Eżerċizzju ta’ mapping fir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5202 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport jew estratt minnu li juri l-eżerċizzju ta' mapping dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni sabiex fuqu ġiet mibnija l-istrateġija ppreżentata għas-snin 2023-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument voluminuż jinsab fid-dominju pubbliku u jista’ jiġi aċċessat minn fuq il-website tal-Kummissjoni Ewropea taħt it-titlu “Peer Review of the Maltese Research and Innovation system”.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid x’kienet il-kariga tal-persuna li mexxiet l-inkjesta interna fl-iskola fejn sar l-abbuż sesswali f'Diċembru 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga tal-persuna li qed tmexxi l-inkjesta hija dik ta’ Direttur fis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4943 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola għamlet fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2022-23?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 48 skola għamlu fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2022/23.
Skejjel li ma għandhomx servizz ta’ lift jew turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4944 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni – talbiet minn ħaddiema għal transfers f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema u xi grad huma, li jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra mal-Ministeru għal Għawdex f'Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Jista' jgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4786 u 5365 u jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fl-Iskola Primarja ‘B' f' Taċ-Ċgħaki, ir-Rabat, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-iskola msemmija se jkunu lesti għas-sena skolastika li jmiss.
MCAST – Studenti li jirreġistraw u jiffinalizzaw studji fil-korsijiet Marittimi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jirreġistraw u jiffinalizzaw studji fil-korsijiet Marittimi fl-MCAST kull sena mill-2013-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Sena
Numru ta’ studenti reġistrati
Numru ta’ studenti li ffinalizzaw l-istudji
2013
47
12
2014
86
33
2015
77
28
2016
68
31
2017
78
40
2018
62
42
2019
48
37
2020
33
18
2021
58
31
2022
60
26
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru x-showers u l-gym fil-binja tal-programm edukattiv GEM16+, u dan wara li l-gym u x-showers li kien hemm qabel, ittieħdu biex jinstab spazju għall-Education Hub?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ rilokazzjoni ġie identifikat u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ispejjeż tal-operat tal-FTS, jiġifieri kemm qed tħallas il-fondazzjoni għall-operat tagħha, kif ukoll kemm trid tħallas lill-banek?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tkun ippublikata fir-Rapport Annwali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-ewwel sena tal-Junior College, il-Higher Secondry, l-MCAST u l-GEM16+ li applikaw għall-istipendju u l-grant u għadhom ma rċevewhomx? X’kienet ir-raġuni li wasslet għal dan id-dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 4,943 student li applikaw għall-isitpendju jew grant. Dawk l-istudenti li ma rċivewx l-istipendju jew il-grant hi dovuta minħabba l-fatt li l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa tard jew b’nuqqas ta’ dokumentazzjoni. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull min ma rċiviex stipendju jew grant, ser ikun qed jirċivieh sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għal Child Care Centres matul dawn l-aħħar tliet xhur, jiġifieri fix-xahar ta' Jannar 2023, Diċembru 2022 u Novembru 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ħarġu tlett reġistrazzjonijiet temporanji matul ix-xhur imsemmija. Skond l-eżitu ta’ vista esterna li ssir mid-Direttorat għall-Istandards u l-Kwalita fl-edukazzjoni, jiġi deċiż tingħatax il-liċenjza jew le.
Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – għalliem għal klassi 5.2
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża) hux se tingħata għalliem/a sabiex il-klassi 5.2 ma tibqax mingħajr għalliem? Jekk le, x'inhi r-raġuni u x'inhu l-pjan biex it-tfal f'din il-klassi jingħataw l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel li jiftħu l-btieħi għall-parkeġġ għar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 222 u jgħid liema huma l-iskejjel li qed jiftħu l-btieħi wara l-ħin tal-iskola biex jintużaw bħala parkeġġ għar-residenti? Jista’ jgħid x'qiegħed iżomm skejjel oħra li jagħmlu l-istess meta wieħed jifhem li f'kull raħal hawn problema ta' parkeġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – għajnuna lil clubs tal-waterpolo
Question
Fid-dawl tal-ħsarat kbar li ġarrbu diversi għaqdiet sportivi tal-waterpolo, fosthom dawk ġewwa ta’ Tas-Sliema, Exiles u San Ġiljan, minħabba l-maltemp kbir li kellna dan l-aħħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Ministeru jgħin b’mod finanzarju jew modi oħra lil dawn il-clubs biex jagħmel tajjeb għal ħsarat li ġarrbu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sport Malta tgħin lill-klabbs kollha, nkluż dawk imsemmija, matul is-sena kollha mhux meta jkun maltemp biss.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerkja u l-Innovazzjoni — remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.