Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18035 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'taħriġ ingħata skond il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999 lil ħaddiema tal-Gvern biex joperaw din is-sistema? Kemm kien l-ammont ta' ħaddiema li ngħataw dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-taħriġ li ngħata kien kemm mil-lat tekniku fl-użu u l-operat tekniku tas-sistemi kkompjuterizzati kif ukoll mil-lat ta’ operat amministrattiv fejn ingħata tagħrif, taħriġ u sapport b’mod regolari sabiex ikun assigurat li x-xogħol kollu tar-riċerki jibqa’ jsir b’mod effikaċi mill-ħaddiema tal-Gvern. In-numru ta’ ħaddiema li ngħataw taħrig kien ta’ sebgħa.
Peress li l-Ministru approva l-ħlas ta' €2,714,000, ħlas għall-akkwist ta' databases tal-uffiċċju tal-Insinwa (Public Registry), jista' l-Ministru jagħti breakdownta' tali ħlas fis-sens li jipprovdi itemised breakdown tal-ħlas li sar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16127 u jgħid jekk sarux laqgħat bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun rigward il-bini ta' bus interchange fi Triq Birżebbuġa limiti ta' Bir id-Deheb, Żejtun? Jekk saru, x'tip ta' laqgħat kienu? Kif se jiġu milquta s-sidien tal-madwar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 15272, 13345 u 12423 u jgħid x'politika għandu l-Gvern u xi prijorità għandu fuq il-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u f'żoni kummerċjali tal-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta nidiet żewġ dokumenti, li huma t-Terms of Reference for the Creation of Controlled Residents’ Parking Schemes u l-Valletta Accessibility Strategy, li bihom tirregola u tiddetermina l-iskemi ta’ parkeġġ fit-toroq pubbliċi, u dokument ieħor, il-Car Parking Policy, li jistipola l-istandards tekniċi għal tali skemi. Fil-lokalitajiet fejn hemm problema ta’ parkeġġ fit-toroq pubbliċi l-Kunsill Lokali rispettiv jista’ jissottometti proposta lil Transport Malta għal Skema ta’ Parkeġġ ikkontrollat bil-ħin hekk kif stipulat u skont il-linji ta’ gwida tat- Terms of Reference for the Creation of Controlled Residents’ Parking Schemes. Bħalissa hemm total ta’ tnax-il talba għal tali skemi, magħmula minn Kunsilli Lokali differenti, għal konsiderazzjoni mill-Awtorità. Dawn l-iskemi għandhom l-għan li jirregolariżżaw it-tqassim tal-parkeġġ fit-toroq pubbliċi u li jimmassimiżżaw l-użu ta’ parkeġġ eżistenti fl-isfond tad-direzzjoni tal-gvern li jippromwovi l-użu tat-trasport pubbliku.
Transport Malta qed tħejji studju estensiv, il-
Household Travel Survey
li, fost affarijiet oħrajn, huwa ntiż sabiex jagħti informazzjoni u statistika importanti dwar l-użu ta’ sistemi ta’ trasport ġewwa Malta u Għawdex. Tali riżultati ta’ dan l-istudju għandhom l-għan li jintużaw bħala bażi xjentifika għal reviżjoni u aġġornament ta' politika ħolistika dwar it-trasport fuq it-triq, inkluż il-parkeġġ.
B'danakollu, għalkemm Transport Malta tista' tiġi imġiegħla tagħmel l-istudji neċessarji, jkun ħafna deżiderabbli li inizjattivi simili jiġu minn naħa tal-Kunsilli Lokali u mhux biss mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux se tieħu passi biex jissewwew numru ta' overhang signs li ilhom ix-xhur sħaħ bil-ħsara? Jekk le, tista' Transport Malta tieħu l-passi neċessarji biex dak li fadal minn dawn it-tabelli fil-fatt jitneħħa minn fuq il-post għaliex dawn qed iservu ta' eyesore?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel survey ta’ x’tabelli hemm bżonn jitranġaw jew jinbidlu fuq ir-rotta nru 1.
Fil-fatt diġa’ sar nofs dan is-
survey
mill-Freeport sal-Mater Dei (direzzjoni Mater Dei) u miċ-Ċirkewwa sal-Mater Dei (direzzjoni Mater Dei). Issa jonqos mill-Mater Dei lejn iċ-Ċirkewwa u Mater Dei lejn il-Freeport. Kif jitlesta dan is-
survey
ikun jista’ jiġi ppreparat tender għax-xogħol meħtieġ.
Residenti ta' Ħal Farruġ — talbiet għal trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta għadha ma laqgħetx id-diversi talbiet li saru biex ir-residenti ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, jkunu mogħtija servizz ta' trasport pubbliku u dan bil-għan li tittaffa t-tbatija ta' tant u tant familji li jgħixu f'din il-komunità u li wħud minnhom ilhom jgħixu hemm aktar minn 25 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern in vista tal-proċess kriminali msejjaħ "trafigura ag" fil-Qrati Olandiżi dwar toxic waste li allegatament ġie prodott f'Malta waqt li l-gasoline blending and storage tanker, il-Probo Koala, kien qiegħed fix-xtut tagħna anke meta wieħed iqis li f'Wied il-Għajn (Hurd's Bank) sa ftit jiem ilu kien hemm sorguti 15-il tanker ieħor ta' dan it-tip? Ħass il-ħtieġa l-gvern li jagħmel spezzjonijiet fuq dawn it-tankers? Għandu obbligazzjonijiet il-gvern li jinvestiga ħadmiet ta' toxic waste? X'għamel il-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ajruplan ġie reġistrat sena b'sena fl-aħħar għaxar snin fir-Reġistru Nostran? Ta' liema tip? Kemm daħħal flus il-gvern minn dawn ir-reġistrazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex isiru x-xogħlijiet urġenti neċessarji li hemm bżonn f’parti minn Triq Patri Mattew Sultana fil-Kalkara ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet isiru meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa u skont il-prijorità ffissata.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li se jibda jwaqqa' Bieb il-Belt? Meta ħarġet it-tender? Dawk li huma bil-gabbani fejn sejrin? Kulmin jinsab bil-gabbana f'Bieb il-Belt, kollha se jkollhom post ieħor fejn ibiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur fil-fatt għadu ma ntagħżilx għax it-tender, li ħarġet fl-4 ta' Mejju għadha trid tagħlaq fit-28 ta' Ġunju.
Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 14770 u 15299.
Rabat — Triq Ħal Tartani u Triq Ħad-Dingli - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17497 u jagħti rendikont tax-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fir-Rabat, speċifikament dawk li qed isiru fi Triq Ħal-Tartani, Triq Ħad-Dingli u l-madwar? Jista' jgħid fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, x’sar s'issa u x’fadal isir? Jista' jgħid dawn ix-xogħlijet meta bdew u meta se jkunu lesti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Water Services Corporation għaddiet 2 mains tal-ilma tax-xorb għal tul it-triq u għaddiet ukoll main tad-drenaġġ fit-toroq in kwistjoni. Kif kien hemm dan l-intervent kbir fit-triq Transport Malta għamlet ukoll estensjoni ta’ storm water culvert u crossing għall-Pelican Lights li ġew approvati. Wara li sar ftehim mal-Water Services Corporation it-triq ingħatat wiċċ ġdid t’asfalt. Ix-xogħlijiet tlestew.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18036 u ċioe: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
(a) kif wasal il-gvern għas-somm tas-somma ta' €2,714,000 bħala ħlas u
(b) jista' jagħti breakdown tal-ħlas li t-total tiegħu jammonta għall-imsemmija somma?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-somma in kwistjoni hija waħda li kienet ikkunsidrata ġusta mill-Gvern meta mqabbla mad-drittijiet li akkwista l-Gvern permezz tal-ftehim in kwistjoni. Il-breakdown tal-ħlas huwa dak muri fid-dettall fil-ftehim li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra flimkien mat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16985
Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18031 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985 u fid-dokument anness mal-istess risposta, jista' l-Ministru jgħid jekk il-programmi (li akkwista l-gvern permezz tal-ftehim tat-8 ta' Jannar 2010) ġewx skrutinati mill-MITA? Dawn inxtraw mill-kumpanija off the shelf? X'inhu fil-preżent il-valur ta' dawn il-programmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-programmi in kwistjoni ġew eżaminati mill-MITA. Dawn il-programmi ma kienux mixtrija
off-the-shelf
imma kienu żviluppati apposta sabiex jaqdu l-ħtiġijiet li huma elenkati fil-ftehim li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Il-valur ta’ dawn il-programmi huwa kif spjegat u indikat fil-ftehim imsemmi u fil-fatt illum huma wzati mill-Gvern biex jaqdu l-funzjonijiet li gew żviluppati ghalihom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18032 u ċioe: B'referenza għar-riposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
(a) min iddraftja l-ftehim datat 8 ta' Jannar 2010 anness mar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16985
(b) jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi approvawx dan il-ftehim?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ftehim in kwistjoni kien ippreparat minn l-istess persuna li ħadet ħsieb in-negozjati mal-kumpanija sa mill-1996 u b’mod ininterrot tul dawn is-snin kien il-persuna, ben nota mill-Onorevoli Interpellant, illi ukoll iffirma f’isem il-Gvern fl-1999 u aktar tard mexxa il-kumitat ta’sorveljanza tal-proċess ta’ tranżizzjoni dwar l-abbozz tal-liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali (ara Mistoqsija Parlamentari 8842). L-abbozz ġie mirqum mill-Ministeru wara negozjati ulterjuri u ġie approvat mill-Kabinett inkluż il-Ministru tal-Finanzi.
Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18033 u ċioe: B'refereza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-ftehim tat-8 ta' Jannar 2010 ġiex ikkonsultat l-Avukat tar-Repubblika kif ġie ikkonsultat skont il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan tax l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-ftehim? F'każ fin-negattiv, min ġie kkonsultat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-abbozz ġie eżaminat u approvat mill-Avukat Ġenerali
Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18034 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kif skont il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999, il-gvern xtara l-komputerazzazjoni u data files kollha li kellhom jiġu aġġornati u issa kellu jerġa' jħallas biex jixtri xi data files? Allura meta l-kumpanija kienet qegħda tikkompila dawn il-files, għamlet dan minn flusha?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif diġa’ spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16985, id-data files li nxtraw huma addizzjonali għal dawk mibjugħa lilha fil-ftehim tal-1999 u għalhekk kienu proprjetà tal-kumpanija li għamlithom bi flusha.
Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17958, 17350, 17164, 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.