Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18109 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Filwaqt li fil-policy for energy meta tkellem dwar is-Sicilian interconnector il-gvern kien stqarr permezz tal-Awtorità tar-Riżorsi ta’ Malta li kien qed jaħseb dwar 2x 100mw cable u f’rapporti riċenti ssemmew 2x200mws, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verżjoni korretta, meta nbidlet u għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex? Kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: -
Grand Harbour Regeneration Corporation p.l.c., Malta Freeport Corporation Limited, Malta Electronics Services Limited, Malta Government Technology Investments Limited, Malta Information Technology Agency, Malta Communications Authority, Authority for Transport in Malta, Airport Charges Regulatory Board, Communications Appeals Board, CVA Board, Mouring Services Board, Port Workers Board, Port Workers Appeals Board, Printed Matters Appeals Board, Public Transport Appeals Board u Stamp Design Advisory Board?
Jista’ jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Testijiet tal-VRT fuq karozzi tal-linja u privates
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18104 u jgħid jekk il-karozzi tal-linja u privates humiex obbligati li jitilgħu għall-VRT? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena, kemm kienu n-numru ta’ dawk li m’għaddewx mit-test? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn spetturi ta’ Transport Malta minħabba dħaħen eċċessivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kalkara: Triq Patri M. Sultana, Triq il-Kappuċċini — xogħlijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18324 u ċioe: Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17940 u jgħid meta se ssir Triq Patri Mattew Sultana l-parti ta’ fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se ssir it-triq fil-parti tal-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-Djar? Meta se tinfetaħ it-triq li minn Patri Mattew Sultana tagħti għal triq il-Kapuċċini fejn inbena l-Housing Estate mill-Awtorità tad-djar? Nixtieq ninforma lill-Ministru li kont qed nirreferi għall-Kalkara.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru x'ġara mill-pjanijiet sabiex tiddawwal biż-żebgħa ta' matul il-lejl il-Bypass tas-Salina/Magħtab? Meta se ssir ħalli matul iż-żmien tas-sajf jiġi evitat ħafna mill-periklu għas-sewwieqa inkluż turisti li jiżdiedu matul is-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet żewġ tenders għat-triq imsemmija: wieħed għat-tabelli u l-ieħor għas-sinjali ta’ mal-art. Iż-żewġ tenders għalqu u qegħdin fl-aħħar fażi tal-proċess tal-aġġudikazzjoni
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed nifhem sew li l-bid evaluation tal-interlink ma' Sqallija se ssir fuq pariri ta’ Lehmayer? Jekk iva, ma jaħsibx li wara t-track record tagħhom marbuta ma' għadd kbir ta' każi ta' korruzzjoni f’numru kbir ta’ pajjiżi, kif saħansitra jista' jiġi kkonfermat permezz ta' sempliċi google search il-Gvern imissu jinvolvi konsulenti oħrajn minflok jistrieħ fuq kumpanija li ilha li għamlet minnha nnifisha kumpanija undesirable?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-interconnector tender ma' Sqallija se jiġi maqsum f’żewġ tenders, x’wassal għal dan l-isplitting? Jista' jindika jekk il-problemi ta’ likwidità ta’ flus kienux fost il-fatturi in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq mal-Italja dwar infrastruttura għall-interlink ma' Sqallija speċjalment fejn jidħlu HV lines? Jekk ma ntlaħaqx ftehim mal-Italja s’issa, x’inhuma l-problemi pendenti dwar dan? X’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal aħbar li power outages huma xi ħaġa komuni ħafna fl-Italja speċjalment fin-naħa t’isfel u fi Sqallija tant li l-Unjoni Ewropea ġiet rraportata li aċċettat li l-industriji jistgħaw jingħataw kumpens finanzjarju kull meta jkun hemm power shortages simili mingħajr ma jqisu sussidji simili bħala an unfair subsidy?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li tagħti minn ħdejn Kennedy Grove għall-Imdawra tiġi asfaltata sewwa billi din it-triq hi waħda frekwentata ħafna minn bosta Maltin u turisti u tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' pelican lights li ġew stallati matul l-2009 u l-2010 s'issa? Fejn jinsabu dawn il-lights? Kemm hu n-numru ta' pelican lights li għad hemm talba pendenti għalihom u kemm hemm approvati biex jiġu stallati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm vetturi liċenzjati bil-GY f'Malta u Għawdex rispettivament? Kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati fuq garaxxijiet li jinsabu fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — Chief Officer Corporate Services
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ma' Transport Malta? Il-kariga tiegħu se tkun ta' Chief Officer Corporate Services? Fiex jikkonsisti s-salarju u l-pakkett ta' inċentivi tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li ma nqisx li hu xieraq li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg mitlub, nikkonferma li l-persuna kkonċernata titħallas fil-parametri li tajt fit-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija 16367 għall-kariga ndikata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta kkunsidratx alternattivi oħra minbarra dak propost għall-proġett ta’ Triq Diċembru 13? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid għalfejn dan ma sarx u min-naħa l-oħra jekk diġa' ġew studjati alternattivi oħra, jista’ jagħti d-dettalji tagħhom u jgħid għalfejn ġew skartati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Proġett ta' Triq Diċembru 13 — Traffic Impact Study
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għamlitx Traffic Impact Study fuq l-impatt li l-proġett ta’ Triq Diċembru 13 se jħalli fuq il-lokal tal-Marsa u fuq l-eluf kbar li jużaw din it-triq ta’ kuljum, meta wieħed iqis li skont dikjarazzjoni ta’ Transport Malta stess, dan il-proġett se jieħu mill-anqas sena biex jitlesta? Jekk studju simili ma sarx, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn? Jekk min-naħa l-oħra sar xi studju, jista’ jpoġġi d-dettalji tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li xi snin ilu l-gvern kien ħabbar li se jsir xogħol ta’ tiswija fuq aktar minn 400 triq arterjali madwar il-pajjiż, u peress li jidher li numru minnhom għadu ma sar xejn fuqhom, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk it-toroq inklużi f’dan il-pjan li għad ma sar l-ebda xogħol fuqhom u jgħid f’liema lokalitajiet jinsabu? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta x-xogħol fuq dawn it-toroq jista’ jsir u x’żamm milli dawn it-toroq isiru kif kien imwiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18215, 17958, 17350, 17164, 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija in kwistjoni, f'dawn l-aħħar ħames snin, ingħatat xogħol minn Transport Malta kif muri fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18216, 17956, 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeri għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
Grand Harbour Regeneration Corporation p.l.c., Malta Freeport Corporation Limited, Malta Electronics Services Limited, Malta Government, Technology Investments Limited, Malta Information Technology Agency, Malta Communications Authority, Authority for Transport in Malta, Airport Charges Regulatory Board, Communications Appeals Board, CVA Board, Mouring Services Board, Port Workers Board, Port Workers Appeals Board, Printed Matters Appeals Board
,
Public Transport Appeals Board, Stamp Design Advisory Board? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Karti tal-Identità ġodda — indikazzjoni dwar donaturi tal-organi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-fehma tal-gvern dwar il-possibilità li fis-sistema l-ġdida tal-Karti tal-Identità ikun hemm, bil-permess tal-persuna involuta, indikat jekk il-persuna tkunx donatur tal-organi kif sar dan l-aħħar fl-Italja ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lid-dipartiment konċernat sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni.