Legislature:
Category:
Reset
Active:

Testijiet tal-VRT fuq karozzi tal-linja u privates

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18547 u 18104 u jgħid jekk il-karozzi tal-linja u privates humiex obbligati li jitilgħu għall-VRT? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena, kemm kienu n-numru ta’ dawk li m’għaddewx mit-test? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn spetturi ta’ Transport Malta minħabba dħaħen eċċessivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-karozzi tal-linja u l-coaches huma obbligati li jitilgħu għat-test tal-VRT skont kif provdut fit-Tmien Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.15 - Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. Waħda turi n-numru ta' testijiet tal-VRT li saru fuq karozzi tal-linja u coaches minn Jannar tas-sena 2008 sas-7 ta' Ġunju 2010 li jindikaw kemm minnhom għaddew u kemm minnhom m'għaddewx mit-test tal-VRT. It-tieni tabella turi kemm kienu spezzjonati minn dawn it-tip ta' vetturi minn uffiċjali ta' Transport Malta minn Jannar 2008 sa Mejju 2009 u kienu ngħataw ċitazzjonijiet.

By-pass ta' San Pawl il-Baħar — Speed camera

Question

Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ispeed camera li ilha approvata ħafna żmien fil-by-pass ta' San Pawl il-Baħar, tiġi mwaħħla u tibda topera biex jiġu evitati aktar inċidenti serji? Billi hemm minn ikkritika l-lok ta' fejn twaħħlu l-arbli għal din il-camera u ssuġġerixxa partijiet oħra fejn għandhom jitwaħħlu cameras oħra f'din l-istess bypass, jista' l-Ministru jiddeċiedi dwar dan kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rikostruzzjoni ta' Triq l-Imġarr, Għajnsielem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta CT2202/2009 għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq l-Imġarr Għajnsielem? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Jista’ jgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-order to start works inħarġet fil-11 ta’ Frar 2010 biex ix-xogħlijiet jibdew fil-15 ta’ Frar, kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-perjodu ta’ tlestija tax-xogħol fil-kuntratt kien ta’ tlettax il-ġimgħa. Minħabba xogħlijiet addizzjonali tressqet talba ta’ estenzjoni taż-żmien b’erba’ ġimgħat quddiem id-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħlijiet tlestew u Transport Malta ser tagħmel it-testijiet tagħha qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat tal- partial completion . It-triq tinsab miftuħa għat-traffiku. .

muturi 4 wheelers li ġew liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi 4 wheelers li ġew liċenzjati minn Transport Malta jew mill-Awtorità dwar it-Trasport qabilha? Kemm minn dawn il-liċenzji ħarġu f'kull waħda mis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 sal-aħħar ta' Mejju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tas-Sliema — Knisja ta' San Girgor - spazju riservat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li ħdejn il-Knisja ta' San Girgor tas-Sliema, ikun hemm ukoll spazju riservat għall-persuni b'diżabilità u għall-użu ta' nies fil-kollettiv fil-ħinijiet tal-quddies, bħalma hemm biswit knejjes oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtimelill-impjegata ta' Roads (Transport Malta) li kienet inkarigata mit-telefonati meta kien qed issir ix- xogħol tal by-pass ta' Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żurrieq — Transport Malta - talbiet pproċessati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hiex qed tipproċessa talbiet li jaqgħu fil-konfini taż-Żurrieq? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk kienx hemm xi perjodu li fih Transport Malta ma kenitx qed tipproċessa talbiet f’din il-lokalità, jgħid liema kien il-perjodu u jagħti raġuni għaliex l-ipproċessar kien sospiż? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid kemm ilu sospiż l-ipproċessar u jagħti raġuni għaliex l-ipproċessar hu sospiż? Jista' jinforma lill-Kamra kemm-il lokalità kellhom l-ipproċessar ta' talbiet quddiem it-Transport Malta sospiż? Jista' jagħti din l-informazzjoni minn Marzu 2008 u jinforma kemm dam sospiż dan l-ipproċessar każ, b’każ? Jista' jagħti raġuni għal kull sospensjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Passaporti ġodda — protezzjoni ta' data

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi żgurata l-privatezza tal-individwi, protezzjoni minn abbużi ta' data u assigurazzjoni ta' protezzjoni ta' data mill-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' passaporti fid-dawl li fost id-data ġdida li qed tinżamm hemm il-marki tas-swaba? Saru konsultazzjonijiet mall-Kummissarju għal Protezzjoni tad-Data? Se jsir awditjar regolari tas-sistema biex jiġi żgurat li r-regoli qed jiġu osservati? Min se jagħmlu? Kull meta se jsir? Ir-rapport se jkun pubblikat? Se jkun hemm xi tip ta' involviment mill-Kummissarju għal Protezzjoni tad-Data fl-immaniġjar jew awditjar tas-sistema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-data li tinġabar meta wieħed japplika għall-passaport ġdid tintuża biss għal skopijiet ta’ passaport, skont ir-Regolament tal-Unjoni Europea 2252/2004, u biex tassigura s-sigurtà fil-passaport stess. L-immaġini tal-marki tas-swaba li jinżammu fil-passaport jintużaw biss meta wieħed jiġbor il-passaport mill-uffiċċju tal-passaporti u meta jaqsam il-fruntieri. L-uffiċjal jitlob l-individwu biex jivverifika li l-marki tas-swaba li hemm fil-passaport jaqblu ma’ dawk tal-individwu. B’hekk tassigura l-identità tal-individwu. Id-data fil-passaport hija ssiġillata diġitalment u tista' tinqara biss minn apparat awtoriżżat. L-Infrastruttura hija mibnija b’sigurta' kbira biex tevita x’ intruzzjoni mhux awtoriżżata. Is-sistema tawditja x’jiġri meta l-users awtoriżżati jużaw is-sistema u żżomm audit trail ta’ dak li jkun sar minn kull user. Id-data biometrika li tinżamm fil-passaport, kemm l-immaġini tal-wiċċ u l-marki tas-swaba, qed tinżamm ukoll fid-database però mingħajr l-ebda link mad-data personali tal-individwu. B’hekk tkun teknikament aktar diffiċli biex tisstabilixxi l-identita’ tal-persuna li tagħha tkun id-data biometrika. Meta jiskadi l-passaport, il-marki tas-swaba jinżammu fis-sistema għal sitt xhur u wara jitħassru awtomatikament. Dawn is-sitt xhur huma kkunsidrati bħala l-inqas perjodu possibli li jista’ ikun hemm bżonn biex jiġu nvestigati xi rapporti ta’ xi abbuż tal-passaport sad-data tal-iskadenza tiegħu. Nikkonferma wkoll li saru konsultazzjonijiet mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Dwar l-awditjar tas-sistema jien infurmat li d-Dipartiment huwa suġġett għall-awditjar mill-IAID u mill-NAO u hu marbut mill-liġi tal-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data imbagħad ikun jista', jieħu kull azzjoni li jidhirlu li tkun xierqa skont il-liġi.

ħruġ ta' passaporti ġodda — protezzjoni minn abbuzi

Question

Jista' l-Ministru jispjega x' miżuri qed jittieħdu biex tiġi żgurata l-privatezza tal-individwi, il-protezzjoni minn abbuzi ta' data u assigurazzjoni ta' protezzjoni ta' data mill-awtorita' responsabbli mill-ħruġ ta' passaporti fid-dawl li fost id-data l-ġdida li qed tinżamm hemm il-marki tas-swaba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18775, 18549, 18192, 17948, 17361 u jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Spezzjonijiet ta' toroq f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jippubblika meta u fejn sar spezzjonijiet ta' toroq f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2009 mill-awtoritajiet konċernati u responsabbli minn dan il-fattur, biex jara li dawn it-toroq huma safe għas-sewwieqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug — toroq fi stat ħażin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq li għandhom l-istat tagħhom ta' ħsara 'il fuq minn 50%, 60%, 70%, 80% fil-lokalitajiet ta' Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug Malta? Jista' jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq u liema huma dawk it-toroq li għandhom jingħataw wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta, Attard u Balzan — studju dwar toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kien l-aħħar studju li sar biex jara xi stat jinsabu fih it-toroq tal-Mosta, Attard u Balzan? Jista' jgħid jekk ġiex ippubblikat dan l-istudju u kemm hija l-ispiża kkalkulata biex isiru dawn it-toroq li għandhom l-istat tagħhom b'iktar minn 50% ħsara, imkissra jew qatt ma ngħataw wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

politika biex jiġu organizzati l-bajjiet u l-portijiet

Question

Wara l-iżviluppi li kien hemm fejn ġie mħabbar li l-gvern se jadotta politika biex jorganizza l-bajjiet u l-portijiet tagħna b'tali mod li kull moll u biċċa tal-baħar tkun reġistrata u torbot ma' moll reġistrat u bil-permessi kollha neċessarji u minħabba li skond il-Ministru jidher li hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir kollu mill-privat, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji biex jigu kkalkulati l-ispejjeż li se jiżdidulhom id-delettanti u kemm se jiġu jiswew dawn l-ispejjeż, jigifieri kemm se jiġi jiswa l-użu tal-irmiġġ għall-qxur tal-baħar? Jista' jgħid jekk dawn il-prezzijiet humiex se jkunu fissi jew jekk kull daħla/port immexxija mill-privat tagħmel il-prezzijiet hi skond kif jidhrilha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta' interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-MITA biex jiġi stabbilit jekk it-tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta’ interess tad-ditta tal-konsulenti ma’ wieħed mill-offerenti fil-każ tas-sejħa għall-offerti M482/09 kienx minnu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha tal-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-istess każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija numru 17453 jien spjegajt fid-dettal l-allegazzjoniji li saret fil-konfront tal-kumpanija ta' konsulenza, x'irriżulta u x'kien il-parir legali. Jidhirli li m'hemmx aktar x'nista nżid ma dak. B'danakollu ma nistgħaġibx li l-Onor. interpellant ma fehmx fejn kienet il-possibilita' ta' kunflitt ta' interess għax mid-dehra l-anqas fehem li jien imkien u qatt ma akkużajt lill-Onor. interpellant li għandu xi nteress pekunjarju fil-kumpanija Computer Domain jew imqar li għandu xi interess ieħor fl-istess kumpanija. Li għamilt hu: 1. innutajt li kien hemm "kumbinazzjoni stramba" li torbot lill-Onor. Interpellant, mal-Computer Domain u tenders tal-IT (PQ 17453); 2. staqsejt "x'inhi l-konnessjoni tiegħu mal-kumpanija Computer Domain" (PQ 17453); 3. staqsejt ukoll " għaliex hu (l-Onor. Bartolo) daqshekk pront biex jiddefendi l-interessi tagħha (tal-Computer Domain)" (PQ 17453); 4. għidt li l-kummenti tal-Onor. Interpellant huma "malicious" (artikolu MaltaToday); u 5. għidt "they are intended to serve interests that are too poorly hidden not to be understood" (l-istess artikolu). Jien m'għidtx kelma oħra dwar l-Onor. Interpellant ħlief ta' hawn fuq u hu ċar li dawn ma jimplikawx li l-Onor. Interpellant kellu jew għandu xi interess pekunjarju jew interess ieħor fil-kumpanija Computer Domain. Naf daqs kullħadd naqra min huma s- shareholders tal-kumpanija u naf li Onor. Interpellant qatt ma kien wieħed minnhom. Hi stramba kif l-Onor. Interpellent "ħaseb" li jien kont qed naħseb li għandu xi nteress ta' flus! Daqs kemm hu stramb li l-Onor. interpellant ipprova jiżvija l-"interess" li hu għandu billi jitlob lil Mr. Speaker jinvestiga d-dikjarazzjoni tal-assi li jagħmel kull Deputat. Apparti li Mr. Speaker jaf li m'għandu ebda poter f'dan ir-rigward, apparti li anki l-Onor. Interpellant jaf li dan il-poter ma jeżistix u kull ma pprova jagħmel hu li jgħatti x-xemx bl-għarbiel, mhux sejjer ngħallem jien lill-Onor Interpellant li hawn ġew, l-interessi li kull membru jista’ jkollu jmur hafna lil hinn mill-interessi pekunjarji biss! U waqt li ma għandi ebda prova li l-Onor. Interpellant m'għandu ebda interess pekunjarju fil-kumpanija Computer Domain ma nistax ngħid li m'għandux xi "interessi" oħra f'din il-kumpanija għax tant iġib l-interessi tagħha l-quddiem u tant jirrakomandha u jiddefendijha - anki b'metodi li s'issa għadhom m'humiex pubbliċi - li l-"interess" tiegħu f'din il-kumpanija hu ċar u ppruvat. Ma jistax ikun li tindaħal fi tliet proċessi ta' tendering u m'għandekx "interess"; Ma jistax ikun li fit-tliet każijiet tindaħal biex tivvantaġġa lill-Computer Domain u m'għandekx "interess"; Ma jistax ikun li tintervjeni biex twaqqaf proċess jew tinfluwenza min għandu jirbaħ tender u m'għandekx "interess".

sejħa M482/09 — sehem tad-Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’sehem kellu d-Dipartiment tal-Kuntratti fis-sejħa M482/09 tal-MITA?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li skont ir-Regolament 37(1) tar-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi, bħala awtorità kontraenti elenkata taħt l-Iskeda 3 ta’ l-istess Regolamenti, il-MITA hija awtoriżżata tippublika, tamministra u tevalwa t-tenders mingħajr ma taqa’ taħt il-kompetenza tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Jien infurmat ukoll illi l-MITA ġabet awtoriżżazzjoni tal-Ministru qabel ma ppublikat it- tender M482/09 sabiex tuża l-proċedura tan-negozjati skont ir -Regolament 38 (4), issa Regolament 39(4). Nixtieq nieħu l-opportunita biex nenfasiżża illi bħala Ministru nippretendi li la hemm liġi li tirregola kif isiru l-proċeduri tat- tenders , din il-liġi għandha tiġi osservata mhux biss mill-entitajiet li joħorgu t- tenders imma anki minn min jippretendi li jippontifika fuq il-proċess tat- tenders bħal ma jagħmel l-Onorevoli Interpellant. Qed ngħid dan għaliex l-Onor. Interpellant ħadha drawwa li jippretendi li jkun hu stess li jiddeċidi min għandu u min m'għandux jirbaħ it- tenders u biex insostni nirreferi lill-Onor. Interpellant: 1. għall-istqarrijiet maħruġa minnu in konnessjoni mat- tender għas-" Second Step Training programme " fejn QABEL ma saret l-aġġudikazzjoni mill-Bord tal-Evalwazzjoni ħareġ stqarrijiet fejn ippretenda li kull kumpanija ħlief il-kumpanija Computer Domain kellhom jiġi eliminati; u 2. għall-email li kien bagħat lill-Ministru tal-Edukazzjoni (qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra) in konnessjoni mat- tender dwar " Private Training Providers " min fejn hu evidenti illi: · ftit siegħat biss wara li nfetħu t- tenders jallega li d-dokumentazzjoni ta' kumpanija li kienet qed tikkompeti mal- Computer Domain ma kienitx kif suppost"!; · minkejja li mhux normali li deputat ikun ra t- tenders , jindika fid-dettal fejn kien in-nuqqas tal-kompetitur tal- Computer Domain ; · jippretendi li din il-kumpanija tiġi skwalifikata mill-Kumitat tal-Kuntratti; · Alla jbierek hu "infurmat li ISSA se jiltaqa l-Kumitat tal-Kuntratti" - fatt li l-anqas Ministru ma jkun jaf normalment; u oħroġ il-għaġeb · jinforma lill-Ministru li jekk "il-Kumitat (tal-Kuntratti) jiddeċidi li jagħlaq għajnejh għal dan in-nuqqas tas- St. Martin's Institute , se jkun hemm appell...."!! Hu altru li evidenti li dan hu attentat sfaċċat biex jipprova jinfluwenza proċess deċizjonali li l-politiċi għandhom joqgħodu l-bogħod minnu. Għar min hekk hu attentat biex irebbaħ tender lil kumpanija partikolari - il-Computer Domain - moħbi taħt l-iskuża li l-istorja m'għandiex titwal. Differentament mill-Onor. Bartolo jien ma nispekulax u ma nsaqsix domandi retoriċi iżda noqgħod biss fuq il-fatti u huma dawn il-fatti li jipprovaw illi BIL-KITBA TIEGHU STESS l-Onor. Bartolo: · ippretenda li jkun hu u mhux il-Bord imwaqqaf bil-liġi li jiddeċidi dwar x'għandu jsir fit- tenders ; · ippretenda li jkun hu u mhux il-Bord imwaqqaf bil-liġi li jiddeċidi min għandu jirbaħ it- tenders ; · ippretenda li fiż-żewġ tenders imsemminja tkun il- Computer Domain li tirbaħ it- tenders . Li hu kemxejn sorpriża hu kif l-Onor Interpellant li tant jiftaħar li jkun jaf kollox dwar dawn it- tenders ma kienx jaf fuq każ ta' kunflitt ta' interess li setghet kella l-kumpanija li tant iġib l-interessi tagħha il-quddiem fit- tender tal-" Private Training Providers ". Waqt li jien ċert li kien jaf bil-possibilta ta' dan il-kunflitt jidher li l-Onor. Interpellant dehrlu li m'għandux iġibu il-quddiem.

garaxxijiet li jistgħu jagħmlu l-VRT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn garaxxijiet li għandhom il-liċenzja biex jagħmlu l-VRT? Kemm-il test sar matul din is-sena, xahar b’xahar, mill-1 ta’Jannar sal-15 ta’Ġunju 2010? Kemm kellhom jerġgħu jsiru għax il-vetturi m’għaddewx mit-test?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architectural Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18457, 18216, 17956, 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Msida — Princess Margaret Street - asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18376 u jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-Gvern Ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.