Imġarr — Skola Primarja - Tqassim ta' Frott u ħxejjex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6571 u jgħid x'inhi r-raġuni li ma tqassamx frott u ħaxix lit-tfal fl-iskola primarja tal-Imġarr? Jista' jgħid jekk iċ-ċirkolari dwar tqassim ta’ frott u ħaxix waslitx għand il-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitwazzjoni ġiet solvuta.
Mtarfa – Skola Primarja – trasferiment tal-istudenti għall-Imsida Hub
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trasferiment tal-istudenti tal-Iskola Primarja tal-Imtarfa għall-Imsida Hub minħabba l-problemi strutturali tal-binja hijiex miżura temporanja u jekk il-ġenituri ta' dawn l-istudenti jistgħux iserrħu rashom li t-tfal tagħhom ser jibdew is-sena skolastika li jmiss mill-iskola tar-Rabat?
Kulleġġ ta’ Santa Margerita – exclusions f’dawn l-aħħar sitt snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6652 u jgħid kemm ingħataw exclusions lill-istudenti fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita tul dawn l-aħħar sitt snin, possibbilment maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
MCAST — Studenti tal-kors ta' Environment Science and Sustainable Technologies - stipendi
Question
Billi studenti li qed jagħmlu kors ta’ Environmental Science and Sustainable Technologies fl-MCAST ilhom ma jirċievu stipendju mill-2021, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jirċievu l-istipendju u jekk hux se jingħata b’lura mill-2021?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti kollha għal dan il-kors huma intitolati għall-istipendju u min kien intitolat ħadu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola governattiva, li tkopri kull tip ta’ struttura edukattiva eż. skejjel primarji, sekondarji, Learning Centres, resource Centres u ALP fost oħrajn, għandu l-Gvern taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu total ta’ 106 skejjel/istituzzjonijiet edukattivi taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Skejjel – servizz ta’ Health & Safety Officer Teacher
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola, li m’għamlitx fire drill fl-ewwel term ta’ din is-sena skolastika, m’għandhiex is-servizz ta’ Health and Safety Officer Teacher?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4947 u 5122, niġbed l-attenzjoni li fejn m’hemmx Health and Safety Officer Teacher, is-servizz jingħata mill-għalliema peripatetiċi tal-Health and Safety.
Skejjel – studenti li jagħmlu parti mill-Core Curriculum Programme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ studenti li huma parti mill-Core Curriculum Programme (CCP)? Jista’ jaqsam din id-data skont is-sena tal-istudenti (eż. Sena Disa’ total ta’ għaxar studenti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
SenaTotal ta’ studenti
Y7191
Y8170
Y9165
Y10141
Y1184
Total globali751
Għawdex – Xewkija – estensjoni taċ-Ċentru tal-Università
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4372 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien ix-xogħol kollu li sar, minn min sar, jekk hux b’direct order jew b'tender u kemm ġie jiswa, minn Ottubru 2022 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fl-Iskola Primarja San Ġorġ f’Ħal Qormi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija x-xogħlijiet jinkludu rinnovar u estensjoni tal-iskola. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-kuntrattur ġie magħżul permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST fil-Mosta u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST fil-Mosta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-Università ta’ Malta u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-Università u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-Università ta’ Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Junior College – ftehim mal-operatur tal-vending machines
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Junior College u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S. 452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni:
1. l-isem tal-prinċipal;
2. l-isem tal-impjegat;
3. l-indirizz tal-prinċipal;
4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat;
5. is-somma totali tal-pagi mħallsa;
6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa;
7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata;
8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma;
9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime;
10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali;
11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu;
12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal;
13. il-pagi bażiċi riċevuti;
14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances; u
15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?
Skejjel statali – studenti li jużaw it-trasport offrut mill-istat b’xejn
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5131 u jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-istudenti f’kull skola statali u kemm minnhom imorru l-iskola bit-trasport offrut mill-istat b’xejn, maqsuma skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5133 u ċjoè: Fid-dawl li fl-iskola fejn sar l-abbuż sesswali fuq studenta, il-Ministeru għall-Edukazzjoni żied tliet Morning Supervision points, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-Ministeru qiegħed jammetti li ma pprovdiex biżżejjed morning transport supervision points biex tkun koperta l-iskola kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-supervision points jiġu allokati skont il-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-MUT.