Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' moniteraġġ qed jiġi esegwit fuq l-emmissjonijiet fl-arja u skart iġġenerat fl-inċineratur tal-Marsa? X'inhuma l-kundizzjonijiet għal moniteraġġ kif stipulat mill-MEPA għal din il-faċilità? Qegħdin jiġu rrekordjati? Qiegħed jiġi esegwit moniteraġġ indipendenti f'din il-faċilità? Ir-riżultati huma konformi mal-livell stabbiliti ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-inċineratur? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operat tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' Wied il-Għajn sejjer ikun moniterat indipendentament għall-emissjonijiet fl-arja? Dawn l-impjanti se jkunu joperaw taħt il-permess tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control)? Hemm xi pjan biex l-operat ta' dawn l-impjanti jiġi vverifikat taħt l-eco management u Audit Scheme?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Victoria Lines — restawrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea li jistgħu jintużaw sabiex il-Victoria Lines ikunu restawrati? Jista' jgħid jekk inbediex xi xogħol s'issa u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol li sar ibbenefikax minn xi fondi u kemm kienu dawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat m’hemmx pjanijiet li jintużaw fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea għar-restawr tal-Victoria Lines. Huwa ppjanat li fil-bidu tas-sena d-dieħla jitkompla x-xogħol ta’ r-restawr li ser ikun iffinanzjat b'fondi lokali.

Ta' Qali — Animal clinic

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 3573 jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata risposta peress li numru kbir ta' residenti li hemm fil-viċinanzi tal-post indikat skoprew li nħareġ il-permess mill-MEPA meta l-applikazzjoni għal dan il-proġett ma twaħħlet qatt fil-pubbliku f'post prominenti fis-sit biex kull persuna jkollha dritt toġġezzjona? Tajjeb ngħid ukoll li dawn qegħdin f'inqas minn mitejn metru bħala distanza u li dawn kellhom kull interess li joġġezzjonaw anke minnħabba l-valur tal-fond tagħhom li jista' kollu effett b'dan il-proġett.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-proċeduri biex inħareġ il-permess tal-MEPA ġew segwiti kollha.

Spejjeż għat-tkabbir tal-għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi użuri biex ir-raħħala jtaffu l-ispejjeż enormi li llum għandhom biex ikabbru l-għoġġiela u dan sabiex ikun evitat kemm piż fuq ir-raħħala kif ukoll moħqrija fuq l-għoġġiela?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3681 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — proġett ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar minnu l-proġett approvat mic-CRC u li għalih ħarġu t-tenders ukoll, fid-daħla ta' Bormla ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna? Jista' jgħid jekk u meta ser issir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Pjazza Santa Margerita - Bankijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3417 u jgħid x'sar minnha l-wegħda li saret mis-CRC xhur ilu, li jitpoġġew 33 bank ġdid fi Pjazza Santa Margerita Bormla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Kappella San Ġwann t'Għuxa - pavimentar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3407 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x'sar mill-proġett ta' pavimentar ma' ġenb il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Jekk ser isir, jista' jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Marsamxett — irranġar ta' blat

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tas-swar tal-Belt li tagħti għal fuq Marsamxett, u li l-blata ta' taħthom fil-fatt waqgħet matul l-aħħar xhur, tiġi b'xi mod irranġata għaliex il-ġebel tas-swar huma esposti minn taħt u jistgħu jaqgħu b'dannu kbir għal dawn l-istess swar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Triq San Lażru - Fanali dekorattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3425 u jgħid meta ser jiġu pprovduti l-fanali dekorattivi approvati snin ilu mic-CRC, għal Triq San Lażru, Bormla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Bieb Santa Liena - Bollards dekorattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3429 u jgħid meta ser isiru l-bollards dekorattivi madwar Bieb Santa Liena, Bormla, liema proġett kien approvat mic-CRC?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Triq 8 ta' Diċembru - żbir ta siġar kbar

Question

Jista' l-Ministru jara li jinżabru siġar kbar (fit-triq arterjali) li jinsabu fi Triq it-8 ta' Diċembru Bormla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijet Rurali — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Order

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3677 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, mistoqsija parlamentari 3678 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministur u Ministru tal-Affarijiet Barranin, mistoqsija parlametnari 3679 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ġustizzja u mistoqsija parlamentari 3680 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u issa ġew kollha riferuti lilu, u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Widien abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jara li immedjatament isir studju dwar l-istat abbandunat u degradanti ta' numru ta' widien f'pajjiżna? Jista' jara li għal dan l-għan toħroġ sejħa għall-offerti pubblika? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-sezzjoni għall-Manutenzjoni tal-Widien tal-Ministeru u t-Taqsima tal-Ambjent tal-MEPA diġà qed jagħmlu studju u jfasslu bejniethom program ta’ xogħol ta’ manutenzjoni għal numru ta’ widien. Għalhekk m’hemmx bżonn toħroġ sejħa pubblika għall-offerti għal dan l-istudju.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Rijabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul l-2007 u l-2008 marru sabiex jiġu rijabilitati l-widien f'pajjiżna? Jista' jinfurmani kemm kienet in-nefqa tal-gvern matul l-istess perijodu għall-istess għan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Konsultazjoni bejn il Gvern u Bdiewa — Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta konsultazzjoni fil-fatt saret bejn il-gvern u l-bdiewa f'dawk li huma ħinijiet tal-ftuħ tal-pitkalija f'Malta u f'Għawdex? Ma' min saru dawn il-konsultazzjonijiet u kif intlaqgħu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet mill-bdiewa li jużaw il-pitkalija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li saru diversi laqgħat mal-Pitkala kif wkoll mar-rapreżentanti tal-bdiewa li jużaw il-pitkalija u ntlaħaq ftehim dwar il-ħinijiet il-ġodda tal-ftuħ tal-pitkalija.

Raħħala reġistrati — trobbija t'annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' raħħala reġistrati mal-Ministeru biex irabbu l-majjali, iċ-ċanga u baqar għall-ħalib, u dawk li jrabbu t-tiġieġ u l-fniek rispettivament? F'liema rħula huma reġistrati (f'numru separati) f'dawn il-kategoriji ta' raħħala rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Siti li mistennija li jitnaddfu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li huma mistennija li jitnaddfu matul ix-xhur li ġejjin? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex mistenni jsir dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Biedja u Sajd — Skemi ta' Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2774 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.