleġġ Santa Margerita Bormla, u dan peress li qed ikun hemm periklu għall-istudenti li jiġu minn din in-naħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17078 u 15668 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward il-bypass tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kulma jmur din it-triq qed jiżdiedu t-tarmac cracks minkejja li skond il-Politika tal-Gvern din it-triq kellha sservi għal 20 sena u tkun il-mudell ta' kif għandhom jinbnew it-toroq fil-gżejjer tagħna? Jista’ jaġġornani x'sar mill-konsiderazzjonijiet li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kif skont l-esperti lokali u barranini li kkonsultajt magħhom offrew soluzzjoni sabiex ma jirrepetux żbalji fuq xogħlijiet ta' toroq rurali oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l- Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma ngħata l-ebda xogħol ta' konsulenza mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn l-2004 u l-2009 lill-persuna msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x’kunsiderazzjoni se tingħata lit-tħassib ta’ għadd ta’ sidien ta’ proprjetajiet residenzjali fil-Kappara li fid-dawl tal-flyover plan li huma jidhru li qed jaċċettaw fil-prinċipju jinsabu mħassbin sew dwar il-fatt li l-proġett kif mfassal jista' jċekken il-valur tal-proprjetà tagħhom u anke joħloq riskji għas-saħħa ambjentali tagħhom? Jista' l-Ministru jara l-każ ta' dan billi il-fly over kif propost se jilħaq il-livelli tad-djar ta’ uħud minnhom – liema djar sal-lum kienu mill-anqas żewġ sulari ogħla mil-livell tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tistudja possibiltajiet differenti biex tnaqqas l-impatt tal-proġett fuq ir-residenti u l-proprjeta’ tagħhom u fl-istess ħin issolvi l-problema ta’ konġestjoni tat-traffiku li hemm fl-inħawi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sa l-aħħar tas-sena rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — membri tal-familja fuq delegazzjoni barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul din il-leġislatura, jekk qattx kien akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu, jew xi membru ieħor tal-familja tiegħu, waqt safar uffiċjali tal-Gvern jew Parlamentari? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm-il darba, min kienu l-membri tal-familja u fejn marret din id-delegazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li matul din il-leġislatura qatt ma kien hemm każ li l-mara jew xi membru ieħor tal-familja tiegħi iffurmaw parti minn delegazzjoni tal-Gvern jew Parlamentari.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17347, 17158, 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi numru ta' toroq fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra b'mod partikolari:
a) Triq Porzjunkola;
b) Triq il-Konventwali;
ċ) Triq ġdida fi Triq il-Konventwali; u
d) parti minn Triq it-Trill;
huma kollha mibnija, iżda għadhom mhux mogħtija wiċċ bit-tarmak, jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jassigura li dawn it-toroq jiġu asfaltati minħabba l-area li jinsabu fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-konfront ta' l-ewwel tliet toroq li rrefera għalihom l-Onor Interpellant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14390.
Rigward parti minn Triq it-Trill ninsab infurmat li din issir meta jkunu allokati l-fondi meħtiġa u skont il-prioritajiet li jirriżultaw.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17487, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt dawn il-vetturi reġsitrati bil-PY hux qed jieħdu post xi registration plate oħra? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi bil-PY li ġew reġistrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn 48 vetturi għat-trasport tal-passiġġieri li ġew irreġistrati bi pjanċi PY minn mindu bdew japplikaw ir-Regolamenti Tas-Servizzi tat-Trasport, kien hemm 39 li kienu ġew mibdula ma' oħrajn li diġà kienu rreġistrati bħala MY, CY, SY, BY.
Il-bilanċ ta disa' vetturi kienu vetturi rreġistrati għall-ewwel darba.
Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet ta' avukati u Kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17502 u jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-ex Awtorità dwar it-Trasport matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament) u kemm kienu l-ħlasijiet li saru sena b’sena b’mod separat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru — valur tal-art
Question
Jista' l-Ministru jgħid, peress li qatt ma ssemma l-valur tas-sit fejn se jsir il-Proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru tal-Belt eċċ, qattx ġiet stmata din l-art? Jekk iva, kemm hu l-valur?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi tali stima mhix rilevanti għall-proġett fih innifsu, ma saret ebda stima f'dan is-sens.