Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi produċut f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar u x'targets irid l-gvern li jilħaq f'dan s-settur?
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Waste Serv se jkollha tixtri second class water għall-waste treatment plant ta’ Sant Antnin meta dawn suppost qed jieħdu ilma second class mill-water purification plant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija Nru 3580.
B’referenza għad-diversi RES (Renewable energy sources) installations li semma l-Prim Ministru fil-programm Xarabank – minn PVs sa possibilment il-micro wind turbine li hemm fis-civic amenity tal-Mrieħel, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta dawn l-istallazzjonijiet ipotetikament jkunu qed jaħdmu fuq bażi ta’ peak power x’persentaġġ jikkontribwixxu mit-total tal-energija ikkunsmata f’pajjizna bħalissa?
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Ġnien Kottonera? Meta kien l-aħħar li sar xi xogħol ta' żbir u tindif fl-istess ġnien?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari fejn il-Ministru għarraf lill-Kamra li hemm madwar 17,000 tunnellata skart li jinġieb Malta kull sena minn Għawdex permezz tal-Gozo Channel jista' jgħid:
i) kemm hemm b'kollox cattle, poultry u pig manure f'Għawdex li jkollu bżonn treatment fis-sena?
ii) bejn wieħed u ieħor kemm hemm compost li jirriżulta mit-treatment tas-solid waste u manure li jkun irid jiġi trasportat lura lejn Għawdex għal distribuzzjoni fl-art agrikola fil-gżira Għawdxija?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid, sena b'sena kemm ingħata fondi l-kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, sa mit-twaqqif tiegħu? X'kienu l-proġetti kollha li saru tul dan iż-żmien? Xi proġetti hemm programmati għax-xhur li ġejjin?
Ministeru għar-riżorsi u affarijiet barranin — Chairpersons u diretturi maħtura
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2698 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Awtorità Maltija għar-Riżorsi — numru ta' boreholes
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' boreholes li ġew irreġistrati mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi sal-ġurnata meta kellha tagħlaq ir-reġistrazzjoni? F'liema lokalitajiet lokal b'lokal, fil-fatt ġew reġistrati boreholes?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3119 u 2267 u jikkonferma rapporti li ħafna mit-tniġġiż mill-heavy vehicles huwa dovut għall-fatt li dawn qed jagħmlu użu estensiv tal-light heating oil?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-abbuż minn użu estensiv tal-light heating oil se jkompli jiġi ndirizzat bi proċeduri ġodda. Diġà r-regolamenti taħt l-Att tal-Ambjent u r-Regolamenti ta’ l-Att ta’ Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (LN 44of 2008) jipprojbixxu l-użu ta’ karburant b’kubrit għola minn 0.1% żejt tal-gass, kif jista ikun l-każ tal-light heating oil.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' hazardous waste li kellna sena b'sena mis-sena 2004 sal-lum? Fejn qed jiġi storjat? Dan qed isir f'xi landfills? Għandna hazardous waste landfills kif jitolbu d-direttivi tal-EU?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iskart perikoluż li jiġi ġġenerat f’Malta bħalissa qed ikun immaniġġat f’diversi modi. Parti minnu jiġi esportat, parti jiġi trattat f’faċilitajiet lokali kemm privati kif ukoll pubbliċi eż. l-inċineratur tal-Marsa. Il-bqija qed jiġi maħżun minn min jiġġeneraħ sakemm il-faċilità għat-trattament ta’ skart perikoluż u landfill għal skart perikoluż jibdew joperaw. Parti mill-landfill għal skart perikoluż li ġiet iddisinjata u mibnija skond id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea hija lesta. Bħalissa l-MEPA qegħda tevalwa l-applikazzjoni għall-operat ta’ din il-faċilità.
Nitlob l-Onor Membru biex il-mistoqsija dwar l-ammont ta’ skart perikoluż iġġenerat sena b’sena mill-2004 sa llum, jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3118 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għandux pjan nazzjonali dwar l-ilma u jekk iva, jista' jiġi ppubblikat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li d-dokument Water Policy Nazzjonali qed jiġi eżaminat mill-gvern. Dan issa jrid jiġi aġġornat wara l-proċess tan-Notifikazzjoni tal-boreholes li ser iwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara u titfassal strateġija ta’ din ir-riżorsa. Wara, jingħata għall-konsultazjoni lill-istakeholders u jiġi ppublikat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2478 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'miżuri hemm maħsuba biex l-ilmijiet kbar li jaqgħu mill-għoljiet tal-High Ridge u l-Madliena ma jibqgħux jikkaġunaw għargħar f'diversi nħawi ta' St Partick's u toroq oħra fosthom dawk imsemmija' Triq Gabriele Henin, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche' u Triq Dun Amabile Sisner f'Pembroke?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif diġà ħabbart fid-diskors li għamilt waqt id-diskussjoni dwar l-estimi tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, d-Dipartiment tax-Xogħlijiet għandu proġett ta' bini ta' culverts u re-levelling ta' parti mit-triq ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' Pembroke li ser isir fil-bidu ta' l-2009.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ċentru f'Ta' Qali li kellu jiġbor fih għadd ta' faċilitajiet moderni għall-annimali, bħal after-care clinic u boarding kennel ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-After Care Centre la hu klinika u l-anqas boarding kennel iżda hu faċilità fejn animali jinżammu sakemm ifiequ wara trattamenti jew operazjonijiet mill-veterinarji. Dan iċ-ċentru beda jinbena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min ser ikun responsabbli biex jinħarġu l-energy performance certificates? X'tip ta' tagħrif/tagħlim ser jingħataw dawk li ser ikunu responsabbli minn dawn iċ-ċertifikati? Min ser ikun responsabbli biex jagħti dan it-tagħrif/tagħlim?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden l-Onor Membru biex jara l-Avviż Legali Nru 261/08 fejn għandu x’inhuma u ta’ min huma r-responsabbiltajiet u kif ser titħaddem is-sistema tal-Energy Performance Certificates.
Dawk il-periti u Inġiniera li ser ikunu nteressati li joħorġu dawn iċ-ċertifikati ser ikollhom jattendu kors fejn ser jingħataw tagħrif dwar l-użu tas-
software
li l-Gvern ser jipprovdi biex bih tinħadem l-
energy efficiency
tal-bini. Dawn il-korsijiet ser ikunu organizzati mit-Taqsima Servizzi ta’ dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa u raħħala full time li għadna f'Malta u f'Għawdex? Minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità ġejjin dawn il-bdiewa u raħħala rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-lista ta’ bdiewa u raħħala full-time tinżamm mill-ETC u għalhekk nitolbu li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi, anke permezz t'inizjattivi ġodda, biex it-toroq fir-raba' li jintużaw primarjament mill-bdiewa jkunu jistgħu jiġu rranġati biex l-istess bdiewa jkollhom aċċess aħjar għar-raba' tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija nru 2059.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura — bdiewa full/part-time
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time rispettivament li llum huma reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Minn liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokal, ġejjin dawn il-bdiewa, f'Malta u f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' bdiewa full-time u part-time li huma reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hu skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Billi m'għandix dubbju li l-Ministeru huwa konxju li l-produzzjoni agrikola f'Malta u Għawdex żdiedet b'riżultat tat-tisqija li saret, u qegħda ssir f'għelieqi li normalment kienu meqjusa bħala rabà bagħli, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'ser jiġri mill-informazzjoni li qed tiġbor l-MRA, dwar il-boreholes f'Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-proċess tan-Notifikazzjoni tal-boreholes ser iwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara u titfassal strateġija ta’ din ir-riżorsa. Dan jeħtieġ nagħmluh għax irridu nipproteġu lil biedja f’pajjiżna.