Rabat — Skola Primarja - allokazzjoni ta' studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li kienu jattendu l-Iskola Primarja tal-Imtarfa u li issa qegħdin jattendu l-iskola tal-Imsida humiex se jiġu allokati fl-Iskola Primarja "A" fi Triq il-kulleġġ, ir-Rabat, f'Settembru li ġej?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena skolastika li jmiss, l-istudenti msemmija ser jiġu allokati fl-Iskola Primarja “A” tar-Rabat.
Jekk il-baħrin li se jkunu qed jiġru fuq il-yacht tal-qlugħ "Viva Malta” se jkunu Maltin, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħarrġu u x'baġit ġie allokat għat-taħriġ tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget totali annwali allokat lill-proġett huwa ta’ €150,000. Dan jinkludi t-taħriġ, vjaġġar, akkomodazzjoni, marinas u reġistrazzjonijiet.
Kulleġġ ta’ Santa Margerita – exclusions f’dawn l-aħħar sitt snin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw exclusions lill-istudenti fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita tul dawn l-aħħar sitt snin, possibbilment maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel tal-Istat, inkluż dawk li jservu fid-Direttorati responsabbli mill-edukazzjoni u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Istat skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju), tal-Knisja skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju), u Indipendenti skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Stat
Knisja
Indipendenti
Kindergarten
5,919
1,009
1,583
Primarju
15,909
7,577
3,814
Medju
4,903
3,008
939
Sekondarju
7,457
4,491
1,293
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn l-MCAST u Teatru Malta biex dawn tal-aħħar jużaw partijiet mill-MCAST bħala uffiċini? Jista’ jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex fuq il-Bord tat-Teatru Manoel u jekk iva, jgħid jekk dan hux ikkunsidrat bħala kunflitt ta’ interess ladarba kien l-istess individwu li nnegozja sabiex Teatru Malta jużaw partijiet mill-MCAST għall-użu tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Filwaqt li l-individwu msemmi jgħamel parti mill-Bord Maniġerjali ta’ Teatru Manoel, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kunflitt t’interess, għaliex waqt li qed jiġi massimizzat l-ispazzju tal-MCAST għal benefiċċju tal-istudenti, Teatru Malta kif ukoll l-MCAST ser ikunu qed joħolqu aktar opportunitajiet għall-istudenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST f’Raħal Ġdid u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST f’Raħal Ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja ta’ dawk kollha li s-salarji tagħhom huma rimborsati mill-Gvern u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ u l-Innovazzjoni hi BMW 530E IPERFORMANCE. Din il-karozza qed tinkera €13,200 kull sena mingħand J.Zammit Ltd.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Ministru m’għandux second car.
Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar — nefqa fuq faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6070 u jgħid fiex intefqu jew se jintefqu s-€60 miljun li ġew iddedikati għar-rinovazzjoni ta’ faċilitajiet eżistenti kif ukoll għall-bini ta’ oħrajn ġodda bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għandhom isiru f’Malta iktar tard matul din is-sena? Liema faċilitajiet se jitwettqu b’din in-nefqa u kemm kienet jew kemm se tkun in-nefqa fuq kull faċilità? Liema minn dawn il-faċilitajiet tlestew?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern investa fil-faċilitajiet sportivi mhux biss għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, imma anke biex dan il-Logħob iħalli legat lil kull sport ieħor. Kull faċilità se tkun użata biex l-isportivi u l-atleti ta’ pajjiżna jkollhom faċilitajiet fuq livell internazzjonali fejn jitħarrġu u jipprattikaw l-isport tagħhom.
Dan huwa pjan li nħadem fuq erba’ snin u se jkompli għaddej bħala parti mill-viżjoni tal-Gvern għal dan is-settur.
L-Investiment imsemmi jinkludi:
Il-Matthew Micallef Athletics Stadium fil-Marsa,
Il-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali,
Il-Pixxina tas-Sirens,
Shhoting Range f’ Ta’ Kandja,
Titjib fil-Kumpless Sportiv f’’ Ħal Kirkop
Titjib fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq,
Il-Pixxina ta’ daqs Olimpiku fil-Kottonera,
Il-Padiljun tal-Ġinnastika tal-Marsa,
Padiljun ta’ Squash u Weightlifting fil-Marsa,
Titjib fil-Kumpless Sportiv f’Għawdex, u l-Kumpless tar-Rugby f’Kordin,
Padiljun tal-Handball,
Kumpless Sportiv f’Maria Assunta li jinkludi Akkademja tas-Snooker,
Ċentru tat-Tennis f’Pembroke.
Dawn il-proġetti kollha jikkumplimentaw l-għajnuna rekord li ta l-Gvern lill-atleti Maltin kollha biex jippreparaw b’mod tekniku għal dan il-logħob, li jinkludu:
€2.7 miljun f’assistenza diretta għall-4 snin minn SportMalta,
€5 miljun mill-NDSF għal Sport Malta sabiex atleti Maltin iħejju ruħhom għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-manutenzjoni fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq u meta huwa ppjanat li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fl-iskola msemmija, apparti li ser isir xogħol ta’ tisbieħ, qed jinbena wkoll sular ġdid. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti matul ix-xhur li ġejjin sabiex b’hekk tiftaħ għas-sena skolastika l-ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura, jekk hemm, ta' meta jidħlu rapporti fuq membri tal-SLT tal-iskejjel tal-Istat? Jista' jgħid ukoll min jinvestiga tali rapporti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali rapporti jiġu evalwati fuq livell ta’ skola u kulleġġ, u jekk ikun hemm il-ħtieġa, jiġu referuti lid-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi.
Skola Primarja tal-Imġarr – ħtieġa ta’ manutenzjoni
Question
Jista' jgħid il-Ministru jekk huwiex infurmat dwar l-istat ħażin tat-toilets tal-iskola primarja fl-Imġarr, tant li t-tfal qegħdin jirrifjutaw li jinqdew fihom? Huwa infurmat il-Ministru dwar klassijiet fl-istess skola li kellhom l-ilma jċarċar mal-ħitan fejn għaddejjin il-wires tal-interective whiteboards u sal-lum ma kien hemm ebda intervent dwar dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward it-toilets fl-iskola msemmija, il-problema ġiet riżolta immedjatament. Rigward id-dħul ta' ilma, qed tittieħed l-azzjoni neċessarja biex isiru t-tiswijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li fl-iskola Primarja tal-Imġarr il-brejk tat-tfal huwa biss ta' kwarta, meta għandna l-obbligu li nippromwovu l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel u meta f'Malta l-problema tal-obesità hija waħda kbira?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet tal-break fl-iskola msemmija huma skont il-prassi bħal kull skola oħra f’Malta u f’Għawdex.
Skola Primarja tal-Imġarr – tqassim ta’ frott u ħaxix
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tqassamx frott u ħaxix lit-tfal fl-iskola primarja tal-Imġarr? Jista' jgħid jekk iċ-ċirkolari dwar tqassim ta’ frott u ħaxix waslitx għand il-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skola Primarja tal-Imġarr – Relievers għal tfal tal-Kindergarten
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-iskola primarja tal-Imġarr ma titħaddimx l-istess prassi li hemm fi skejjel oħra fil-Kulleġġ San Nikola, fejn meta t-tfal tal-kindergarten jitqassmu, jintbagħtu relievers biex jagħmlu dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull skola titħaddem l-istess prassi.