Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riabilitazzjoni tal-Widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'dak li huwa xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tal-widien f'Malta matul din is-sena? Liema kienu l-widien u x'referenza kellhom għal dak li jirrigwarda l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Ambjent dwar ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-nefqa għal xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni tal-widien f’Malta matul din is-sena hu stmat li laħqet is-somma ta’ € 215,565. Ix-xogħol f’dawn il-postijiet; Wied Rmiedi, Wied il-Għasel, Burmarrad Wied Inċita, Wied Qannotta, Wied Ħemsija, Wied Għajn Riħana Wied is-Sewda Wied Bidni M’Scala, Wied Morfu, Marsa watercourse Wied Qlejja, Il-permessi tal-MEPA kienu għal xogħol ta’ dredging u tiswijiet fil-lokalitajiet ta’ Marsascala ( PA 2798/08), u restawr tal- water course Burmarrad (PA 6966/04). Fix-xogħol l-ieħor ma kienx hemm bżonn permessi tal-MEPA.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Vetturi Mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3858 u jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 4291.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Riabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3968 u jinfurmani kemm mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul l-2007 u l-2008 marru sabiex jiġu riabilitati l-widien f'pajjiżna? Jista' jinfurmani kemm kienet in-nefqa tal-gvern matul l-istess perijodu għall-istess għan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li m’hemm l-ebda program speċifiku għal-rijabilitazzjoni ta’ widien li jikkwalifika għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Ċertu widien huma mdaħħla fil-proġett għal-kontra l-għargħar li jikkwalifika mill-fondi ta’ Koeżjoni ta’ bejn 2007-2013. Ix-xogħol fiżiku fuq dan il-proġett mistenni li jinbeda għal-nofs is-sena 2010. Infurmat ukoll li n-nefqa tal-gvern għal-rijabilitazzjoni ta’ widien kienet skond kif ġej: 2007 - € 245,126 2008 - € 215,565

Widien abbandunati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3967, jista' l-Ministru jressaq ir-rapport għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Parlament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġà għidt fir-risposta għall-mistoqsija 3967, l-istudju u t-tfassil tal-program għadu qed isir.

Talbiet pendenti minn sajjieda — bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu bħalissa n-numru ta' talbiet pendenti minn sajjieda f'Malta u f'Għawdex li qed jitlob li jbiddlu l-bastiment tas-sajd tagħhom? Minn liema lokalitajiet huma dawn is-sajjieda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda talba għal bdil ta' bastiment.

Tas-Salini — Rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3321 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol tar-rijabilitazzjoni tas-Salini?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sant Antnin u Razzett tal-Ħbiberija — Park għall-Familja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3323 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq "Park għall-Familja" fuq medda art bejn l-impjant ta' Sant Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġà kelli opportunità ngħid fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru jien infurmat li x-xogħol fuq il-permessi għall-iżvilupp mill-MEPA huwa fi stadju avvanzat. Sadanittant ir-restawr tal-kappella ta’ Sant’ Antnin li tifforma parti mill-Family Park, huwa lest.

Inċineratur — spiża biex jitħaddem

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena? Jista' jinfurmani kemm-il darba kien sospiż l-operat tal-inċineratur minħabba ħsarat u kemm kienu l-ispejjeż f'ċifri ta' flus globali għal dawn il-ħsarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Inċineratur — spiża biex jitħaddem

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena? Jista' jinfurmani kemm-il darba kien sospiż l-operat tal-inċineratur minħabba ħsarat u kemm kienu l-ispejjeż f'ċifri ta' flus globali għal dawn il-ħsarat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ispiża biex jopera l-inċineratur għall-ewwel għaxar xhur kienet ta’ madwar €1.7 miljun. L-ispiża hija maqsuma hekk: € 0.23 miljun f’labour, € 0.88 miljun fi fuel u € 0.59 miljun f’utilities u nfiq ieħor. Bejn il-perjodu ta’ Jannar – Novembru 2008, fl-impjant saru disa’ interventi biex jigu aġġustati xi partijiet u anke jissewwew ħsarat li żviluppaw matul il- commissioning ta’ dan l-impjant. Waqt dawn il-perjodi ta’ ftit ġranet, l-iskart inħażen fil- cold storages u wara ġie trattat fl-inċineratur. L-ispiża kienet ta’ madwar €10,000. Din hija baxxa għax ħafna mill- parts u xogħol huma provduti mill-manifattur, peress li l-impjant huwa kopert mill-garanziji.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

RES Installations

Question

B’referenza għad-diversi RES (Renewable energy sources) installations li semma l-Prim Ministru fil-programm Xarabank – minn PVs sa possibilment il-micro wind turbine li hemm fis-civic amenity tal-Mrieħel, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3593 u jgħarraf lill-Kamra meta dawn l-istallazzjonijiet ipotetikament jkunu qed jaħdmu fuq bażi ta’ peak power x’persentaġġ jikkontribwixxu mit-total tal-energija ikkunsmata f’pajjiżna bħalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat dak li hemm installat s’issa fis-CA Sites huwa ntiż biex jinforma lill-pubbliku dwar il-Carbon Dioxide li jiġi ffrankat u jħajjru jagħmel użu minn dawn is-siti. L-elettriku ġġenerat minn dawn is-CA Sites huwa stmat li ser jilħaq 26.34KW kull siegħa, jew madwar 120,000 units (KWHr) fis-sena. Dan ifisser li s-CA Sites ikunu carbon neutral jiġifieri tkun qed tiġi ġġenerata enerġija daqs kemm dawn is-siti għandhom bżonn biex jitħaddmu. Għalhekk mhux il-każ li wieħed jittraduċi din l-enerġija f’persentaġġ tal-konsum totali ta’ pajjiżna.

Programmi t'għajnuna infrastruttuali — toroq fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema programmi t'għajnuna infrastrutturali għat-toroq fir-raba' mistennija jibdew jitħaddmu matul is-sena d-dieħla biex jitjieb l-aċċess tal-bdiewa għar-raba' tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-program tal-Iżvilupp Rurali li jkopri perjodu 2007 – 2013 joffri għajnuna infrastrutturali għat-toroq fir-raba' permezz tal-miżura 125. Din il-miżura ser tiġi mnedija fl-ewwel erba` xhur ta` sena d-dieħla.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijet Rurali — Vetturi Mixtrija

Question

No question text.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum inxtrat vettura waħda li hija Tipping van tal-marka LDV li swiet €24,300. Din tintuża mill-Cleansing Services Department.

Kottonera — riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3803 u 2690 u jgħid, sena b'sena kemm ingħata fondi l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera sa mit-twaqqif tiegħu? X'kienu l-proġetti kollha li saru tul dan iż-żmien? Xi proġetti hemm programmati għax-xhur li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Birkirkara, Ħal-Balzan, Ħal-Lija u l-Imsida — proġett kontra l-għargħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3332 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar din is-sena mill-ewwel fażi tal-proġett kontra l-għargħar fin-naħat ta' Birkirkara, Ħal-Balzan, Ħal-Lija u l-Imsida?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li matul din is-sena, saru studji preliminari fuq il-feasibility ta’ diversi alternattivi u Environment Assessment Report ta’ dawn l-alternattivi. Sar ukoll l-Project Description Statement biex fuqu l-MEPA għamlet konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet u kunsilli lokali u nħareġ it-tender biex isir Environment Impact Assessment, Cost Benefit Analysis u Studji teknici relatati.

Bini ta' ġibjuni taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3538 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern imħabbra mill-predeċessur tiegħu dwar bini ta' ġibjuni taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita u b'hekk jiġu evitati ħafna għargħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 4087.

Skart li jinġieb minn Għawdex għal Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari fejn il-Ministru għarraf lill-Kamra li hemm madwar 17,000 tunnellata skart li jinġieb Malta kull sena minn Għawdex permezz tal-Gozo Channel jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3536 u jgħid: i) kemm hemm b'kollox cattle, poultry u pig manure f'Għawdex li jkollu bżonn treatment fis-sena? ii) bejn wieħed u ieħor kemm hemm compost li jirriżulta mit-treatment tas-solid waste u manure li jkun irid jiġi trasportat lura lejn Għawdex għal distribuzzjoni fl-art agrikola fil-gżira Għawdxija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ċ-ċifra ta’ 17,000 tunnellata ta’ skart li jinġieb Malta minn Għawdex tikkonsisti fi skart domestiku u industrijali. Id-demel li jiġi prodott f’Għawdex ma jiġix ttrattat f’Malta

Rapport Mott Mcdonald — Enerġija Alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3509 u 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bring-in sites — Ġbir ta' ħġieġ, karti, metall u plastik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel għaxar xhur tas-sena nġabar ħġieġ, karti, metall u plastik mill-bring-in sites ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid x'isir minn dawn wara li jiġu riċiklati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2008 mill-bring-in-sites ta’ Malta u Għawdex inġabru: Ø 1532.11 tunellata karta, Ø 677.86 tunellata plastik, Ø 224.22 tunellata metall Ø 950.06 tunellata ħġieġ. Wara li dan l-iskart ikun trasportat għand il-WasteServ, dan jiġi magħżul bl-idejn biex tonqos il-kontaminazzjoni, u jinbiegħ għar-riċiklaġġ. Peress li d-domanda għal dan l-iskart tvarja ħafna, jkun hemm perjodi fejn dan jiġi maħżun.

Ġnien Kottonera — Żbir u tindif tal-Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3815 u jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Ġnien Kottonera? Meta kien l-aħħar li sar xi xogħol ta' żbir u tindif fl-istess ġnien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa nies mill-Uffiċju tad-distrett fi ħdan id-dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni qed jieħu ħsieb it-tindif tas-siġar mill-ħaxix ħażin u tisqija ta’ l-istess siġar. Isir ukoll tindif u manutenzjoni tal-funtana u tal-bankijiet u gazebos. It-tindif ġenerali jsir kuljum.