Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien kollha ta' minibuses humiex eżentati milli jiġbru u jħallsu t-taxxa tal-VAT fuq trasport ta' tfal għall-iskola?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud trasport ta’ tfal għall-iskola minn sidien ta’ minibuses jkun eżenti mill-VAT kemm-il darba tali trasport ikun organizzat jew provvist minn uffiċċju ċentrali jew minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut bħala tali mill-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24427 u r-risposta mogħtija, peress li t-30 ġurnata għaddew, jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li huwa fl-interess tal-investituri li jkollhom kopja tal-konklużjonijiet tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji fuq dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m’għandix xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24427.
super yacht facility — ftehim bejn il-gvern u l-Palumbo
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li l-gvern ikkonkluda mal-Palumbo dwar super yacht facility? Jista' jagħti dettalji tal-proċess amministrattiv esegwit qabel ma l-gvern ikkonkluda u ffinalizza dan il-ftehim?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta moghtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24665.
Fir-rigward tal-proċess amministrattiv esegwit, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara li saru żewġ attentati għall-privatizzazzjoni tal-facilita’ li fallew, f’Lulju tal-2010 ħarġet sejħa ġdida għall-offerti. Il-Privatisation Unit mexxa dan il-proċess, filwaqt li l-MIMCOL ipprovdiet l-assistenza finanżjarja.
Id-dokumenti tat-tender ġew preparati mill-Privatisation Unit u mill-MIMCOL, bl-assistenza tal-Lands Department, Transport Malta, tal- Malta Shipyards Ltd. u tas-Super Yatch Yard.
Fl-20 ta’ Lulju 2010 din is-sejħa għall-offerti ġiet pubblikta fil-Gazzetta tal-Gvern u sussegwentament f’media lokali u Lloyds list. Inġabaru 7 dokumenti b’pagament ta’ €5,000 – il wieħed u firma ta’ kuntratt kunfidanzjali. It-tenders ġew sottomessi sa l-1 ta’ Diċembru 2010.
Is-sejħa għall-offerti kienet tispeċifika Key Transaction Terms u kienet tinkludi konċessjoni ta’ 30 sena, użu permessibbli, l-investiment minimu rikjest, dak ta €3.5 miljun, u l-kundizzjonijiet normali li wieħed isib f’kuntratt enfitewtiku. Kellu wkoll Berthing Rights Agreement li kellu jiġi ffirmat ma Transport Malta.
L-offerta minima finanzjarja kienet stabbilita għal €6 miljun bħala upfront payment, u b’kera annuali inizjali ta’ €475,000 li tiżdied bi 15% kull 5 snin. L-offerti kellhom jagħmlu bid-bond ta’ €250,000.
Fl-ewwel ta’ Diċembru 2010 ddaħħlu 2 offerti. In-
negotiating team
iċċekkjaw il-
Bid Bonds
u nfetħu l-offerti, li wara ġew evalwati. Eventwalment ġie kkonfermat li ż-żewġ offerti kienu skont il-kriterji mitluba fis-sejħa għall-offerti.
Wara li ġew evalwati l-offerti finanzjajri fuq bażi tal-
upfront payment
u
net present value
. L-offerti finanzjarji infetħu fil-15 ta’ Diċembru 2010 fil-preżenza taż-żewġ offerenti. L-aħjar offerta kienet dik ta’ Palumbo Spa.
Fiċ-ċirkostanza, Palumbo Spa kien dikjarat bħala l-
preferred bidder
u sussegwentement bdew in-negozjati.
In-negozjati ma’ Palumbo Spa komplew fit-12 ta’ Jannar 2011 u ġew konklużi b’suċċess fl-14 ta’ Marzu 2011. Il-ftehim kien iffirmat fit-18 ta’ Marzu, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jbiddel il-kriterji kif ikun ikkalkulat il-kumpens għall-għoli tal-ħajja? Jaħseb li l-COLA tibqa' jew qed jaħseb biex din tinbidel? Jekk iva, kif?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-mekkaniżmu li fuqu jinħadem il-kumpens għall-għoli tal-ħajja kien sar bi qbil bejn l-imsieħba soċjali, jiġifieri bejn il-gvern, l-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-unions. Kull bidla fih trid issir bi qbil bejn l-istess partijiet. Il-gvern m’għandu l-ebda ħsieb li jipproponi bidliet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk skont standards mitluba dwar aċċess għall-persuni b'diżabilità cabinets, li jidhru fuq ir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, li jieħdu nofs il-wisgħa ta' spazju tal-bankina ta' Triq l-Amarozz fl-Imġarr Malta, sarux bil-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-“cabinets“ jew kif inhuma magħrufa aħjar “feeder pillar”’ isiru bħala parti mix-xogħol tal-inforzar tal-provvista tal-elettriku. L-installazzjoni tagħhom tinvolvi l-użu tat-trinek u dawn jinħarġilhom permess mill-awtorità kkonċernata. Fuq dan il-każ speċifiku, diġà saru diskussjonijiet mar-residenti, biex dan il-feeder pillar jinbidel u minflok jintużaw tnejn zgħar. Malli dawn ikunu lesti, l-arblu ukoll ser jitneħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid, is-sena li għaddiet, kemm kien it-total ta’ kontijiet mhux imħallsa dovuti lill-Korporazzjoni Enemalta mis-setturi kummerċjali u industrijali bħal lukandi, fabbriki u negozji oħra? Jista’ jgħid kemm kienu l-ammonti dovuti fis-sentejn ta’ qabel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24232, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-medja tan-nefqa fuq il-lubricant kull sena bejn is-sena 2000 u s-sena 2010? Kemm hu stmat li se tkun in-nefqa bl-impjant il-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux se jsiru titjiriet chartered mill-Air Malta għal Lourdes u lura? Jekk fl-affemattiv, meta dawn huma maħsubin li se jibdew u jispiċċaw?
Kemm f'dan il-perijodu hu maħsub li se jsiru titjirjiet? Kemm hu maħsub li jinġarru passiġġieri u kif dan in-numru jipparaguna man-numru ta' titjirjiet u passiġġieri li ġarret l-Air Malta għal Lourdes f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm pjan simili bħal dak tal-2010 għal titjiriet speċjali għall-Lourdes f’April, Mejju, bejn Lulju u Settembru, u f’Diċembru. Id-domanda mill-agenti tal-ivjaggar u t-traffiku fuq dawn it-titjiriet speċjali mistenni ikun komparabbli ma’ tas-sena l-oħra. Ta min wieħed jiftakar li s-sena l-oħra parti mit-traffiku tal-passiġġieri minn Malta għall-Lourdes mexa’ ukoll fuq it-titjiriet tal-Air Malta għall-Toulouse.
In-numru ta’ titjiriet ser ikun ta’ madwar 24 titjira matul is-sena kollha 2011, u n-numru ta’ passiġġieri jilħaq 8,000 ruħ l’hemm u lura.
Dawn l-aħħar snin in-numru ta’ passiġġieri fuq dawn it-titjiriet speċjali għall-Lourdes (imorru u jiġu) kien hekk:
Total ta’ passiġġieri 2004 – 7,930
Total ta’ passiġġieri 2005 – 8,997
Total ta’ passiġġieri 2006 – 9,214
Total ta’ passiġġieri 2007 – 7,863
Total ta’ passiġġieri 2008 – 13,460
Total ta’ passiġġieri 2009 – 6,130
Total ta’ passiġġieri 2010 – 7,244
Total ta’ passiġġieri 2011 – 8,000 (stima)
Jista' l-Ministru jgħid għaliex familji li nvestew eluf ta' liri u waħħlu solar panels biex jiġġeneraw l-elettriku mhux qed jiġi kkalkulat l-energija li qed jitfgħu fil-grid minħabba li għadu ma twaħħalhomx il-meter apposta mill-Korporazzjoni Enemata? Hemm familji li ilhom jistennew xhur sħaħ biex jitwaħħal dan il-meter?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu l-Gvern jagħti refund dovut tal-elettriku li huma qed jagħtu lill-Enemalta b'xejn f'dan il-perjodu u mhix qed tkun ikkalkolata skont it-tariffa applikabbli minħabba li għadu ma twaħħalx il-meter?
Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-familji qed jitilfu flus għalxejn?
Ma jaħsibx ukoll il-Ministru li huwa nġust li dawn il-familji qed jintalbu jħallsu €46 biex japplikaw għal bdil tal-meter meta xorta waħda dan l-apparat se jinbidel bil-process tal-ismart meters?
Ma jaħsibx il-Ministru li minħabba dan ir-red tape u l-problemi tal-Enemalta qed jintilef l-iskop kollu ta' din l-iskema għal dawn il-familji?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex għall-ewwel parti tad-domanda jirreferi għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 24489.
Peress li d-dewmien li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet ġie kkawżat minħabba azzjoni industrijali, li m’hijiex taħt il-kontroll tal-Enemalta, il-possibbiltà li jingħataw
refunds
mhux qed jiġi kkunsidrat.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-miżata ta’ €46 hija miżata amministrattiva. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas ta’ €300 u €900 għall-installazzjoni ta’ 1
Phase
u 3
Phase meter
rispettivament huma eżentati.
Kummissarju għat-Taxxi Interni — capital gains tax
Question
Jista' l-Ministru jispjega u jillumina għaliex il-Kummissarju tat-Taxxi Interni qed jibqa' jinsisti li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tħallas somma bħala capital gains tax għas-sena 1999, meta jidher ċar li dan l-ammont mhux dovut minnu u li si tratta ta' żball ġenwin? Ma jidhirlux il-Ministru li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni f'każijiet bħal dawn għandu juża l-buon senso u jmexxi fuq l-ekwità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi fih aktar elementi minn dawk li jissemmew fil-mistoqsija, fosthom in-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ formola tat-taxxa li kienet dovuta 12-il sena ilu. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tad-dipartiment diġà kkuntattjaw lill-persuna kkonċernata u se jerġgħu jikkuntattjawha biex jiċċaraw u jikkonkludu l-affarijiet.
Unjoni Ewropea — Cohesion Fund - kumpaniji li tħallsu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta’ flus li tħallsu s'issa lill-Gvern jew lil xi entità oħra mill-Cohesion Funds tal-Unjoni Ewropea (2004-2006) in konnessjoni mat-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-Impjant għar-Riċiklaġġ f'Sant'Antnin, Wied il-Għajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont totali ta’ flus allokati mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dan il-proġett huwa ta’ €11,723,250. Minn din is-somma allokata s’issa il-Gvern Malti rċieva €9,378,600. Il-bilanċ jiġi trasferit meta l-proġett jitlesta u l-obbligi jintlaħqu kollha.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Korporazzjoni Enemalta għas-snin 2008, 2009 u 2010? Jekk m'humiex lesti, jista' jagħti dati definiti ta' meta se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24666.
ħaddiema li jiddikjaraw inqas minn €15,000 fis-sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies u ħaddiema li jiddikjaraw li għandhom inqas minn €15,000 income fis-sena? Jista' jgħid is-self employed category kemm jiddikjaraw li għandhom income f'sena u f'liema kategoriji jaqgħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija minħabba li hija ġenerika wisq. Madankollu qed issir riferenza għat-tweġiba li qed tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23576 li jista’ jkollha elementi rilevanti għal din il-mistoqsija.
Malta International Airport — kopja tal-kuntratt għal tmexxija u konċessjoni
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratt għal tmexxija u konċessjoni tal-Malta International Airport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-kuntratt ġa ġie imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u ġie diskuss fil-Parlament fis-seduti numru 769, 770 u 771 ta’ nhar it-8 u 9 ta’ Lulju 2002.
PL5171 laid in S768 of the 05.07.02 (Deed of Sale and Emphyteusis) Malta International airport p.l.c.
PL5323 laid in S782 of the 16.09.02 (Documentation re Malta International Airport (MIA) Privatisation agreement)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa għall-interess li saru s’issa, inkluż kundizzjonijiet għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taż-żewġ sejħiet għall-offerti inkluż il-kundizzjonijiet għal-bejgħ tal-Lukanda Selmun li nħarġu fis-27 ta’ Novembru 2009 taħt Avviż Nru 183, u fil-05 ta’ Marzu 2010 taħt Avviż Nru 49 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ it-tender għall-waste disposal tal-iskart perikoluż li mistenni joħroġ mill-estensjoni tal-power station ta' Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti għas-servizzi msemmija wasal fi stadju avvanzat. Fil-fatt id-dokument għadu kemm ġie mibgħut lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-verifikazzjoni meħtieġa. Huwa stmat li s-sejħa tiġi ppublikata għall-bidu t’April.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-operational lifetime li baqa' għat-turbini kollha separatament fil-Power Station ta' Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm tliet tipi ta’ impjant f’Delimara Power Station:
(a)
Steam turbines/boilers
li ġew ikkummissjonati fl-1992 li għandhom
lifetime
ta’ 25 sena,
(b) L-
o
pen cycle gas turbines
li ġew ikkummissjonati fl-1994 li għandhom
lifetime
ta’ 15-il sena suġġett ta’ estensjoni ta’ 15-il sena wara
major overhau
l
u
(c) Il-Combined Cycle Plant, li wkoll għandu
lifetime
ta’ 15-il sena suġġett ta’ estensjoni ta’ 15-il sena wara major overhaul.
L-
operational lifetime
tal-impjant kollu jista’ jiġi estiż u dan jiddependi fuq l-użu tal-impjant. L-i
steam turbine plant
huwa mistenni li jopera għal 30 sena fuq
base load
, i.e. sa 2022, madankollu l-impjant jista’ jiġi mpoġġi fuq
reserve status
wara l-c
ommissioning
tal-
interconnector
. L-
op
en cycle gas turbines
jintużaw biss għal
peak load
u għall-emergenza u għalkemm għandhom iktar minn 15-il sena huma laħqu ċirka 1/3 tal-ħajja tagħhom u mistenni li jibqgħu jaħdmu sa mill-inqas 2025. Il-
combined cycle plant
laħqet ċirca 2/3 tal-15-il sena ħajja, li madankollu tista’ tibqa taħdem sal-2018.
B'referenza għall-2087 applikazzjoni għal sistemi fotovoltaiċi li waslu fit-tieni sejħa li saret billi l-ewwel waħda kienet ġiet irtirata minħabba allegati irregolaritajiet u jekk wieħed jassumi daqs konservattiv tas-sistema ta’ 1.5 kwp, il-potential installed capacity kellu jkun ta’ madwar 3.13mw, billi huwa stmat li matul medda ta' sena 3.13mw capacity kienet tiġġenera madwar 5,164,500 kwh ta’ elettriku u tiffranka madwar 4477 tunnellata ta’ co2, jekk wieħed jieħu feed in tariff price ta' €0.25 u jinjora għall-mument il-€0.28 għall-gżira Għawdxija, l-electricity generation mitluf jkun jammonta għall madwar €1.29miljun, jista' l-Ministru jispjega il-fatt u jgħid jekk huwiex se jingħata xi kumpens lil dawk kollha li nvestew fi stallazzjoni fotovoltaika u li diġà ħallsu l-prezz sħiħ tal-istallazzjoni, iżda li għadhom qed jsibu dewmien min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex jistallawlhom l-export meter?
B’konsegwenza ta' dan mhux biss qed jitħallas prezz finanzjarju u ambjentali iżda l-investituri teknikament ma jistgħux jibbenefikaw mill-investiment tagħhom u s-sistemi fotovoltaiċi tagħhom jew mhumiex jiġġeneraw xejn jew jinsabu mqabbdin illegalment mal-grid mingħajr
export meter
u peress li fl-istess ħin dawn qed jiġu mċaħħdin mid-dritt li jagħmlu
claim back
tal-
grant
ta' 50% tal-investiment li għandu massimu ta’ €30,000 minħabba li s-sistema teknikament għadha mhix mħaddma f’mod komplet kif suppost, jista' jaġġorna lill-Kamra dwar dan kollu għall-benefiċċju tal-konsumaturi u investituri konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dewmien biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet u biex jiġu stallati l-meters huwa r-riżultat tal-azzjonijiet industrijali mill-General Workers Union ġewwa l-Enemalta.
Dawn l-azzjonijiet qed isiru minħabba rikjesti mhux raġjenovli li l-General Workers Union qed tagħmel fil-konfront ta’ numru żgħir ta’ ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta wara li l-funzjonijiet tas-sezzjoni tal-
credit control
ġew
redundant
u l-
management
, bħal m’għamel meta xogħol ieħor fil-passat ġewwa l-Enemalta ġie
redundant
, alloka f’sezzjonijiet oħra lill-impjegati kkonċernati. Għandu jkun irrimarkat li l-persuni kkonċernati ngħataw l-istess skala ta’ salarju u responsabbiltajiet f’taqsimiet oħra fil-Korporazzjoni.
Għalkemm dan il-każ qed jidher quddiem it-tribunal industrijali, l-GWU rrifjutat li twaqqaf l-azzjoni industrijali għalkemm taf l-effett li qed tagħmel huwa kollu fuq il-konsumaturi, fejn din qed toħloq inkonvenjenza kbira.
Peress li l-Korporazzjoni m’għandhiex kontroll fuq dan id-dewmien, tort tal-azzjoni industrijali li qed jikkawża dewmien tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet eċċ, ma tkunx tista’ tagħti kumpens kif hu mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Billi nhar it-3 ta' Novembru 2010 ir-residenti ta' block 10, Pietru Darmenia Str, Pembroke kienu kitbu lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar problema ta' rwejjaħ qawwija ta' drenaġġ qrib ir-residenza tagħhom li kienet waħda perjodika li tvarja skont il-ħinijiet u t-temp, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Blokk ta’ appartmenti msemmi, u oħrajn ħdejh, jinsabu fil-viċinanzi tal-Pumping Station tad-Drenaġġ, ħdejn il-grawnd ta’ Pembroke Atleta. Il-korporazzjoni qiegħda tinvestiga dan il-każ partikolari, flimkien mad-Dipartiment tas-Sanita, sabiex tistabbilixxi r-raġuni għaliex f’dan il-blokk partikolari (BLK10) qed ikun hemm okkażżjonijiet ta’ rwejjaħ relatati mad-drenaġġ waqt li fi blokok oħrajn le. Il-Korpozzjoni qed tagħmel studju ġenerali biex tiprova tnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti kollha tal-inħawi minħabba l-prossimità ta’ din l-istation mill-bini.
Jista' l-Ministru jgħid, skont ir-rekords tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kemm kien in-numru ta' ħaddiema/ċittadini bil-paga li d-dħul tagħhom dikjarat matul l-2010 kien anqas minn €1000 fix-xahar u aktar minn €2500 fix-xahar separatment? Kemm minnhom huma mpjegati mac-Civil u kemm mas-settur privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mingħand l-employers dwar il-pagi tas-sena 2010 għadha qed tinġabar, għalhekk mhux possibbli li tingħata tweġiba f'dan l-istadju.