Jista' l-Ministru jikkonferma d-deċizjoni li l-istaġun tat-tonn ser ikun magħluq għas-sentejn li ġejjin fuq direttiva ta l-Unjoni Ewropea ? Jista' jgħid x'ser jagħmlu jekk dawk il-persuni li investew u ħallsu eluf ta' Euros sabiex jirreġistraw il-qxur tagħhom MFD sabiex ikunu jistgħu jaħdmu speċifikament għas-sajd tat-tonn? Dawn ser jiġu offerti xi forma ta' għajnuna jew kumpens sabiex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' użu tal-qxur tagħhom? Jista jgħid il-Gvern hux ser jagħtihom xi forma ta' għajnuna sabiex ikunu jistgħu iħallsu / jagħmlu tajjeb għal interessi u capital f’dawk il-każijiet fejn dawn il-persuni kellhom jirrikorru għal banek?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma nistax nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor Membru għas-sempliċi raġuni li l-Unjoni Ewropea ma ħadet ebda deċiżjoni dwar l-għeluq għal sentejn tal-istaġun tat-tonn.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie mgħarraf bid-deċiżjoni li ttieħdet mil-Unjoni Ewropea sabiex l-istaġun għal qbid tal-pixxispad jingħalaq bejn il-15 t' Ottubru u l-15 ta' Novembru 2008? Jista' jgħid għalfejn is-sajjieda li l-għejxien tagħhom jiddependi biss mil-qbid tal-pixxispad ma ġewx informati qabel b’din id-deċiżjoni u tħallew fl-għama sa l-aħħar ġurnata bil-konsegenza li dawn is-sajjieda u familji tagħhom spiċċaw mingħajr dħul għal xahar sħiħ? Jista' jgħid jekk dawn il-familji hux ser jirċievu xi għajnuna konsegwenza ta' din id-deċiżjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellat li kienet l-ICCAT fil-laqgħa ta’ Novembru 2007 li ħadet d-deciżjoni ta’ l-għeluq ta’ xahar biex jonqos il-qbid tal-pixxispad zgħir. L-Unjoni Ewropea adottat din il-miżura f’Jannar li għadda u Malta esegwiet ir-regolament għal fini ta’ konservazzjoni. Is-sajjieda kienu jafu b’dan, għaliex wara l-laqgħa ta’ l-ICCAT kemm il-darba ssemma dan l-għeluq f’laqgħat u diskors li t-taqsima kellha mal-kooperattivi u l-membri tagħhom. Infakkar lill-Onorevoli interpellant liċ-ċirkolari informattiva ntbgħatet wkoll lis-sajjieda xahar qabel dan l-għeluq. Bħalissa għaddejjin taħdidiet maż-żewġ koperattivi fuq il-kwistjoni tal-kumpens.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju dovut lill-bdiewa fuq qmuħ, xgħir u magħlef ieħor għas-sena 2007 tħallasx kollu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat illi s-sussidju dovut lill-bdiewa fuq qmuħ, xgħir u magħlef ieħor għas-sena 2007 tħallas kollu skond ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment u/jew awtorita' se tkun responsabbli fl-implimentazzjoni ta' 'Energy Performance Certificate'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar ir-Riżorsi li taħt il-kappa tagħha ħareġ l-avviż legali biex jiġu mdaħħla r-regolamenti dwar iċ-ċertifikati msemmijja ser tiddelega lill-Uffiċċju Dwar ir-Regolamenti tal-Bini fit-Taqsima Servizzi tal-Ministeru biex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea l-Energy Performance Certificate huwa meħtieġ fuq kull fond li jiġi trasferit kemm fil-bejgħ u kemm fil-kiri, f'pajjiżna x'sistema se tintuża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li f’Malta wkoll ser ikun meħtieġ iċ-ċertifikat tal-Energy Performance fuq kull fond li jiġi trasferit kemm b’bejgh u kemm b’kiri. Nistieden lill-Onor Membru jara l-avviż legali li ħareġ sabiex ikun jista’ jinforma ruħu sewwa fuq id-dettalji ta’ kif ser tkun implimentata din is-sistema.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Aġenzija - Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 140 fejn il-Ministru għarraf li x-xogħol ta' tindif f'Wied il-Għasel kellu jitkompla mill-Works Division, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru li jwasslu biex ix-xogħol ta' tindif f'dan il-wied jitlesta?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' bdiewa li applikaw għas-sussidju dwar il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ fl-għelieqi tagħhom għadhom ma rċevew l-ebda għajnuna matul din is-sena, meta xi snin ilu ingħataw għajnuna simili? Jista' jgħid kemm tammonta l-għajnuna f'sussidju ta' dan it-tip u jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa l-Aġenzija għall-Pagamenti qiegħda tagħmel eżerċizzju ta’ verifika retroattiv li jkopri l-perjodu 2004-2008 li huwa maħsub li jkun konkluż lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2008. Wara dan l-eżerċizzju jiġu esegwiti il-pagamenti kollha pendenti abbażi tar-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju
L-għajnuna f’sussidju ta’ dan it-tip tammonta għall-20 ewro għal kull metru kwadru u l-pagament għal din l-iskema hu mifrux fuq ħames snin.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2520 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-puluzija li saru fil-Ministeru/dipartimenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser iddum biex titlesta l-fence li qiegħda ssir f'Ta' Qali mill-ħaddiema tal-garaxx tal-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Membru jistlesta din il-ġimgħa. Irid jingħad li x-xogħol waqaf għax kellha toħroġ sejħa ġdida għal pajpijiet peress li l-kuntrattur oriġinali ma kienx f’pożizzjoni li jissuplixxihom.
Jista l-Ministru jgħid meta ser jgħaddi l-ammonti dovuti lill-produtturi tas-simna u l-bajd naxxenti mill-ftehim milħuq qabel id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea (SMPPMA) u b’mod partikolari l-għajnuna tal-ġwież li kienet ta' 25 cents ekwivalenti għal 59 euro cents meta skond ittra datata 2 ta' Settembru 2008 hemm indikat li kellhom jiġu mħallsa sa żmien ħmistax-il xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li parti minn uħud mill-pagamenti diġà bdew jitħallsu.
Jista l-Ministru jgħid meta l-produtturi tas-simna ser jirċievu l-għajnuna kif suppost kuntrarjament ghal dik imposta u li qed jingħataw presentament u cioè illi l-għajnuna għar-rigward ta' subsidy rate (per tonne) tibda' tingħata per kilo u mhux per head u dan skond ftehim milħuq taħt skema ta' l-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jiċċara l-Mistoqsija tiegħu.
B’referenza ghal informazzjoni mogħtija u cioè li l-Ministeru fadallu madwar €0.5 miljun li baqgħu ma tqassmux u li ser jiġu mqassma lil xi bdiewa, jista jgħid min kienu dawk il-bdiewa jew produtturi li baqgħu ma ħadux l-għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jispeċifika għal liema ammont qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu sabiex iż-żejt li ġie rapportat li nxtered u li allegatament daħal fil-boreholes tal-viċin ma jikkontaminax l-ilma ta' taħt l-art?
Jista' jgħid kemm sewa dan il-proċess u min ħallas jew se jħallas għalih?
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-koperattivi kollha li preżentament jagħtu xi servizz lill-Gvern? Jista' l-Gvern jndika wkoll xi ħlas jingħataw il-koperattivi rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Garaxx tal-Gvern — sejħa għall-expression of interest
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara s-sejħa għall-expression of interest dwar il-vijabilità tal-garaxx tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-iskop wara l-expression of interest għall-External Management Review hu li l-Ministeru jkollu studju indipendenti u ddettaljat dwar l-effettivita, l-efficjenza, u l-kwalità ta’ servizzi li l-Garaxx tal-Gvern qed jipprovdi. Mir-rizultat ta’ dan l-istudju jkun jista’ jitfassal pjan strateġiku għal dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u jgħid kemm ser iddum biex titlesta l-fence li qiegħda ssir f'Ta' Qali mill-ħaddiema tal-garaxx tal-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija 3195.
Trasferiment ta' ħaddiema — Agrikoltura u Xogħlijiet Pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3196 u jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar sitt xhur? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar l-Onor Membru li mill-aħħar elezzjoni ‘l hawn fid-dikasteru ġew integrati prattikament żewġ ministeri. Li qed isir bħalissa hu l-integrazzjoni ta’ diversi sezzjonijiet li bilfors iġib miegħu ċaqlieq (deployment) ta’ numru ta’ impjegati fosthom mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Imma dawn il-movimenti ta’ ħaddiema ma jissejjħux transfers.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?