Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22476 u jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Għawdex kull sena mill-2000 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23954.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23142, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet m'għamlux kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward dan il-każ, sar kuntatt mal-klijenti fil-ġimgħat li għaddew u għadu ma ntlaħaqx ftehim finali, minħabba li għadna qed nistennew risposta mingħand l-istess klijenti, sabiex tiġi stabilita data għal-laqgħa finali.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23654, peress li l-informazzjoni mitluba kienet ippubblikata mill-NSO fis-17 ta’Jannar 2011, jista' l-Ministru b’rispett lejn din il-Kamra u lejn il-poplu Malti jagħti hu l-informazzjoni kif mitluba u jgħid kemm inġarru passiġġieri u vetturi lejn Għawdex permezz tal-Gozo Channel fl-2009 u 2010 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23656 fejn il-Ministru qal li d-Dipartiment tal-Kuntratti se jibgħat ittra lill-istess kuntrattur fejn dan se jintalab biex jagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa, u li jekk ma jirrispondix, din titqies bħala kunsens biex jiġi ppubblikat il-kuntratt imsemmi, jista’ l-Ministru issa jpoġġi l-kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn l-aħħar risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23656 il-kuntrattur irrisponda permezz tal-avukat tiegħu. Dan il-kuntrattur qiegħed joġġezjona bil-qawwa li kopja tal-kuntratt jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Għaldaqstant, it-talba tal-Onorevoli Interpellant ma tistax tintlaqa’ mingħajr ma jkunx hemm riperkussjoni legali fuq l-amministrazjoni pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta International Airport Plc separatament? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-istess Malta International Airport Plc f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta International Airport plc hija kumpanija privata u l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
B’referenza għall-mod li wieġeb mistoqsija parlamentari 23999, jista’ l-Ministru jispjega s-segwenti:
a) jekk fl-istqarrija tal-Arms ingħad li d-dokumenti mormija kienu applikazzjonijiet li saru bejn l-1997 – 2009 u li dawn kienu ta' klijenti li kellhom l-applikazzjoni tagħhom proċessata u moqdija, għalfejn inħasset il-ħtieġa li dawn "ittieħdu mill-arkivji għall-użu tal-uffiċċju" kif ingħad fl-istess stqarrija;
b) meta ssir talba bħal bdil fid-dettalji tal-kont, il-prassi hija li d-dokumenti li jiġu mitluba mill-individwu jitpoġġew fil-
file
tal-kont u jibqgħu hemm? Dawn id-dokumenti, jekk kif qalet l-Arms ġew proċessati, għalfejn ma kenux fil-
file
ta’ kull klijent individwali;
ċ) jekk l-Arms qed tgħid li dawn id-dokumenti ilhom li ġew proċessati u indirizzati għalfejn fl-istess stqarrija indikat li qed tinvestiga l-każ;
d) teskludi l-ipotesi li dawn l-applikazzjonijiet kienu għadhom qegħdin jew se jkunu qed jinħadmu għaliex kienu parti mill-
backlog
ta’ applikazzjonjiet pendenti;
e) tiċħad li fil-fatt intremew mas-seba’ kaxxi mimlija b’dawn l-applikazzjonijiet; u
d) ġie identifikat min kien inkariga li jarmi dawn il-kaxxi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħossx li hemm x’wieħed iżid mal-informazzjoni li diġà ngħatat għal PQ 23999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu avviżi għall-akkwist ta' art għal skopijiet pubbliċi f'Għawdex f'din l-aħħar sena, fejn u x'inhu l-iskop pubbliku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar 2010 sal-lum ġew akkwistati, permezz ta’ Dikjarazzjoni tal-President, il-proprjetajiet imsemmija aktar l-isfel, kif ukoll dettalji tal-iskop pubbliku propost għal kull akkwist. Wieħed ta’ min isemmi illi skont l-emendi li daħlu fis-seħħ fl-2002 fl-Att li jirregola l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), kull meta toħroġ Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist ta’ art, l-art tiġi trasferita u reġistrata f’isem il-Gvern.
Proprjeta’ Skop
Art fix-Xagħra Ġgantija Heritage Park
Art fil-Munxar twessiegħ ta’ toroq
Art fl-Għarb formazzjoni ta’ triq
Ġew ukoll akkwistati proprjetajiet li kienu ġew dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku iżda li l-akkwist tagħhom ma ġiex finalizzat. Bis-saħħa tal-emendi imsemmija aktar ’il fuq, l-artijiet imsemmija hawn taħt ġew akkwistati permezz ta’ Dikjarazzjoni Presidenzjali jew Kuntratt
Art fir-Rabat formazzjoni ta’ triq
Art fil-Qala Distribution Centre għall-Enemalta
Art fir-Rabat Sub-station ta’ l-Enemalta
Art f’Għajnsielem twessiegħ ta’ triq
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Airmalta jew MIA mis-sena 2010 sal-lum? Kemm ġew ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tirċievi ċ-ċekk ta' darba tal-enerġija l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema ċekk intbagħat lura għax kien jgħajjat lill-konjuġi issa mejjet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara investigazzjonijiet li saru min-naħa tagħna, irriżulta illi l-konsumatur li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, m’huwiex eliġibli biex jieħu ċ-ċekk tal-enerġija, minħabba li hu stess m’huwiex account holder u ċ-ċekk jinħareġ biss fuq l-account holder.
Madankollu, huwa reġistrat sabiex jirċievi sussidju fuq kont ieħor. Dan tal-aħħar, nħariġlu ċekk fuq żewġ persuni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tirċievi ċ-ċekk ta' darba tal-enerġija l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema ċekk intbagħat lura għax kien jgħajjat lill-konjuġi issa mejjet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara investigazzjonijiet li saru min-naħa tagħna, irriżulta illi skont l-informazzjoni li għandna, l-formula tal-bidla tal-konsumatur qatt ma ġiet mimlija mill-konsumatur sabiex jinqaleb l-kont msemmi fuq isimha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Għawdex kull sena mill-2000 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23954.
(Ara informazzjoni addizzjonali li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 329 tal-21 ta' Marzu 2012, dokument numru 6745)
Segretarju Parlamentari ta' Erarji Pubbliċi u Artijiet — informazzjoni dwar il-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari ta' Erarji Pubbliċi u Artijiet? X'kariga u x'paga għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi hemm għaxar (10) impjegati mas-Segretarju Parlamentari ta' Erarji Pubbliċi u Artijiet. Il-karigi tagħhom huma kif ġej:
1 Head of Secretariat
1 Private Secretary
1 Communications Coordinator
1 Policy Coordinator
3 Secretariat Officers
1 Messenger
2 Drivers/Security Officers
Il-pagi tagħhom huma konformi mal-linji gwida ppubblikati fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ f’Ottubru 2007 u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime matul is-sena 2010, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta fadlilhiex ħażna ta' kimika magħrufa bħala methyl mercaptan? Il-Korporazzjoni qatt għamlet użu minn din il-kimika fil-passat? X'kien l-użu tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23431.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bi skala 7 jew iktar 'il fuq li qegħdin jieħdu l-qualification allowance fil-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta għandha 24 impjegat bi skala 7 jew iktar ‘il fuq li qiegħdin jieħdu l-qualification allowance.
Billi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22707 ma kienx hemm ċaħda jew konferma dwar allegazzjoni ta' redundancies mill-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jwieġeb fin-negattiv jew fl-affermattiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa ġiet imwieġba il-mistoqsija parlamentari 22707, iċ-Chief Human Resources Officer, waqt il-laqgħa tal-11 ta’ Jannar 2011, spjega li jista’ jagħti l-każ li jkun hemm bżonn li jingħalqu xi sezzjonijiet tal-korporazzjoni u għalhekk l-impjegati jkollhom jiġu trasferiti minn dipartiment għall-ieħor.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, għax dawn ilhom ma jirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma minn Frar 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-koppja anzjana msemmija, ġie investigat u l-kontijiet issa inħarġu u ntbgħatu bil-posta.
B'referenza għal miżura 4.1.2.2 - Financial Incentives to Attract More Inactive Women to the Labour Force, fin-National Reform Programme, jista' l-Ministru jgħid kemm mis-6,566 mara li bbenefikaw mill-iskema tat-tax credit ta' sena, ta' massimu ta' €2000, sabu jew daħlu lura għax-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi biex mara tkun tista’ tibbenefika mit-tax credit trid tkun daħlet fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk in-numru msemmi jikkorrispondi totalment għan-numru ta’ nisa li daħlu lura fid-dinja tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tirċievi kont tad-dawl fuq three-phase minflok single phase li jirriżulta f'aktar kontijiet għoljin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li d-dettalji tiegħu ntbagħatu separatament fejn koppja anzjana qed tirċievi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq three phase minflok single phase u għalhekk il-kontijiet kienu qed jirriżultaw għoljin, ġie investigat u l-kontijiet ġew irreveduti fuq tariffi applikabli għal-single phase.
L-istess kontijiet irreveduti, ġew mibgħuta bil-posta lill-konsumaturi msemmijja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Arms Ltd fil-customer care u l-billings separatament? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fl-istess funzjonijiet tal-Arms Ltd f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ARMS Ltd. għandha tmien min-nies jaħdmu magħha, li minnhom ma hemm l-ebda persuna ta’ nazzjonalità Għawdxija.