Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol meħtieg, kemm ta' drenagg, kif ukoll ta' ilma, li jrid isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Għar Berbaħ, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, issa li jidher li Transport Malta għandha pjan biex din it-triq tkun tista' tigi asfaltata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ ilma fi Triq Għar Berbaħ se jsir mill-istess kuntrattur li ser jasfalta din it-triq. Ix-xogħol tad-drenaġġ ikun jista’ jsir meta tiġi ffurmata l-medda kollha ta’ Triq Simar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24223 u jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Air Malta jew Malta International Airport mis-sena 2010 sal-lum? Kemm marru ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-konsum tal-ilma għax-xorb f'Malta u Għawdex kuljum? Jista' jgħid allura kemm huwa l-konsum tal-ilma għall-biedja kuljum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2010 il-medja tal-konsum tal-ilma għax-xorb f’Malta u Għawdex kien ta’ 78,800 metri kubi kuljum. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma m’għandhiex informazzjoni dwar kemm huwa l-konsum tal-ilma għall-biedja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna riservi ta' ilma bħala pajjiż u allura kemm-il ġurnata ta' riserva ta' ilma għandna bħala pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-riserva tal-ilma tax-xorb fil-ġibjuni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-ilma tammonta għal 400,000 metru kubu. Din tfisser bejn wieħed u ieħor riserva ta’ ħamest ijiem, meta tifrex mal-pajjiż kollu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġibjun hawn f'Malta u Għawdex, fejn jinsabu u kemm jesgħu metri kubi ta' ilma? Jista' jgħid jekk dawn il-ġibjuni jinstabux f'kundizzjoni tajba biex jaħżnu l-ilma jew jekk dawn għandhomx xi ħsarat u ma jistgħux jaħżnu ilma fihom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ households li kellhom is-servizz tad-dawl maqtugħ mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-8 ta’ Marzu 2011 kienu ta’ 45 f’Malta u 1 f’Għawdex. Ta’ min iżid jgħid ukoll li kien hemm żewġ sospenzjonijiet fis-servizz tal-ilma u li kienu f’Malta.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Unit li jħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jindika x'sar mill-unit li kellu jitwaqqaf skont id-diskors tiegħu tal-Budget 2011, liema unit kellu jieħu ħsieb iħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu ma' kuntratturi tal-Gvern u li allura qed jitħallsu minn flus il-poplu?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kuntratturi tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'passi qed jittieħdu mill-gvern sabiex ma jkunx hemm abbuż ta' kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema ta' kuntratturi tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Housing Estate li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23225, jista' l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta inbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate ?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbaghatu separatament, qatt ma rċeviet il-benefiċċju tal-energija fuq il-kont tad-dawl u l-ilma tad-dar tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' wires tad-dawl baxx li hemm fi drive in imwaħħal ma' ċinta ta' proprjetà tan-nies fejn dawn il-wires jistgħu jkunu ta' periklu għat-tfal tagħhom minħabba li faċilment jistgħu jintlaħqu u filwaqt li l-informazzjoni u r-ritratti dwar il-post qed jintbagħtu separatament, jista' jara li dawn il-wires ikunu alterati biex jiġi evitat il-periklu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn investigazzjoni li saret jirriżulta li kien hemm kambjament fil-bini u l-wires imsemmija għandhom jitneħħew fi żmien qasir.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24176 fejn il-Ministru qal li l-kuntrattur, permezz tal-avukat tiegħu, qiegħed joġġezzjona bil-qawwa li kopja tal-kuntratt jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jitlob il-parir tal-Avukat Ġenerali dwar il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed nieħu l-parir ta’ l-Onorevoli Interpellant u se nagħti struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir ta’ l-Avukat Ġenerali.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — rimi ta' żejt fis-sistema pubblika tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet avżata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, kienet inqabdet fil-fatt tarmi ż-żjut fis-sistema pubblika tad-drenaġġ fis-sena 2009 kienx sar rapport formali lill-pulizija? Dan speċjalment meta skont diversi esperti ambjentali huwa meqjus bħala każ ċar ta' Corporate Environmental Crime?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24337.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw ir-rebates mid-Dipartiment tal-Inland Revenue għas-sena 2009? Kemm qed jitħallsu imgħaxijiet fuq dan il-ħlas dovut lit-taxpayers?
Response (FENECH, TONIO)
Nifhem li bil-kelma ‘rebates’ l-Onorevoli Interpellant qed jifhem ‘refunds’. Dwar meta se jitħallsu nirreferih għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24245. L-imgħax huwa ta’ 0.75% fix-xahar.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24196, jista' l-Ministru jgħid kull applikanti għall-post ta' manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise kemm ħa marki totali fl-intervista u kemm ħa/ħadet marki taħt kull kriterju li fuqhom ġew assessjati l-kandidati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-12-il applikazzjoni li ġew milqugħa, 3 persuni ġew magħżula għal intervista. Minn dawn, persuna irrifjuta qabel l-intervista. Iż-żewġ applikanti li ġew intervistati ġabu bħala medja, il-marki li qed jidhru f’tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex kull sena mill-2004 ‘l hawn? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid għal liema xogħlijiet ngħataw dawn il-kuntratti? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus għas-safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing li kellhom is-servizz ta’ l-elettriku sospiż fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2011 kienu ta’ 46 f’Malta u xejn f’Għawdex. Ta’ min iżid jgħid illi kien hemm sospenzjoni waħda fis-servizz ta’ l-ilma u li kienet f’Malta.