B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamanetari 5851, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-primarja li qabel kienu jagħmlu l-karta alternattiva (li hija l-karta ta' eżami ta' livell iktar baxx li kienet tkun komuni għat-tfal kollha li jagħżlu li jagħmluha – liema karta mhux se tkun qed titkompla u l-istudenti se jkunu mħeġġa jagħmlu tal-anqas partijiet mill-karti prinċipali) u li issa mhux se jkunu qed joqogħdu għal eżami, humiex ser ikunu mitluba jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwa l-forn bil-ħsara (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħat f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4983, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, iforni l-ammonti sal-lum u s-sena li għaddiet u ta' qabel tal-ispejjeż operattivi tal-FTS u ammonti dovuti lill-banek?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kopja tal-Audited Financial Statements għas-sena 2021 diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, waqt li dawk tas-sena 2022 mistennija jiġu preżentati lill-Parlament sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs jaħdmu f'Għawdex li ntbagħtu jaħdmu Għawdex mhux għax kien imisshom fil-lista ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta, iżda minħabba raġunijiet mediċi? Jista' jgħid, f'kull każ, kull waħda minn dawn l-LSEs kemm ilha/ilu taħdem/jaħdem f'Għawdex? Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu bħala LSEs f'Malta l-ewwel għaxar LSEs Għawdxin li hemm jaħdmu fi skejjel f'Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
MCAST u ITS – studenti li kkwalifikaw minn korsijiet Entry Level, 1 u 2
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkwalifikaw studenti tal-MCAST u tal-ITS minn korsijiet Entry Level 1 u 2, skont ir-raħal ta’ fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-MCAST gradwaw total ta’ 4,227 student minn korsijiet Entry Level 1 u 2. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda rigward l-ITS lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Baċellerat fl-Inġinerija tal-MCAST ingħatax xi ċertifikat fuq l-istandard/livell tiegħu? Liema entità ċċertifikat dan il-kors?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Baċellerat fl-Inġinerija tal-MCAST huwa ċċertifikat mill-MCAST fuq MQF Level 6. L-MCAST hija istituzzjoni regolata skont l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap 327 tal-Liġijiet ta’ Malta, u skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 607.03 – Further and Higher Education Regulations (Licensing, Accreditation and Quality Assurance).
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5118, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2022 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-2021 l-FTS lestiet 35 proġett maġġuri b’investiment ta’ €84,800,800.
Skejjel ġodda mill-2013 s’issa jinsabu hawn taħt;
2014-15 Skola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke - €3 miljun
2015-16 Middle School' fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop - €8 miljun
2015-16 'Senior School' fil-Kulleġġ San Nikola, Ħad-Dingli - €8 miljun
2017-19 Skola Primarja gdida fil-Kullegg San Tumas More, Marsaskala - €6 miljun
2016-2020 Skola Primarja gdida fil-Kullegg Maria Regina, fil-Qawra - €13 miljun
Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – għalliem għal klassi 5.2
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5505 u jgħid jekk l-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża) hux se tingħata għalliem/a sabiex il-klassi 5.2 ma tibqax mingħajr għalliem? Jekk le, x'inhi r-raġuni u x'inhu l-pjan biex it-tfal f'din il-klassi jingħataw l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija m’hemm l-ebda klassi b’post vakanti.