Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT - datafiles

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18211, jista' l-Ministru jgħid jekk id-datafiles il-ġodda li nxtraw kenux ġew mitluba mill-gvern jew inkella tfasslu mill-kumpanija? Jista' jagħti lista ta' datafiles li kienu proprjetà tal-gvern taħt il-ftehim tal-1999 u liema huma datafiles ġodda li nxtraw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsaxlokk — Tas-Silġ - triq fi stat ħażin

Question

Peress ili t-triq ġdida fi Triq tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk tinsab fi stat ħażin u hija ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet neċessarji għadhom ma sarux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18192, 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birgu — Xatt ir-Risq u Dock 1 - xogħlijiet

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 16616 il-Ministru qal li x-xogħlijiet bejn Xatt ir-Risq Birgu u Dock 1 kellhom jibdew fl-aħħar ta' April u s'issa għadhom ma bdewx, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jdumu għaddejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet bejn Xatt ir-Risq u Dock 1 mistennija li jinbdew għall-ħabta ta' Settembru ta' din is-sena u mistennija li jitlestew fi żmien sena.

Kalkara — Triq Patri M. Sultana - xogħlijiet fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Patri M. Sultana fil-Kalkara ssir, u dan peress li ftit tas-snin ilu ġiet indikata bħala waħda minn ħafna toroq li kellhom jinbnew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet isiru meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa u skont il-prijorità ffissata.

Testijiet tal-VRT fuq karozzi tal-linja u privates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi tal-linja u privates humiex obbligati li jitilgħu għat-test tal-VRT? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena, kemm kienu n-numru ta’ dawk li m’għaddewx mit-test? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn spetturi ta’ Transport Malta minħabba dħaħen eċċessivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Telf ta' postal order ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18029 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilha u tara li jingħata aktar kumpens lill-anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li bagħat flus lit-tifel tiegħu ġewwa Scotland u għax il-postal order ntilef, huwa ħa biss kumpens ta' €34.64? Tista' tidħol fil-każ biex isir ġustizzja?

Response (GATT, AUSTIN)

B’riferenza għall-każ imsemmi fejn l-Onor. Interpellant qed isaqsi dwar każ fejn jintilef xi postal order li jintbaghat bil-posta, jien infurmat li Maltapost tat kumpens skont regolamenti internazzjonali maħruġa mill-Universal Postal Union (UPU) f’każijiet ta’ ittra rreġistrata. Dawn ir-regolamenti huma ppublikati fuq il-website ta’ Maltapost u jistgħu jinstabu f’kull uffiċċju tal-Maltapost jew jekk wieħed iċempel lill-customer care ta’ l-istess kumpanija. Mit-tagħrif mogħti però mhux ċar jekk il-każ inkwistjoni huwiex dwar telf ta’ postal order jew inkellha każ fejn flus kontanti intbagħtu b'posta reġistrata u dik l-ittra intilfet fil-posta. Jekk hu il-każ ta’ l-ewwel, allura l-persuna konċernata f’każ fejn l- postal order ma jiġix imsarraf mill-persuna favur min inħareġ l-imsemmi postal order fiż-żmien stipulat applikabbli għal dak l- order partikolari, allura mbagħad il-persuna konċernata tista’ titlob li l-ammont mibgħut tramite il- postal order jitħallas lura lillu. F’każ però fejn intbagħtu flus kontanti b' posta reġistrata, l-massimu li wieħed jista’ jieħu hu l-kumpens ġià imsemmi skond regolamenti internazzjonali maħruġa mill- Universal Postal Union (UPU) f’każijiet ta’ ittra rreġistrata.

Fgura — riabilitazzjoni ta' Wied Blandun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jirriabilita Wied Blandun fil-Fgura li bħalissa jinsab fi stat mitluq, bil-ħmieġ u l-ġrieden, partikolarment il-parti li tagħti fuq Triq A.M. Valperga Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq Patri M. Sultana, Triq il-Kappuċċini — xogħlijiet

Question

Jista' l-Minsitru jwiegeb mistoqsija parlamentari 17940 u jgħid meta se ssir Triq Patri Mattew Sultana l-parti ta’ fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se ssir it-triq fil-parti tal-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se tinfetaħ it-triq li minn Patri Mattew Sultana tagħti għal triq il-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liema lokalità qed jirreferi.

Burmarrad u l-Mosta — tabelli tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tabellli tat-traffiku li xi nies irresponsabbli għawġu u vvandalizzaw bejn Burmarrad u l-Mosta, fl-inħawi ta' Tarġa Gap, jiġu rranġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — toroq asfaltati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' toroq li ġew asfaltati fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar matul l-aħħar sitt xhur? Liema kienu t-toroq li ġew hekk asfaltati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa — Santa Maria Estate - toroq li ma ġewx irranġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fl-inħawi ta' Santa Marija Estate, fil-Mellieħa li għadhom ma ġewx irranġati? Liema minn dawn it-toroq kienu parti mill-ftehim li għamlet l-Awtorità dwar it-Trasport (dak iż-żmien) u s-sidien tal-art ta' Santa Marija Estate?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

riforma fit-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16131 u jgħid b'liema mod ġew ikkonsultati l-kunsilli lokali rigward ir-riforma fit-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 15206.

Bormla — San Ġwann t'Għuxa - ħsarat fuq bus shelter

Question

Peress li l-bus shelter fin-niżla ta' San Ġwan t'Għuxa, Bormla sofriet ħsarat kbar, issa li għaddew numru ta' xhur minn dan l-inċident jista' l-Ministru jara li l-istess bus shelter tissewwa? Jista' jgħid ukoll jekk instabx minn ikkaġuna din il-ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ħadet ħsieb tinforma lill-kuntrattur inkarigat sabiex dan il-bus shelter jissewwa. Barra minn hekk, Transport Malta qiegħda tiddiskuti mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla rigward il-possibiltà li dan il-bus shelter jitressaq minn postu minħabba li l-pożizzjoni attwali tiegħu qiegħda f’dawra perikoluża fin-niżla ta’ San Ġwann t’Għuxa u din mhix l-ewwel darba li ġarrab ħsarat kawża ta’ inċidenti tat-traffiku. Rigward it-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Fgura — Triq il-Kunsill tal-Ewropa - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla Triq il-Kunsill tal-Ewropa li tiġi bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li kienet tlestiet l-ewwel parti tagħha xi snin ilu u x-xogħol kien waqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15158.

San Pawl il-Baħar — tiswija ta' traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fid-daħla ta' San Pawl il-Baħar, Mosta Road, liema traffic lights tkissru u ġew rraportati li tkissru dak iż-żmien, jiġu msewwija kemm jista' jkun malajr billi din hi area fejn bosta Maltin u turisti jaqsmu din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tiswija in kwistjoni fil-fatt diġà sar.

Land Registry — pjanti aġġornati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess biex il-pjanti tal-Land Registry jiġu aġġornati skont kif inhu l-iżvilupp illum, billi bosta minn dawn il-pjanti għandhom blokki sħaħ ta' bini mhux indikati fuqhom b'detrement għal dawk li jkunu se jużawhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi r-Reġistru tal-Artijiet, permezz tal-MITA, qed iħares lejn il-possibiltà li jintegra l-aktar l- basemap riċenti mas-sistemi tiegħu. Jekk dan ma jkunx possibli, qed jittieħdu passi biex l-aġġornar tal-pjanti li qed jiġu wżati mir-Reġistru tal-Artijiet iseħħ bħala parti mis-sistema ta’ IT li ser tkun qed tippermetti l-implimentazzjoni tal-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali. Min irid jirreġistra proprjetà li għadha tidher bħala mhux żviluppata xorta jista jagħmel dan llum billi il-perimetru tal- proprjetà xorta jista' jiġi indikat fuq ir-Reġistru elettroniku.

Unjoni Ewropea — fondi komunitarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17767 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk saritx talba jew xi tip ta' abbokkament mill-gvern Malti mal-Unjoni Ewropea għall-otteniment ta' fondi komunitarji b'rabta mal-bini tat-teatru bla saqaf u l-parlament il-ġdid? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha f dan is-sens, inkluż ir-rapport tal-kummissjoni tal-esperti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17111.