Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Malta Enterprise tgħolli l-kirjiet tal-fabbriki li hemm fl-industrial estates? Jista' jgħid kemm se tkun il-krija l-ġdida, u minn meta se tibda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġà ġie irrappurtat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23661 ir-rati tal-kirjiet il-ġodda ġew introdotti mill-1 ta’ Ottubru 2009. M'hemmx l-intenzjoni li dawn ir-rati u l-kirjiet jinbidlu sal-2013. Il-kirjiet huma regolati mill-Malta Industrial Parks Limited u mhux mill-Malta Enterprise.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24190, u peress li l-mistoqsijiet li saru f'din il-mistoqsija parlamentari ħarġu bħala riżultat ta' dubji li ħolqot l-istess stqarrija ta' Arms Ltd li l-Ministru poġġa bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23999, jista' l-Ministru jgħid għalfejn qed isib diffikultà biex iwieġeb għall-mistoqsijiet inklużi fil-mistoqsija parlmentari 24190?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandix xi nżid aktar minn dak li ntqal fl-istqarrija riferuta.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tgħix waħidha u bil-pensjoni tal-invalidità ta' €400 fix-xahar? Din ingħatat skont ta' €500 fuq kont eċċessiv ta' €1313 li kien intbagħtilha minkejja li ma nstabx is-sors tal-problema ta' kont qawwi? Għaldaqstant minħabba dan il-każ, jista' jara li din il-mara tingħata nifs fil-ħlasijiet ta' dan il-kont peress li hija diġà qed tħallas il-kontijiet ta' wara b'mod regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Malta Enterprise — Business Service Centre - post ta' manager
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24153 dwar applikanti għall-post ta’ manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise, fejn ta l-lista ta’ applikanti minn numru 1 sa numru 12, jista’ l-Ministru jgħid kull wieħed/waħda minn dawn it-12-il applikant/a x’ġie fl-ordni ta’ mertu li ngħata mill-Bord tal-Għażla? Jista’ jagħti l-marka totali ta’ kull applikant/a? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikanti li ġew intervistati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant għalkemm ġew sottomessi 12-il applikazzjoni, 8 ma kellhomx il-kriterji mitluba fis-sejħa u għalhekk ma setgħux jiġu kkunsidrati. Wieħed kien diġa ġie intervistat għall-istess post u ma ġiex magħżul. Tlieta biss mill-applikanti setgħu jiġu intervistati u persuna minnhom irtirat l-applikazzjoni meta ġiet mestiedna tattendi għal intervista. Il-marka totali ta’ dawk li ġew intervistati diġa ingħata fi tweġiba parlamentari 24386.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23972 u jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li l-fuel li jintuża għall-burners industrijali qed ikun tal-istess kwalità u tajjeb għall-makkinarju? Jista' l-Ministru jassigura li dan il-fuel m'għandux emissions li jagħmlu ħsara lin-nies? Jista' jgħid x'testijiet qed isiru biex jassigura dan kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fjuwil li jitqassam mill-Enemalta għall-użu fil-burners industrijali huwa tal-istess kwalità li jintuża mill-Enemalta fl-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħha. Dan il-fjuwil huwa kopert b’ċertifikati ta’ kwalità. Għalhekk nista’ nassigura lill-Onorevoli Interpellant li dan il-fjuwil huwa ta’ kwalità tajba.
Problema ta' drenaġġ f'Raħal Ġdid — f'Triq Żabbar u Triq Mater Boni Consigli u St. Joseph
Question
Jista' l-Ministru jibgħat xi ħaddiema sabiex isewwu t-tappiera li qed tfur u anke qed jidħol id-drenaġġ għand in-nies li tinsab fi f'Żabbar Road Paola, kantuniera ma' Triq Mater Boni Consigli u St. Joseph Street peress li meta r-residenti marru għand il-kunsill, dawn qalulhom li dan mhux xogħol tal-kunsill?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-korporazzjoni se tieħu ħsieb dan l-ilment.
Tappira f'Raħal Ġdid — Triq San Ġorġ u Triq Schriber
Question
Jista' l-Ministru jibgħat xi ħaddiema sabiex isewwu t-tappiera li tinsab fi Triq San Ġorġ qabel iddur għal Triq Schriber Paola, li din kull meta jgħaddu l-karozzi qed tagħmel ħoss kbir, l-aktar bil-lejl peress li meta r-residenti kellmu lill-kunsill, dawn qallulhom li dan mhux xogħol tal-kunsill u meta saru ilmenti bħal dawn, biex ġiet solvuta l-problema, twaħħal xi materjal mad-dawra tat-tappiera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tieħu ħsieb dan l-ilment, dejjem jekk it-tappiera tifforma parti mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji ta' online gaming reġistrati f'Malta? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Kemm iħaddmu persuni magħhom? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Jannar 2011, kien hemm 262 kumpanija tar-remote gaming. Dawn il-kumpaniji għandhom total ta’ 388 liċenzja mal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob. Il-kumpaniji kollha huma reġistrati Malta. B’kollox dawn il-kumpaniji iħaddmu 3,808 persuna u minn dawn il-ħaddiema 1,028 huma Maltin u 2,780 huma barranin.
Victoria, Għawdex — Pjazza San Ġorġ - bejgħ ta' ħwienet tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għala ħwienet tal-gvern fi Pjazza San Ġorġ Victoria, Għawdex ġew offruti għall-bejgħ meta dawn kienu diġà mikrija u x'aktarx mibnija fuq art esproprijata għal skop pubbliku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern seta’ joħroġ offerti għall-bejgħ tal-ħwienet fi pjazza San Ġorġ wara li l-art kollha li fuqha huma mibnija dawn il-ħwienet ġiet akkwistata mill-Gvern. L-art kollha ħlief għal biċċa relattivament zgħira, kienet ġiet akkwistata madwar ħamsin sena ilu mingħand is-sidien tagħha.
Billi s-sidien ta’ l-art li baqgħet ma ġietx akkwistata mill-Gvern, baqgħu sal-lum mhux magħrufa, il-Gvern akkwista din l-art skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), jiġifieri billi ħarġet dikjarazzjoni tal-President mill-ġdid u l-kumpens dovut lis-sidien ġie depożitat f’kont bankarju.
Minħabba li dawn il-propjetajiet ma ntużawx għall-iskop li għalihom ittieħdu, l-Gvern iddeċieda li, wara talba mill-inkwilini ta’ dawn il-ħwienet, jinbiegħu b’sejħa għall-offerti. Din is-sejħa ġiet suġġetta għal klawżola li min jixtri l-ħanut ikun responsabbli biex iħallas kull kumpens li jista’ jintalab mis-sidien oriġinali jekk dawn jagħmlu talba għal xi kumpens.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ġew terminati l-qbiela tar-raba' f'Ta' Qali, agricultural tenements S2000, S2001, E00201, E00117, E00145, E00121 u E00123? Min għamel din it-talba u għal liema użu speċifiku ntalbet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-qbiela tar-raba’ f’Ta’ Qali li hija indikata bħala tenement nos S2000, S2001, E00201, E00117, E00145, E00121 u E00123, ġiet terminata fuq talba tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bl-iskop li jkun jista’ jitkompla l-iżvilupp tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
power station ta' Delimara — konformità mad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant eżistenti u l-livell ta' emmissjonijiet mill-power station ta' Delimara humiex kompletament konformi mad-Direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa kkonfermat li l-impjant eżistenti ġewwa Delimara Power Station u l-livell ta’ emissjonijiet huma konformi mad-direttivi applikabbli tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kull kemm frekwenza f'sena suppost jintbagħtu kontijiet tad-dawl u l-ilma? Kemm hemm minn dawn il-kontijiet li għadhom ma ntbagħtux u kemm ilhom ma jintbagħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontijiet jinħarġu kull xahrejn b’total ta’ 6 f’sena: 4 minnhom bħala estimi u 2 attwali. Il-kontijiet estimi qed jinħarġu sakemm jiġu installati l-ismart meters u jitqabbdu ma’ sistema ta’ networking li permezz tagħha se jkunu jistgħu jinqraw il-meters b’mod attwali. Din is-sistema se tippermetti wkoll li l-konsumaturi jkollhom viżibiltà aħjar tal-konsum tagħhom stess.
Kif tħabbar ftit tal-ġranet ilu, l-ARMS għandha madwar 15,000
account
li mhux qed jinħarġulhom il-kontijiet, li madwar 4,000 minnhom huma
accounts
ġodda u għad irid jinħarġilhom l-ewwel kont. Il-kumplament ta’ dawn l-
accounts
ikunu
locked
mis-sistema tal-
billing
u għalhekk ma jkunx jista’ jinħarġilhom kont sakemm dan jiġi vverifikat u
unlocked
. Fost ir-raġunijiet għaliex
account
jiġi
locked
jista’ jkun li l-konsum ta’ dak l-
account
partikolari jkun immarkat li jkun eċċessiv iktar min-normal, jew anke li l-
meter reading
ma jkunx jipparaguna mal-
pattern
ta’ konsum ta’ l-istess
account
.
Jista' l-Ministru jgħid
a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera? Jekk fin-negattiv, meta fil-fatt waqfet topera u x'kienu r-raġunijiet għaliex waqfet;
b) meta ġie diskuss il-proċess li se jintuża ladarba l-lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu
tenders
, jew hemm xi ħadd li huwa nteressat;
ċ) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-lukanda Selmun, jista' jinforma lill-Kamra x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel;
d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, jista' jinforma lill-Kamra jekk dawn il-ħaddiema humiex se jkollhom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal-
unions
u l-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
binjiet tal-gvern — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jsir devoluzzjoni tal-binjiet tal-gvern (akkomodazzjoni) lill-kunsilli lokali? Jekk iva, meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi mikrija għall-akkomodazzjoni residenzjali, ħlief għall-ġbir tal-kera ta’ xi wħud minn dawn il-fondi, huma amministrati jew proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.
Sa fejn hu nfurmat id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, m’hemm l-ebda ħsieb li l-gvern, jgħaddi l-fondi mikrija għall-akkomodazzjoni residenzjali lill-Kunsilli Lokali.
Tajjeb ta’ min isemmi li meta fl-1999 ġie introdott il-kunċett ta’ amministrazzjoni ta’ proprjetà tal-gvern mill-kunsilli lokali, l-proprjetà li tiġi devoluta lill-kunsilli kellha:
· tintuża għall-użu amministrattiv tal-kunsill,
· biex isir użu aħjar minn proprjetà li tkun mitluqa, jew
· biex il-kunsill ikun jista’ jagħmel xi proġett fuqha.
San Pawl il-Baħar — Korporazzjoni Enemalta - xogħol ta' kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bozoz li nqalgħu minħabba xogħol ta' kostruzzjoni, matul l-aħħar sentejn, f'San Pawl il-Baħar? F'liema toroq kienu jinsabu? F'kemm minn dawn il-każijiet, il-Korporazzjoni Enemalta, infurmat lill-kunsill lokali li fil-fatt kienet se taqla' temporanjament dawn il-bozoz? Kemm minn dawn reġgħu twaħħlu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta ma żżommx informazzjoni kif mitluba. L-informazzjoni li tinżamm hija dik ta’ kemm talbiet kien hemm biex jitneħħew linji li mhux kollha jinkludu tneħħija ta’ bozoz. Meta jkun hemm bozoz involuti u li jkunu devoluti lill-kunsill dawn jiġu skonnetjati biss u l-kunsill jiġi avżat biex ineħħi l-bozza. Meta jitlesta x–xogħol tal-kostruzzjoni l-kunsill jerġa’ jistalla l-bozza u l-Enemalta tikkonnettja. Bozoz li m’humiex devoluti tneħħihom u terġa’ tistallhom l-Enemalta.
Mellieħa — Korporazzjoni Enemalta - xogħol ta' kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm bozoz li nqalgħu minħabba xogħol ta' kostruzzjoni, matul l-aħħar sentejn, fil-Mellieħa? F'liema toroq kienu jinsabu? F'kemm minn dawn il-każijiet il-Korporazzjoni Enemalta infurmat lill-kunsill lokali, li fil-fatt kienet se taqla' temporanjament, dawn il-bozoz? Kemm minn dawn l-istess bozoz reġgħu twaħħlu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24366.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, f'San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) matul l-aħħar 6 xhur tal-2010, li kienu jinvolvu ukoll xogħol li kellu jsir fuq il-bankina? F'liema toroq sar dan ix-xogħol? X'tip ta' tiswija ssir mill-korporazzjoni fuq il-bankini, meta jkun meħtieg li dawn jinqalgħu? Jista' jagħti tagħrif jekk hux normali li qabel, jew wara, jew it-tnejn, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinforma lill-kunsill lokali konċernat li tkun għamlet dak ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar 6 xhur tas-sena l-oħra, saru 733 intervent li kellhom jintmessu l-bankini mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’diversi toroq fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar.
It-tiswijiet li jsiru jiddependu mill-wiċċ eżistenti tal-bankina, fis-sens li jekk il-wiċċ kien siment, it-tiswija ssir bis-siment; jekk il-wiċċ kien bil-
paving blocks
, dawn jinqalgħu u jerġgħu jitqiegħdu.
Il-kunsill ikun imwissi qabel isir ix-xogħol (isir il-permess meħtieġ lill-kunsill). Ta’ min igħid ukoll li wara li jsir ix-xogħol, il-korporazzjoni tibgħad kull ġimgħa lista’ tax-xogħlijiet kollha li jkunu saru mill-korporazzjoni fit-toroq tal-kunsill. Din il-lista, madanakollu, ma tinkludix xogħol li jsir biss fuq il-bankina, fejn ma tintmissx it-triq (it-tarmac).