Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arms Ltd toħroġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċevih minn Settembru u n-nies tal-istess triq irċevewh?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi kont għal dan l-aħħar 11-il xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23160, f’Seduta 309 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220), jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010 taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), u (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164). huwa kif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn sia l-ammont fi flus, kif wkoll in-numru ta’ pensjonanti qed jingħata separatament għar-residenti f’Malta u għal dawk residenti f’ Għawdex.
Taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220), l-informazzjoni f’ammonti ta’ pensjonijiet u fin-numru ta’ pensjonanti hi waħda kolletiva u ma tinżamx separata għar-residenti Maltin u Għawdxin. Dawn l-ammonti huma kollha denominati fl-Ewro.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' liċenzji ta' operazzjoni kummerċjali li hemm fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, skont il-kategoriji ta' liċenzji li għandha d-Diviżjoni tal-Kummerċ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il litru ta' lubricant jintuża kull sena fil-power station ta' Delimara? B'kemm se jiżdied l-użu tal-lubricant bil-power station il-ġdida?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-impjant eżistenti juża medja ta’ 9,300 litru ta’ lubricant kull sena.
Bl-impjant il-ġdid, din il-figura ser tiżdied għal 754,000 fis-sena. Ir-raġuni għal dan it-tibdil fil-konsum huwa li fl-impjant eżistenti il-
lubricating oil
jintuża fis-
circuits
magħluqin u b’hekk jibqa’ nadif u allura ma jkunx hemm bżonn li jinbidel frekwenti. Mill-banda l-oħra l-impjant il-ġdid huwa magħmul minn
diesel engines
u b’dawn il-magni l-
lubricating oil
jitħallat mal-
combustion by-products
fiċ-ċilindri. Konsegwenza ta’ dan, u biex jinżamm iż-żejt fi kwalita tajba, l-magna hija ddisinjata b’tali mod li ammont zgħir ħafna ta’ żejt jiġi maħruq kontinwament fiċ-ċilindri. Dan jinbidel b’żejt nadif ħalli dan iż-żejt jinżamm fi kwalita tajba. Iż-żejt jinbidel kompletament darba f’sena. L-ispejjeż biex isir il-kambjament tal-
lubricating oil
huwa nkluż fl-
operating cost
tal-impjant.
Organizazzjoni Produtturi Laħam il-Fenek Malti — biċċerija tal-fniek
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23945, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Organizazzjoni Produtturi Laħam il-Fenek Malti ngħatatx post mill-gvern għall-biċċerija tal-fniek?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-investigazzjoni dwar il-frodi fil-lotterija tal-VAT? Jista' jgħid jekk l-impjegati involuti għadhomx ingaġġati mas-Servizz Pubbliku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li kienu saru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija fuq il-każ tal-frodi tal-Lotterija tal-VAT, tressqu tliet persuni l-Qorti.
Permezz tas-sentenza mogħtija mill-Maġistrat Dott. T Micallef Trigona fl-4 ta’ Novembru 2008, tnejn mill-persuni li tressqu l-Qorti instabu ħatja u weħlu sentejn ħabs sospiżi għall-erbgħa snin, kif ukoll ġew immultati €1,000 kull wieħed u rċevew interdizzjoni għall-għomorhom. Madankollu l-persuna l-oħra ma nstabitx ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u ġiet meħlusa. Din il-persuna reġgħet lura għax-xogħol mad-Dipartiment tal-Lottu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' tax refunds għall-basis year 2009 - year of assessment 2010 x'jitħallsu? Meta mistennija jitħallsu kollha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tax refunds dovuti għas-sena bażi 2009 (sena ta’ stima 2010) u li għad iridu jitħallsu huma €19,233,188. Huwa mistenni li dawn jitħallsu sa ftit xhur oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24182 u jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi kont għal dan l-aħħar 11-il xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24182.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24181 u jara li l-kumpanija Arms Ltd toħroġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċevih minn Settembru u n-nies tal-istess triq irċevewh?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24181.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Korporazzjoni Enemalta ilha l-ġimgħat ma twaħħal meter tal-elettriku u minħabba f'hekk, qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, konsegwenza ta’ direttivi mposti mill-General Workers’ Union, ċerti servizzi li l-Korporazzjoni Enemalta tagħti lill-konsumaturi qed ikollhom jieqfu jew jitwalu. Dawn id-direttivi qed isiru minħabba ħames impjegati fil-Control Section tal-Korporazzjoni li mhux qed jaċċettaw li jmorru f’sezzjoni oħra fi ħdan il-Korporazzjoni bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol, anke jekk il-Credit Control Section spiċċat u x-xogħol għal debt collection issa qed isir mid-Debtors’ Section ġewwa l-ARMS.
Din it-tilwima issa telgħet quddiem it-Tribunal Industrijali, u għalkemm beda dan il-proċess, il-Union xorta għażlet li tibqa’ żżomm dawn id-direttivi, anke b’detriment għas-servizz lill-konsumatur.
Il-proċess għall-organizzazzjoini tal-ARMS issa beda miexi, anke wara li l-ARMS iffirmat mal-istess General Workers Union interim agreement li jissalvagwarda l-interessi ta’ l-impjegati tal-Water Services u tal-management li ġew seconded mal-Arms għall- perjodu sa kemm jiġi ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv.
Il-korporazzjoni qed tagħmel l-għalmu tagħha biex tibqa’ tagħti l-aħjar servizz lill-konsumatur.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi l-kont tad-dawl u ilma minn Settembru 2010 u fejn qabel kienet tirċevih regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' armla, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, biex jinħareġ il-voucher tad-dawl u ilma, għax din minkejja li dawret il-kont fuq isimha għadha ma rċevit xejn ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24152 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Maltapost Plc? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Maltapost f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Passi kontra kumpanija li nqabdet tarmi waste oils fl-ispralli
Question
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14789, billi ninsab nfurmat li hemm possibilita’ li dan il-każ jigi preskritt fil-gejjieni qarib, jista' l-Ministru jikkonferma x’passi ħadet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fir-rigward tal-kumpanija li nqabdet tarmi waste oil u skart ieħor fl-ispralli ta' viċin Hexagon House, il-Marsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi uffiċċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma’ uffiċċjali tal-MEPA kienu marru fuq il-post riferut fit-2 t’April, 2009 fejn wara spezzjoni ġew identifikati xi rregolaritajiet. Il-kumpanija msemmija mmedjatament ħadet passi biex titneħħa l-irregolarita’.
Minn dak iż-żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet diversi spezzjonijiet fejn ma nstabu l-ebda rregolaritajiet. Il-kumpanija msemmija minn dak il-perjodu l’hawn applikat għal-IPPC kif ukoll għall-permess li tarmi fid-drenaġġ skont LN139/02. Il-permess ingħata f’Settembru 2010. Il-permess maħruġ jipprojbixxi rimi ta’ skart industrijali.
Fi Frar 2011, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet moniteraġġ għal ġimgħa sħiħa fin-
network
fil-post l-aktar viċin ta’ Hexagon House, fejn nstab li ma kien hemm l-ebda rimi ta’ ‘
petroleum products
’.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22476, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Għawdex kull sena mill-2000 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta ma zzommx l-informazzjoni li qed jitlob l-istess Onor. Interpellant, jiġifieri segregata skont areas jew lokalitajiet, peress li din iżżomm biss rekord ta’ l-elettriku li titfa’ fil-grid u li jiġi kkunsmat minn kull min huwa mqabbad ma’ dan il-grid. Dan jinkludi residenzi, stabbilimenti u entitajiet kummerċjali, entitajiet tal-Gvern, u dawl tat-toroq, fost l-oħrajn. L-informazzjoni dwar kemm elettriku jintefa’ fil-grid hija inkluza fil-Financial Statements tal-Korporazzjoni. Il-Financial Statements sas-sena 2008 ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta investiet fis-sistema SAP li hija aktar effiċjenti u moderna, u li, fost l-oħrajn, se tkun tista’ tippermetti rappurtaġġ aħjar ta’ din it-tip ta’ informazzjoni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom ġew assessjati u mogħtija l-marki klassifikati u mogħtija l-ordni tal-meritu l-applikanti għall-post ta' managerfil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise taħt is-sejħa għall-applikazzjonijiet, liema sejħa għalqet fl-20 ta' Awissu 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterji li fuqhom ġew assessjati il-kandidati kienu rispettivament:
· Kwalifiki
· Għarfien tal-qasam speċifiku
· Esperjenza ta’ xogħol
· Ħiliet personali
· Ħiliet li għandhom x’jaqsmu max-xogħol