Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt is-Sebħ — refurbishment ta' uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qiegħed isir refurbishment estensiv fl-uffiċċju fi blokk B f'Belt is-Sebħ? Għalfejn qiegħed isir dan ir-refurbishment? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li hemm ħsieb li l-Ministeru u l-impjegati kollha li jaħdmu f’Xatt il-Barrieri jkunu ttrasferiti f’Belt is-Sebħ. Għal dan il-għan, kif il-post għadu vojt, qed isssir il-manutenzjoni regolari li ssir lil kull bini kif ukoll ri-strutturar meħtieġ. In-nefqa proġettata hi ta’ madwar €65,000.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — ristrutturar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li se jsir ristrutturar fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijet Pubbliċi u jekk fl-affermattiv hemm il-ħsieb li jingaġġaw żewġ diretturi ġenerali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-uniku ristrutturar se jsir fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Mhemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati żewġ diretturi ġenerali.

Ħal-Luqa u Għawdex — Żewġ ċentri ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ftuħ ta' żewġ ċentri ta' skart goff f'Ħal-Luqa u f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li x-xogħol fuq iż-żewġ ċentri ta’ skart goff f’Hal Luqa u f’Għawdex tlesta u s-siti ser jinfetħu dalwaqt.

Persuni reġistrati li jrabbu l-fniek

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati mad-dipartiment ikkonċernat bħala li jrabbu l-fniek? X'inhi l-pożizzjoni li qed tittieħed min-naħa ta' l-agrikoltura meta jkun hemm talbiet għall-bini ta' rziezet għat-tkabbir tal-fniek?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta' produtturi reġistrati li jżommu l-fniek huwa 78. Dawn għandhom minn minimu ta' 7 fniek sa massimu ta' 1500 fenka. Ir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-produtturi hija volontarja. Il-bini ta' l-irziezet tal-fniek isegwu l-istess proċeduri bħal kull razett ieħor u jgħaddu mill-proċess tal-MEPA.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Assigurazzjoni fuq produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-Gvern f'dik li hija l-assigurazzjoni fuq il-produzzjoni li kellha tpaċi l-ħlas ta' nofs il-bolla tan- national insurance li l-Gvern neħħa minn benefiċċju lil bdiewa, raħħala u produtturi Maltin u Għawdxin wara l-1 ta' Mejju 2004? X'kumpens ingħata biex ipaċi mat-telf ta' flus li sofrew dawn in-nies tax-xogħol għall-perijodu li ma kenux koperti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Furjana — Ġonna tal-Mall

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3419, 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li: i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri? Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Furjana — Ġonna tal-Argotti

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3418, 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xemxija — masġar taż-żebbuġ - NGO

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2191 dwar il-masġar taż-żebbuġ fix-Xemxija, u r-referenza għat-talba ta' xi NGO biex tieħu ħsieb l-istess ġnien, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu l-NGO msemmi għaliex kultant, minkejja x-xogħol tajjeb li jsir minn bosta NGOs, wieħed ikun irid jara x'inhuma l-ħsibijiet tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Is-sitwazzjoni għadha skond kif spjegata fir-risposta tal-Mistoqsija 2191. Nerġa’ ntenni li kull deċiżjoni tittieħed wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali.

Wied Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti ta' tħawwil ta' siġar fil-Wied tar-Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġetti ta' tħawwil ta' siġar fil-Wied tar-Rinella, il-Madliena, Wied Blandun u n-Nadur? Tweġiba: Jien infurmat li fil-Wied tar-Rinella ser jitħawwlu numru ta’ siġar tul is-sena li ġejja (minn organizzazjoni mhux governattiva). Rigward il-Madliena bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex ikun jista jibda l-proġett. Fis-sit ta’ Wied Blandun sar tindif estensiv u diġà tħawwlu l-ewwel 1,000 siġra. Dwar in-Nadur, jien infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali fuq it-taħwil ta’ siġar ġewwa l-barriera ta’ Isopu fin-Nadur.

Qbid ta' ħut — reġistrar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qegħdin jirregolaw kull qabda ta’ ħut u jirreġistra kull qabda fir-reġistru kemm għal skopijiet ta’ statistika kif ukoll li minnha tkun tista’ titwettaq ir-riċerka f’dan il-qasam?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-l-uffiċjali ta’ l-izbark tat-tonn, pixxispad u l-ħut tat-tkaxkir jkunu massimu ta’ 8 waqt l-istaġun u bħalissa huwa 6. Dan ix-xogħol huwa separat min dak ta’ ġbir ta’ informazjoni għal-skopijiet xjentifiċi.

Tfaqqis u tkabbir ta' ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’programm għandu għal ġejjieni biex skoperti ta’ tfaqqis u tkabbir ta’ ħut li r-ricerkaturi Maltin irnexxielhom jiksbu fiċ-Ċentru ta’ San Lucian f’ Marsaxlokk, irendi impatt kummerċjali? Jista’ jgħid kemm hu kalkulat iż-żmien li Malta tibda tkabbar b’mod kummerċjali ħut mfaqqas u mkabbar f’pajjizna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Policy li tirregola l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx imfassla policy li tirregola l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid fuq liema kriterji l-bdiewa u dawk kollha nvoluti fl-estrazzjoni tal-ilma qed jiġu ggwidati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Nru 3781.

Policy fl-agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy fl-agrikoltura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'inhuma l-policies applikabbli fil-qasam agrikolu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li sa llum il-Policy fl-Agrikoltura hi dik imfassla fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 u fl-Istrateġija Nazzjonali fis-Settur tal-Frott u l-Ħaxix.

Boreholes tal-privat u tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-boreholes li ġew imħaffra f'dawn l-aħħar snin minn kumpanniji li fihom hemm l-interess tal-privat u tal-Gvern humiex qed jiġu kkunsidrati bħala boreholes oħra? F'każ li ser jiġu applikati xi sistemi ta' kontroll ta' estrazzjoni ta' ilma u effettivament tiġi applikata tariffa għal dak l-ilma estratt, jista' jgħid jekk il-kumpanniji fejn il-Gvern u l-privat qed joperaw flimkien humiex ser ikunu suġġetti għal dan il-ħlas? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jħallas għal dan l-ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ligi ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn boreholes li ġew imħaffra minn kumpaniji li fihom hemm l-interess tal-privat u tal-Gvern u boreholes oħrajn. L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għad trid tagħmel assessment tan-notifiki kollha qabel ma jiġi deċiż x’sistemi ta’ kontroll ser jiġu applikati.

Trakkijiet taż-żibel — kaxxi tal-likwidu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq trakkijiet taż-żibel fis-sena 2007? Jista jgħid jekk tistax issir xi ħaġa sabiex meta t-trakkijiet jibdew jgħasru ż-żibel li jkollhom fil-kaxxa l-likwidu ma jispiċċax fit-triq, liema likwidi jħalli riħa tinten qawwija warajh?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li trakkijiet taħt kuntratt mal-WasteServ huma dawk li jġibu ż-żibel minn Għawdex għal Malta. Dawn issirulhom żewġ spezzjonijiet fil-ġimgħa u ma jirriżultax dak li qed jallega l-Onor Membru. Rigward it-trakkijiet taż-żibel l-oħra li jagħtu servizz lill-Kunsilli Lokali nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Salina — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux mistenni li jsir aktar xogħol fuq sukkursu tas-Salina? Jekk iva, x'inhu dan ix-xogħol u meta mistenni jinbeda dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li kif appena joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA, jsir xogħol ta’ tindif (dredging) tal-kanal tas-Sokkors kif ukoll xogħol biex jitneħħa l-ostaklu li hemm f’parti ta’ dan il-kanal u li qed itellef iċ-ċirkulazzjoni ta’ l-ilma. Ser isir ukoll xogħol ta’ rinfurzar ta’ parti mill-pedamenti tal-ħitan tal-kanal. Din l-applikazzjoni saret f’Marzu 2007.

Salina — Irranġar tal-ħitan tas-salini tal-melħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-ħitan tas-salini tal-melħ, fis-Salina li tkissru bil-maltemp ta' xi snin ilu, fil-fatt jiġu rranġati biex ma jibqax jiġrilhom ħsara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta għal Mistoqsija Nru 3176.

Esportazzjoni tal-laħam tal-fenek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2711 u jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tal-fenek esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx fil-Ministeru.

Esportazzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2710 u jgħid kemm kienet l-esportazzjoni f'tunnellaġġ u valur ta' flus tal-laħam tat-tjur tas-simna esportat lejn is-swieq tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu ta' Jannar u Settembru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx minn dan il-Ministeru.