MCAST, Università u ITS – studenti li ggradwaw minn korsijiet MQF Level 6
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti tal-MCAST, tal-Università u tal-ITS mill-korsijiet MQF Level 6, ikklassifikati skont ir-raħal ta' fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u l-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST gradwaw total ta’ 24,192 student minn korsijiet MQF Level 6. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda rigward l-ITS lill-Ministru kkonċernat.
MCAST u ITS – studenti li kkwalifikaw minn korsijiet MQF Level 3, 4 u 5
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkwalifikaw studenti tal-MCAST u tal-ITS mill-korsijiet MQF 3, 4 u 5, skont ir-raħal ta’ fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-MCAST gradwaw total ta’ 20,278 student minn korsijiet MQF Level 3, 4 u 5. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda rigward l-ITS lill-Ministru kkonċernat.
Skejjel – Studenti li għandhom bżonn l-assistenza ta’ LSE
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u jekk hemmx, tfal fl-iskejjel tagħna li l-ġenituri tagħhom jixtiequ l-assitenza ta' LSE iżda m'għandhomx? Jekk iva, jista' jagħti l-etajiet ta' dawn it-tfal?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-edukazzjoni obbligatorja hemm żewġ (2) studenti ta' ħames (5) snin li qed jistennew LSE. Fl-edukazzjoni mhux obbligatorja hemm sbatax (17)-il student jistennew LSE.
Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi — applikazzjonijiet
Question
B'referenza għall-Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem il-Kummissjoni, inkluż minn min, għal xiex u jgħid fiex wasal il-proċess għal kull applikazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6071, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni msemmija bdiet tiffunzjona minn Lulju tas-sena 2022. Il-bord hu magħmul minn ħames membri tal-bord u Chairperson, li d-dettalji dwarhom jinsabu pubbliċi fuq il-website tal-Ministeru.
Ministeru għall-Edukazzjoni – sistema tal-Blockcerts
Question
Fir-rigward tal-kumpanija li qed tħaddem u topera s-sistema tal-Blockcerts li juża l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (is-sistema li permezz tagħha l-istudenti jkunu ċċertifikati b'format diġitali), jista’ l-Ministru jgħid:
a. jekk din kinitx magħżula b'direct order jew b'sejħa pubblika għal kull sena mis-sitt snin li ilha topera;
b. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt;
ċ. kemm-il persuna timpjega f'Malta;
d. jekk il-Ministeru għandux rendikont ta' kemm-il student ippreżenta dan iċ-ċertifikat b'format diġitali biex applikaw għall-MCAST, għall-Junior College, għall-ITS u għall-Higħer Secondary għal kull istituzzjoni u għal kull sena u jekk iva, jagħti dan ir-rendikont u jekk le, jista' jgħid għala l-Ministeru m’għandux tali data?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ġiet magħżula permezz ta’ Negotiated Procedure fl-2018. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-2020 l-assi tal-kumpanija nxtraw kollha minn kumpanija oħra. Kemm il-kuntratt oriġinali kif ukoll l-addendum tal-kumpanija l-ġdida qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward iċ-ċertifikati jiġux preżentati jew le, il-Ministeru ma jidħolx fil-mertu ta’ fejn u meta jintużaw.
Attachments:PQ6236_Paper Laid - Hyland Addendum.pdfPQ6236_Paper Laid - Blockchain contract.pdf
Xufiera – ħlas għat-trasport li saru fiċ-ċentri tad-diżabilità u tat-tfal tal-iskejjel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi timeframe għal meta se jitħallsu x-xufiera tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għat-trasport li sar fiċ-ċentri tad-diżabilità u tat-tfal fl-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija dejjem titħallas bħas-service providers kollha skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema għaqdiet tal-banda ssottomettew applikazzjoni għall-Iskema Tagħlim tal-Mużika mnedija minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda? Għall-għaqdiet tal-banda li applikaw, jista’ jgħid x’kien l-ammont li ntalab biex jiġi ffinanzjat mill-istess fond u kemm se jkun l-ammont li se jiġi ffinanzjat minn dan il-fond? Liema għaqdiet volontarji bbenefikaw? Liema għaqdiet volontarji li applikaw ma bbenefikawx u x’kienet ir-raġuni li għaliha ma bbenefikawx? Kemm kien il-valur allokat għal din l-iskema u kemm hu l-valur totali li attwalment ġie mqassam permezz ta’ din l-iskema? Jista’ jagħti tagħrif dwar din l-iskema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-fondi ma ġewx allokati għall-dawk l-għaqdiet li ma laħqux il-kriterji neċessarji mitluba mill-iskema.
Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – Nefqa fuq faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex intnefqu jew se jintnefqu s-€60 miljun li ġew iddedikati għar-rinovazzjoni ta’ faċilitajiet eżistenti kif ukoll għall-bini ta’ oħrajn ġodda bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għandhom isiru f’Malta iktar tard matul din is-sena? Liema faċilitajiet se jitwettqu b’din in-nefqa u kemm kienet jew kemm se tkun in-nefqa fuq kull faċilità? Liema minn dawn il-faċilitajiet tlestew?
Kunsill Malti għall-Isports –kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm talbiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi ġew approvati s’issa mill-Kunsill Malti għall-Isports? Liema huma l-applikazzjonijiet li ġew approvati s’issa? Liema huma l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti għall-approvazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet msemmija jiġu approvati mill-Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi għax kif diġa ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4631, il-Kunsill Malti għall-Isport ma baqax jinfunzjona mis-sena 2014.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm ħames applikazzjonijiet li għadhom qed jiġu evalwati minn entitajiet relevanti abbażi l-Avviz Legali 160 tal-2017 kif amendat bl-Avviz Legali 213 tal-2022.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċentri tal-Klabb 3-16 u fejn huma allokati? Kemm jattendu studenti għal dan is-servizz? X’inhija l-funzjoni tagħhom? Jista’ jgħid jekk dawn humiex bil-ħlas?
MCAST — Engineering Pre Warrant Qualification Course (PWQC)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti tal-MCAST iffinalizzaw l-Engineering Pre Warrant Qualification Course (PWQC)? Jista’ jispjega l-iskop ta' dan il-kors u jekk hux qed ikun offrut lil studenti oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 29 student temmew b’suċċess il-kors msemmi. L-iskop ta’ dan il-kors hu biex kull student isir akkademikament eliġibbli biex japplika għall-warrant ta’ Inġinier. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dan il-kors hu applikabli għal dawk l-istudenti li temmew b’suċċess il-Baċellerat tal-Inġinerija tal-MCAST.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5201, u jagħti lista ta' programmi jew proġetti li ġew offruti mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCST) matul is-snin 2021 u 2022 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sottomessi għal kull wieħed minnhom, kemm minn dawn il-proposti kienu ta' standard tajjeb biżżejjed sabiex setgħu ġew awarded il-fondi u kemm fil-fatt ġew milqugħa proposti għal kull proġett jew programm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sannat, Għawdex – binjiet tal-Iskola Primarja u Resource Centre
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola Ta’ Sannat Għawdex, fejn seħħ l-inċident li fih student kiser id Assistent Kap ta' Skola, hemm Resource Centre fl-istess binja flimkien mal-Iskola Primarja bl-istess amministrazzjoni? Jekk iva, għaliex huwa dan u jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex dawn ikunu separati u b'amministrazzjoni differenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħjar interess tal-komunità edukattiva f’Għawdex, l-amministrazzjoni tibqa’ taħt tmexxija waħda u mingħajr tibdil. Huwa ta’ ġid għall-istudenti kollha li jkun hemm integrazzjoni bejniethom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun qed jissewwa l-lift bil-ħsara li hemm fil-parti l-antika tal-binja tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel (Kulleġġ Santa Tereża)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej ix-xogħol neċessarju biex il-lift jissewwa f’qasir żmien.
Ministeru għall-Edukazzjoni – politika tal-inklużjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-politika tal-inklużjoni mħabbra nhar it-Tnejn, 6 ta' Frar 2023, u jpoġġi wkoll kull politika li tikkonċerna l-inklużjoni mnedija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar 20 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ħareġ dokument fis-sena 2000 fuq Politika dwar Edukazzjoni Inklussiva immirat għal studenti b’diżabilità qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar il-Ministeru organizza konferenza bis-sehem ta’ dawk kollha involuti dwar l-implimentazzjoni tal-Politika dwar Edukazzjoni Inklussiva fl-Iskejjel bil-viżjoni ġenerali li jiġi żgurat li l-istudenti kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità u appoġġ biex ikollhom suċċess fit-tagħlim fi ħdan Sistema ta’ Edukazzjoni Inklussiva ta’ kwalità għolja. Id-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.
Attachments:Paper Laid_PQ6233 - Inclusive Education - policy regarding students with a disability.pdfPaper Laid_PQ6233 - A Policy on Inclusive Education in Schools.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji li għadhom jistennew li jkollhom facilitator magħhom? Jista’ jgħid kemm hemm studenti li għandhom shared facilitator? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ liema skejjel primarji u sekondarji għandhom bżonn li jkollhom aktar facilitators għall-istudenti tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li fiż-żmien li ġej, il-proċedura tas-CPR tiġi mgħallma lit-tfal kollha fl-iskejjel? Jekk iva, x'inhu l-pjan u lil liema etajiet ser ikun qed jiġi introdott dan it-tagħlim?
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5723 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5118, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna?