Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni – Onboard Supervisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ta’ Onboard Supervisor? Jista’ jgħid kemm-il persuna applikat biex tagħmel dan ir-rwol matul is-sena 2021-22 u s-sena 2022-23?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-Onboard Supervisor hu li jassigura s-sigurtà tat-tfal abbord il-vettura tat-trasport. Matul is-sena skolastika 2021/22 applikaw elf erbgħa mija u seba’ edukaturi (1,407), filwaqt li għas-sena skolastika 2022/23 applikaw elf ħames mija u wieħed u tmenin edukatur (1,581) biex jagħmlu rwol ta’ Onboard Supervisor u li dawn kollha ġew approvati.

Università ta’ Malta – impjegati fl-IT Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fl-IT Services tal-Università ta’ Malta u x’inhuma l-irwoli tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm erbgħa u sittin (64) impjegat fl-IT services. L-irwoli jinkludu Chief Information Officer & Director of IT Services, Administration, Head of Corporate Services, Head of Technical Services, IT Officers, IT Services Deputy Director & Head of User Services, IT Specialist, IT Systems Engineer, Senior IT Officers, Senior IT Specialists, u Senior IT Systems Engineer.

MCAST — impjegati fl-IT Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fl-IT Services tal-MCAST u x’inhuma l-irwoli tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 8 impjegati fi-IT Services tal-MCAST. Ir-rwoli jinkludu Direttur, Maniġer, Uffiċjali tal-IT, Amministratur, u Skrivan

Qari u tagħlim tal-Lingwa Maltija – materjal awdjoviżiv bil-Lingwa Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-iżvilupp tal-materjal awdjoviżiv bil-Lingwa Maltija biex jistimula l-qari u t-tagħlim tal-Lingwa Maltija online skont kif imħabbar fil-klawsola 215 mill-Manifest Elettorali tal-2022 tal-Partit Laburista?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu tas-sena l-oħra, s’issa, inħolqu 19-il riżorsa awdjoviżiva għall-qari u t-tagħlim tal-lingwa Maltija.

Naxxar – Higher Secondary School – spazju miftuħ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet ta’ spazju miftuħ ġdid fil-Higher Secondary School fin-Naxxar li jinkludu faċilitajiet sportivi ġodda kif ukoll parkeġġ skont kif imħabbar fil-klawsola 238 mill-Manifest Elettorali tal-2022 tal-Partit Laburista?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-post imsemmi beda.

Skejjel – studenti fil-programm tas-CCP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ikunu assessjati studenti fir-rotta/programm tal-Core Curriculum Programme (CCP) fl-aħħar tas-sena? Jekk huma eżentati mill-eżamijiet, jista’ jgħid għaliex huma mitlubin jidħlu għas-sessjonijiet tal-eżamijiet? Xi jkunu qegħdin jagħmlu waqt din is-sessjoni tal-eżami?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li studenti tas-seba’ u t-tmien sena ma jkollhomx eżami summattiv fis-suġġetti CCP (Malti, Ingliż, Matematika, Reliġjon/ Etika u ICT). F’dan il-każ, l-għalliema tas-suġġett jagħtu task biex tinħadem waqt li studenti oħrajn ikunu qed jagħmlu l-eżami annwali. Dan ifisser li studenti CCP ikunu dejjem assessjati b’mod kontinwu u mhux b’eżami summattiv. Sas-sena l-oħra (2021/22), studenti tad-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il sena kien ikollhom eżami annwali tal-kitba fil-Malti, Ingliż, Matematika, Reliġjon u ICT. Fil-każ tar-Reliġjon/Etika, Ġografija, Storja, Studji Soċjali l-eżami jkun orali biss. Minn din is-sena skolastika (2022/23) studenti tad-disa’ sena mhux se jkollhom eżami annwali imma ser isegwu l-istess proċedura tas-seba’ u t-tmien sena tas-Sekondarja.

Skejjel – suġġett tal-Isports Career Developing Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-programm Sports Career Developing Programme (SCDP)? Jista’ jgħid x’joffri dan is-suġġett u kif ikunu magħżulin dawn l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett imsemmi huwa programm li tnieda ħames snin ilu bl-għan li jgħin lil dawk l-istudenti li jixtiequ jimirħu f’karriera sportiva. L-istudenti jingħataw taħriġ f’diversi oqsma sportivi oħra, fosthom: First Aid, Sports Media, Sports Photography, Anti-Doping Education u Nutrizzjoni. L-istudenti jiġu magħżulin permezz t’Assessjar Prattiku li jsir bejn is-sitt u s-seba’ sena jew bejn it-tmien u d-disa’ sena.

Sena skolastika 2022/23 – studenti li jagħmlu parti mill-SCDP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha studenti fil-preżent is-sena skolastika 2022/23 li jifformaw parti mill- iSports Career Developing Programme (SCDP)? Jista’, jekk jogħġbu, jaqsam l-istatistika skont is-sena akkademika e.ż. Year 7, Year 8, Year 9, eċċ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Year 7 Year 8 Year 9 Year 10 Year 11 Numru ta’ studenti 305 197 92 76 51

Skejjel – lezzjonijiet tal-SCDP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lezzjoni ta’ Sports Career Developing Programme (SCDP) ikunu offruti l-istudenti kull ġimgħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiġu offruti 4 lezzjonijiet fil-ġimgħa, apparti l-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika.

Skejjel – suġġetti li ma jattendux l-istudenti biex jattendu l-SCDP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi suġġetti li l-istudenti ma jattendux biex jattendu l-iSports Career Developing Programme (SCDP)? Jekk hemm, liema huma dawn is-suġġetti li jitneħħew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-seba’ u t-tmien sena, is-suġġett imsemmi jista’ jintgħażel minflok l-Arti, il-Mużika, il-Home Economics jew id-Design & Technology, bl-approvazzjoni tal-ġenituri jew kustodji. Filwaqt li mid-disa’ sal-ħdax-il sena, is-suġġett imsemmi jista’ jintgħażel bħala option minn lista ta’ madwar 40 suġġett.

Skejjel – dixxiplini sportivi li jiġu mgħallma waqt l-SCDP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema tipi ta’ dixxiplini sportivi jiġu mgħallma jew offruti waqt l-iSports Career Developing Programme (SCDP)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dixxiplini sportivi mgħallma waqt is-suġġet msemmi huma; Atletika, Basketball, Football, Għawm, Sparar, Judo, Żfin, Ġinnastika u Hockey.

Imtarfa — Skola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Iskola Primarja tal-Imtarfa? Hemm pjanijiet biex jiġu rranġati l-ħsarat, u jekk iva, meta se jibda x-xogħol u sa meta huwa maħsub li jitlesta? Hemm indikazzjoni dwar jekk din l-iskola hux se tkun tista’ terġa’ tibda tilqa’ l-istudenti li bħalissa qed ikollhom jattendu skejjel fi rħula oħrajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6580.

Higher Secondary School – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Higher Secondary School u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Higher Secondary School – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – safar mill-Prinċipal

Question

Jista’ l-Ministru jelenka: (a) lista ta’ safar li sar mill-Prinċipal tal-MCAST matul dawn l-aħħar tliet snin; (b) meta kien dan is-safar; (ċ) kemm sewa flus; (d) għal liema raġunijiet sar dan is-safar; u (e) min kienu n-nies li attendew miegħu u xi rwoli għandhom fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Destinazzjoni Dati tas-safar Valur Totali Informazzjoni addizzjonali Dubai 12/12/2021 – 17/12/2021 €2,230 Expo 2020 Dubai. Il-Prinċipal attenda din l-expo flimkien mad-Deputy Principal Business Development and Communications. L-iskop ta’ din is-safra kien sabiex il-Prinċipal jindirizza numru ta’ seminars sabiex jippromwovu lill-MCAST u lil Malta bħala destinazzjoni għall-programmi ta’ taħriġ ta’ edukazzjoni vokazzjonali. Finland 25/10/2022 – 30/10/2022 €1,667 EfVET Annual Conference 2022. Il-Prinċipal serva bħala chairman ta’ din il-konferenza annwali.

Università – safar mir-Rettur

Question

Jista’ l-Ministru jelenka: (a) lista ta’ safar li sar mir-Rettur tal-Università matul dawn l-aħħar tliet snin; (b) meta kien dan is-safar; (ċ) kemm sewa flus; (d) għal liema raġunijiet sar dan is-safar; u (e) min kienu n-nies li attendew miegħu u xi rwoli għandhom fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università ta’ Malta – għoti ta’ fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ħadet fondi Ewropej l-Università ta’ Malta, sena b’sena mill-2013 sal-2022, u jgħid ukoll kemm hu proġettat li tieħu (għal kull sena) mill-2023 sal-2030?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – għoti ta’ fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ħa fondi Ewropej l-MCAST, sena b’sena mill-2013 sal-2022, u kemm hu proġettat li jieħu (għal kull sena) mill-2023 sal-2030?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 l-MCAST ibbenefikaw total ta’ €51,467,751.96 minn fondi Ewropej.

Skejjel tal-Gvern – miżuri dwar studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu fl-iskejjel tal-Gvern f'kull livell fejn hemm numru sostanzjali ta' studenti li mhumiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.