Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tar-riforma tat-trasport pubbliku wara li kien hemm xi appelli mill-istess proċess?
Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li minkejja l-fatt li dan il-process għadu mhux mitmum, ikun hemm żieda ta' karozza tal-linja li titlaq mix-Xemxija, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf għall-ħteġijiet ta' dawk li joqogħdu f'dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Stella Maris College — ħinijiiet x'ħin tibda u tispiċċa l-iskola - karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17464 u 16050 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-awtoritajiet se jieħdu l-passi neċessarji biex waqt il-ħin ta' meta tispiċċa u meta tibda l-iskola li tinsab f'St. Albert Str., Gżira, ċioe Stella Maris College ma jitilgħux karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont ir-records tal-awtorità, il-parti ta’ Triq San Albert (quddiem Stella Maris College) għandha l-permessi meħtieġa biex tkun magħluqa għat-traffiku ħlief għat trasport skolastiku waqt il-ħinijiet ta’ dħul u ħruġ tat-tfal mill-iskola. Dwar l-infurzar ta' dan il-permess nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Transport Malta — Investigazzjoni dwar vapuri tal-Greenpeace
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta kenitx involuta f'xi investigazzjoni dwar il-mod skorrett li bih allegatament aġixxew vapuri tal-Greenpeace fl-inħawi ta' madwar Malta f'dawn l-aħħar ġimgħat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-inċidenti ġewx rapportati lill-International Maritime Organisation?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji permezz ta' Transport Malta biex fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, fl-inħawi qrib 'Tal-Fjuri', fejn hemm numru ta' residenti li joqogħdu fuq l-istess bypass, li iżda m'għandhomx garage fejn jistgħu jdaħħlu l-karozza tagħhom, issir bidla fil-livell u d-daqs tal-bankina, biex din l-istess bankina tkun tista' tiġi użata għall-parking ta' dawn l-istess residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba raġunijiet ta' safety u aċċess fuq il-bankini din il-proposta ma tistax tiġi milqugħa.
Jista' l-Ministu jgħid jekk il-parking li hemm ġewwa Golden Bay huwiex parti mil-lukanda privata jew huwiex parti mill-parking pubbliku? Jista' l-Ministru jispeċifika liema huwa il-parking pubbliku u liema huwa il-parking tal-lukanda? Jista' jgħid għaliex mid-9 a.m. il-parking il-kbir ta' quddiem il-lukanda u it-telgħa ta' Golden Bay jkun kuljum mimli diġà bil-karozzi tal-ħaddiema tal-lukanda u ma jitħalliex dak il-parking għat-turisti li jiġu jagħmlu visita f'dawn l-akwati? Jista' l-Ministu jgħid jekk huwiex suppost li l-ħaddiema tal-lukanda kellu jkollhom parking provdut għalihom mil-lukanda u ġewwa l-lukanda u mhux jagħmlu użu minn dan il-car park li suppost huwa pubbliku imma spiċċa kapparat mil-lukanda? Jista' l-Ministru jintervjeni ħalli l-problema tal-parking fl-akwata tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parking area f’Golden Bay, jiġifieri dik li tinsab quddiem il-lukanda Golden Sands, hija parking area pubblika, filwaqt li l-ispazju għall-parking li jinsab ġewwa l-perimetru tal-lukanda huwa parkeġġ tal-lukanda.
Ninsab infurmat ukoll li
parking area
pubblika hija għall-użu tal-pubbliku in ġenerali, u allura anke l-ħaddiema tal-lukanda għandhom id-dritt jużawha.
Fir-rigward jekk il-ħaddiema tal-lukanda kellux ikollhom
parking
provdut għalihom mill-lukanda u ġewwa l-lukanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-MITA biex jiġi stabbilit jekk it-tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta’ interess tad-ditta tal-konsulenti ma’ wieħed mill-offerenti fil-każ tas-sejħa għall-offerti M482/09 kienx minnu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha tal-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-istess każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-MITA biex fil-futur ma jerġax ikun ripetut l-iżball li konsulenti jintgħażlu qabel isir magħruf min huma l-offerenti biex konsulenti u kumpaniji jiġu skrinjati sew biex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejniethom bħalma qed jingħad li ġara fis-sejħa għall-offerti M482/09?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kiteb il-bord tal-evalwazzjoni u tal-konsulenti dwar il-proposti sottomessi minn dawk il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa M482/09 tal-MITA?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Residenti ta' Ħal Farruġ — talbiet għal trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18071 u jgħid għaliex Transport Malta għadha ma laqgħetx id-diversi talbiet li saru biex ir-residenti ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, jkunu mogħtija servizz ta' trasport pubbliku u dan bil-għan li tittaffa t-tbatija ta' tant u tant familji li jgħixu f'din il-komunità u li wħud minnhom ilhom jgħixu hemm aktar minn 25 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk xogħlijiet li qed isiru bil-lejl fi Triq Wied il-Għajn bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn fejn qed tiġi skavata xi mina taħt l-art humiex koperti bil-premessi meħtieġa sabiex ċertu xogħol anke ta' storbju jibqa' sejjer matul il-lejl? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jaħsibx li ċertu xogħlijiet ta' storbju m'għandux isir matul il-lejl minħabba li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inhawi? Jista' jara wkoll li terrapien li għandu x'jaqsam mal-istess proġett ma jdumx wisq ma jinġabar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'mistenni jsir fil-binja f'Baċir Numru 1 f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-binjiet f’Baċir Numru 1 f’Bormla, magħrufa bħala Knights and British Buildings se jiġu rrestawrati. L-użu tagħhom għadu ma ġiex stabilit.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fuq il-multi-storey car park li nbena ftit ta' snin ilu ħdejn l-Isptar San Luqa u li jinsab vojt u mimlija ħmieġ b'konsegwenza li qed ikun hemm ħafna ġrieden? X'mistenni jagħmel il-gvern b'din il-binja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-Gvern Ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal l-impenn tal-Ministeru biex jipprovdi kenn mix-xemx u x-xita għaż-żwiemel tal-karozzini mogħti f’email tas-27 ta’ Awwissu 2009 bl-isem ta’ ‘Karozzini horses’ fejn il-Ministru kiteb: “I can assure you that the Malta Transport Authority is all for the creation of shelters for horses and is willing to pay for them itself provided that there is space where to erect them and that they are used by the cab owners.”? Mindu nkitbet din l-email kemm saru minn dawn ix-shelters għaż-żwiemel, fejn saru u kemm intefqu flus minn Trasport Malta fuqhom? Jekk ma sarux għal liema raġuni dawn ma sarux u jekk hemm il-ħsieb li se jsiru, meta se jkun dan fil-waqt li tingħata breakdown dettaljata ta’ l-infiq previst?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas — sejħiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet s’issa bħala "Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas” mal-kosta ta’ Malta u Għawdex, fejn wasal il-proċess ta’ kull sejħa, minn min ġew evalwati l-offerti riċevuti u f’kull każ jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-evalwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew magħżula operaturi għall-Organized Mooring Areas fl-ibħra ta’ Malta u Għawdex? F’kull każ min huma dawn l-operaturi? B’liema kundizzjonijiet ingħataw dawn l-Organized Mooring Areas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi, tul ta’ żmien u obbligi lejn l-istat u lejn dawk li jużaw il-faċilitajiet f’dawn l-areas filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt iffirmat għal tali operat rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-operaturi li ntgħażlu biex joperaw il-marinas li ġew privatizzati f’Malta u Għawdex? Kif intgħażlu? B’liema kriterji? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-ftehim milħuq ma’ kull wieħed minn dawn l-operaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
offerta tal-eLearning Solution — kwestjoni fuq wieħed mill-konsulenti
Question
B'referenza għas-sejħa għall-offerta pubblika M482/09 tal-eLearning Solution fl-iskejjel maħruġ mill-MITA, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li bih il-Bord tal-Evalwazzjoni ġie nfurmat fl-10 ta’ Diċembru 2009 li wieħed mill-konsulenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu rabtiet kummerċjali ma’ waħda mill-kumpaniji li kienet sub-contractor ta’ wieħed mill-offerenti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-bord li jtemm il-konsulenza ta’ din il-persuna filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tal-Minuti tal-laqghat tal-Bord tal-MITA li saru tul ix-xahar t’April 2010 kollu filwaqt li jgħid x’laqgħat tal-istess bord saru fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju 2010? X’investigazzjonijiet saru biex jiġi stabbilit jekk l-informazzjoni mgħoddija kenitx korretta jew le? X’fatti ġew stabbiliti? Jekk ġiet stabbilita rabta kummerċjali bejn il-konsulent u wieħed mis-sub-contractors ta’ wieħed mill-offerenti, għax ma tħassarx il-proċess meta ġie stabbilit dan il-fatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.