Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Knisja – Laboratory Technicians — promozzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5267, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO u PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet biex jiġi stabbilit kif jistgħu jingħataw dawn il-promozzjonijiet minħabba li l-gradi ta’ TO, STO u PTO għal-iskejjel tal-istat huma pożizzjonijiet fejn l-uffiċċjali jservu f’numru ta’ skejjel jew saħansitra l-iskejjel kollha taħt l-istess employer filwaqt li dan mhux il-każ fl-iskejjel tal-Knisja.

Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa – rappreżentazzjoni minn atleti li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx atleti, li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija, li qegħdin fil-proċess li jintgħażlu, jew diġà ġew magħżula, biex jipparteċipaw f’isem Malta fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li ġejjin u li għalhekk se jieħdu post l-atleti ta’ nazzjonalità Maltija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jindaħalx f’tali għażla.

Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa – atleti li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija

Question

Jekk hemm atleti, li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija, li qegħdin fil-proċess li jintgħażlu jew li diġà ġew magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li ġejjin, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ dawn l-atleti , in-nazzjonalità tagħhom u d-dixxiplini li se jkunu qed jipparteċipaw fihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlammentari 6642.

Yacht tal-qlugħ — Spiża għall-akkwist

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-akkwist tal-yacht tal-qlugħ "Viva Malta", li tnieda fil-21 ta' Diċembru 2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-Yacht Viva Malta kien mixtri minn Yachting Malta li hija joint venture bejn il-Gvern u r-Royal Malta Yacht Club. Din l-entità taqa’ taħt il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Yacht tal-qlugħ — Tħaddim

Question

Peress li l-yacht tal-qlugħ "Viva Malta" huwa yacht tekniku u kkumplikat ħafna biex jitħaddem, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għall-akkwist ta' yacht tal-qlugħ daqshekk ikkumplikat u tekniku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Ii l-Yacht ġie mixtri mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, għalhekk aħjar jekk il-mistoqsija tiġi diretta lil dak il-Ministeru.

Yacht tal-qlugħ — Tiġrijiet li se jkun qed jipparteċipa fihom

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema tiġrijiet, kemm fil-Mediterran kif ukoll barra mill-Mediterran, se jkun qed jipparteċipa l-yacht tal-qlugħ "Viva Malta"? Jista’ jgħid f'liema dati se jkunu qed isiru dawn it-tiġrijiet, kemm se jkun kull ħlas ta' parteċipazzjoni għal kull tiġrija u meta se tkun l-ewwel tiġrija li fiha se jkun qed jieħu sehem dan il-yacht tal-qlugħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm tat-tlielaq ser ikun iffissat mill-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar wara konsultazzjoni ma’ SportMalta. Hemm ħsieb li l-Yacht jieħu sehem f’disa’ tlielaq kull sena.

Yacht tal-qlugħ — Baħrin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-baħrin tal-yacht tal-qlugħ "Viva Malta" hux se jkunu kollha Maltin jew kollha barranin jew jekk hux se jkunu kemm Maltin kif ukoll barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-iskop tal-Yacht huwa li jagħti opportunità lill-baħħara Maltin jikkompetu fi tlielaq internazzjonali, peró jista’ jagħti l-każ li l-Federazzjoni titlob xi baħħara barranin jipparteċipaw f’xi tlielaq biex iħarrġu l-atleti tagħna.

Psychological report lill-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4200, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid xi kemm idum biex jingħata l-psychological report lill-ġenituri biex dawn jaraw jekk uliedhom hux se jkollhom għajnuna ta’ LSE jew jekk hux se jkun LSE shared jew one-to-one? Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju minn dan id-dewmien esaġerat u jekk iva, x’qed isir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4190.

Skejjel li ma għandhomx servizz ta' lift jew turġien ta' emerġenza f'każ ta' nirien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentar 4944 u 5120 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha li nbnew mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) mis-sena 2013 ’il quddiem huma kollha konformi mar-regolamenti. Minbarra hekk, jien infurmat li minn 109 skejjel, 21 m’għandhomx servizz ta’ lift u 25 m’għandhomx turġien ta’ emerġenza. Minkejja dan, diġà jinsabu għaddejjin diskussjonijiet mal-istess entità biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli kull skola tkun mgħammra b’servizz ta’ lift u/jew taraġ ta’ emerġenza, fejn meħtieġ u possibbli.

Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għandhom risk assessment validu, qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qegħdin taħt investigazzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għal xi raġuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 112-il binja li jaqgħu taħt l-iskejjel tal-Istat, 77 għandhom Risk Assessment validu, filwaqt li l-35 binja l-oħra qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda binja li tinsab taħt investigazzjoni mill-OHSA. L-informazzjoni mitluba rigward skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi — proġetti

Question

B'referenza għall-Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi, jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet tiffunzjona din il-Kummissjoni, min huma l-membri u kemm ġew approvati applikazzjonijiet s'issa? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proġetti approvati mill-Kummissjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120.

Skejjel speċjalizzati għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn skejjel speċjalizzati għal persuni b'diżabilità (Resource Centres)? Liema huma dawn l-iskejjel? Kemm jattendu tfal u żgħażagħ f'kull skola u x'inhi l-età tagħhom għal kull skola separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; · San Miguel f’Pembroke fejn hemm 38 student ta’ bejn it-3 snin u l-10 snin, · Guardian Angel il-Ħamrun fejn hemm 79 student ta’ bejn il-11 u l-15-il sena, · Helen Keller il-Qrendi fejn hemm 30 student ta’ bejn il-11 u t-22 sena, · Dun Manwel Attard il-Wardija fejn hemm 108 student ta' bejn is-16 u t-22 sena · Sannat Special Unit fejn hemm 26 student ta' bejn it-3 snin u t-22 sena

Skejjel Speċjalizzati għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjan li jiftaħ iktar skejjel speċjalizzati għal persuni b'diżabilità (Resource Centres)? Jekk iva, jista' jagħti informazzjoni dwar dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għalissa m’hemmx ħsieb li jinfetħu aktar skejjel speċjalizzati għal persuni b'diżabilità.

Studenti Barranin – assessjar tal-livell lingwistiku Malti u Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3208 u jgħid b'liema kriterji qed ikunu assessjati studenti barranin sabiex ikun stabbilit il-livell lingwistiku fil-Malti u fl-Ingliż qabel jiddaħħlu fil-mainstream classes jew le? Dan it-tip ta' assessjar qiegħed isir online jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-assessjar isir b’sistema apposta kemm online u kif ukoll wiċċ imb wiċċ.

Mekkaniżmu tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3203 u jgħid jekk hemmx mekkaniżmu stabbilit mill-MATSEC, li permezz tiegħu t-30% mill-marka totali għall-eżamijiet tal-O’Level, li jinkisbu matul l-aħħar tliet snin tas-sekondarja u li se jibdew japplikaw mis-sena skolastika li jmiss (2023-2024), sabiex il-marki jkunu standardizzati bejn l-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat? Jekk hemm, min se jkun qiegħed jissorveljah?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istakeholders neċessarji kollha qablu li t-30% tal-marki fis-SEC għandhom jiġu minn xogħol mogħti u kkoreġut mill-għalliema stess. Mhu se jkun hemm l-ebda tip ta’ restrizzjoni fuq x’tip ta’ xogħol ser jingħata għaliex l-għalliem innifsu jista’ jagħraf il-bżonnijiet speċifiċi tal-istudenti tiegħu.

Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3871 u jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

MFHEA — audits

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3303 u jgħid meta saru l-aħħar audits min-naħa tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) tal-entitajiet tal-Gvern li joffru edukazzjoni terzjarja jew għall-adulti, l-Università ta' Malta, l-MCAST, l-ITS, il-Jobsplus, l-Akkademja tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Armati, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Adulti (li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni) u l-IFE? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audits għal kull entità u jgħid meta se jkunu qed isiru l-audits li jmiss għal kull entità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3872 u jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.