Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17956, 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

talba pendenti

Question

B'referenza għad-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni amministrattiva jew oħra, t-talba msemmija baqgħet pendenti u jieħu passi biex l-informazzjoni meħtieġa tintbagħat kif dovut lill-applikant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Fjuri fit-toroq Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-fjuri li nżergħu madwar Malta kollha biex jagħmlu sabiħ u jtejbu l-ambjent fit-toroq Maltin matul is-sena 2010? X'tip ta' fjuri qed jintużaw għal dan il-għan u kemm huwa stmat li ddum ħajja kull tip ta' pjanta li tiġi mħawla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

manutenzjoni u kura tal-fjuri fir-roundabouts u s-central strips

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jiġu jiswew il-manutenzjoni u l-kura tal-fjuri fir-roundabouts u s-central strips f'Malta u Għawdex u allura kemm ġew jiswew matul is-sena 2009? Jista jagħti breakdown ta' kif qed jintnefqu dawn il-flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Persuna li tkeċċiet mil-Maltapost plc

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-persuna, li isimha qed jingħata b’mod separat, tkeċċiet mill-impjieg tagħha fil-Maltapost plc ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Triq Patri M. Sultana, Triq il-Kappuċċini — xogħlijiet

Question

Jista' l-Minsitru jgħid meta se ssir Triq Patri Mattew Sultana l-parti ta’ fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se ssir it-triq fil-parti tal-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se tinfetaħ it-triq li minn Patri Mattew Sultana tagħti għal triq il-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-djar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

reserved parking bays

Question

Jista' l-Ministru jara jekk f'każ ta' reserved parking bays jitnizzlu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura li ngħatat din il-faċilità biex b'hekk jinqata' l-abbuż li jsir minn tali faċilitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7350.

Transport Malta — enforcement officers

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra meta se joħroġ l-applikazzjonijiet fi Transport Malta sabiex enforcement officersjkunu jistgħu jilħqu senior enforcement officers? Jista' jgħid x'se jkunu l-kriterji għal tali promozzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — periklu fi Triq Wied in-Noqor f'Ħal Farruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Transport Malta se tieħu passi biex tneħħi l-periklu li hemm għas-sewwieqa u għal kulmin jgħaddi bil-mixi minn tarf Triq Wied in-Noqor f'Ħal Farruġ, fuq in-naħa tal-Kapella, u dan peress li din hija triq tassew dejqa u wkoll peress li hemm siġar eċċ. li kibru u li qed jgħattu l-vista ta' kulmin jgħaddi minn hemm? Meta din il-blind corner se tkun irranġata kif jixraq biex jitneħħa l-periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985 u fid-dokument anness mal-istess risposta, jista' l-Ministru jgħid jekk il-programmi (li akkwista l-gvern permezz tal-ftehim tat-8 ta' Jannar 2010) ġewx skrutinati mill-MITA? Dawn inxtraw mill-kumpanija off the shelf? X'inhu fil-preżent il-valur ta' dawn il-programmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Property Searches Database IT

Question

B'referenza għar-riposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: (a) min iddraftja l-ftehim datat 8 ta' Jannar 2010 anness mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16985 (b) jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi approvawx dan il-ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT

Question

B'refereza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-ftehim tat-8 ta' Jannar 2010 ġiex ikkonsultat l-Avukat tar-Repubblika kif ġie ikkonsultat skont il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan tax l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-ftehim? F'każ fin-negattiv, min ġie kkonsultat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kif skont il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999, il-gvern xtara l-komputerazzazjoni u data files kollha li kellhom jiġu aġġornati u issa kellu jerġa' jħallas biex jixtri xi data files? Allura meta l-kumpanija kienet qegħda tikkompila dawn il-files, għamlet dan minn flusha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Property Searches Database IT

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'taħriġ ingħata skond il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999 lil ħaddiema tal-Gvern biex joperaw din is-sistema? Kemm kien l-ammont ta' ħaddiema li ngħataw dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Property Searches Database IT

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: (a) kif wasal il-gvern għas-somm tas-somma ta' €2,714,000 bħala ħlas u (b) jista' jagħti breakdown tal-ħlas li t-total tiegħu jammonta għall-imsemmija somma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — energy audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru energy audits mill-Ministeru tiegħu sal-lum? Meta saru? Jistgħu jiġu ppubblikati?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8257, speċjalment għall-aħħar sentenza.

Ħaż-Żebbuġ — rotta l-ġdida tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif inhi proposta r-rotta l-ġdida tal-karozzi tal-linja madwar Ħaż-Żebbuġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li r-rotta l-ġdida ta' Ħaż-Żebbuġ lejn il-Belt (ML61) ser tkun kważi l-istess bħar-rotta eżistenti li għandha numru tar-Rotta 88, b'differenza illi din ser tibda titlaq minn fejn il-Mina ta' Rohan, tidħol fejn hemm il-venda illum u tibqa' sejra lejn il-Belt Valletta. Minbarra dan is-servizz, ser ikun hemm servizz ieħor ġdid (Feeder line FL09), liema servizz jaħdem bħala rotta ċirkolari. Din ir-rotta titlaq mill-Mina ta' Rohan u titla' sa fejn hemm il-fabbrika ta' Cortis, tidħol minn Triq Mikiel Anġ Sapiano u ddur id-dawra ta' Ħal Muxi. Infurmat ukoll li ser ikun hemm servizz ieħor (Feeder line FL27), liema Rotta titlaq ukoll minn fejn il-Mina ta' Rohan, tmur is-Siġġiewi, tidħol ġol-Housing Estate ta' Ħaż-Żebbuġ u tibqa' sejra lejn il-Mina ta' Rohan.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - xogħol infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena sarx xi xogħol infrastrutturali fi Triq il-Buskett, Ħaż-Żebbuġ li mill-inħawi ta’ Sant Antnin twassal saċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija? Jista' jgħid jekk hemmx xi xogħol ippjanat għal din l-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsaxlokk — Triq l-Avukat Carmelo Caruana - Tkomplija ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet li nbdew fi Triq l-Avukat Carmelo Caruana f'Marsaxlokk waqfu? Jista' jgħid meta se jitkomplew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħol ta’ livellar u formazzjoni tat-triq in kwistjoni sar madwar sentejn ilu biex tittaffa l-problema tan-nies li jogħqodu f’din it-triq peress li hemm numru ta’ plots li għad iridu jiġu żviluppati. Madankollu, din it-triq tagħmel parti mill-lista ta’ toroq li jridu jsiru mit-Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet se jitkomplew skond il-prijoritajiet u fondi allokati.