Legislature:
Category:
Reset
Active:

CBD/Kannabis - Marketing - Restrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta’ prodotti relatati mas-CBD/kannabis, inklużi immaġini u kwalunkwe “health claims”? Jista’ jgħid ukoll liema entità tinvestiga u tissanzjona ksur?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, dawn huma pprojibiti milli jagħmlu kwalunkwe forma ta’ riklamar, inkluż online.  L-istess assoċjazzjonijiet huma wkoll ipprojibiti milli jindikaw li l-prodotti tagħhom jistgħu ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa, u l-prodotti jiġu mqassma f’pakketti koperti b’tikketta uniformi maħruġa mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

CBD/THC - Prodotti - Irtirar mis-suq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li biha jinbeda u jiġi kkomunikat irtirar mis-suq (recall) ta’ prodotti tas-CBD/THC meta jkun hemm riskju għas-saħħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll kemm seħħew recalls jew interventi simili fl-aħħar sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, f’każ li lott ta’ prodott ma jilħaqx ir-rekwiżiti meħtieġa, tali lott ma jinħariġx fis-suq.  Barra minn hekk, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis tagħmel ukoll verifiki għall-għarrieda sabiex tiżgura li l-prodotti mqassma huma verament konformi mar-rekwiżiti u mar-riżultat tat-testijiet fil-laboratorju. Infurmat ukoll illi sal-ġurnata tal-lum ma nstabet l-ebda diskrepanza bejn ir-riżultat tal-prodotti miksuba għall-għarrieda u r-riżultati maħruġa qabel ir-rilaxx tal-prodott u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ ebda recall jew intervent simili.

CBD/THC - Prodotti - Rekwiżiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti obbligatorji ta’ sigurtà għal prodotti li jkun fihom CBD/THC mqiegħda fis-suq Malti, inklużi limiti għal kontaminanti bħal metalli tqal, pestiċidi, residwi ta’ solventi u kontaminanti oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, isiru testijiet xjentifiċi fir-rigward ta’: - Micro-organism analytes - Bacteria, yeast and mould - Trace / Heavy metal analytes - Filth and foreign material - Water activity and moisture content

CBD/THC - Prodotti - Verifikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-metodoloġija/standards ta’ ttestjar li huma meħtieġa biex jiġi vverifikat il-kontenut ta’ CBD u THC f’dawn il-prodotti? Jista’ jgħid ukoll min huma l-awtoritajiet jew laboratorji rikonoxxuti għal dan l-iskop?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, l-ittestjar isir f’laboratorju akkreditat bl-istandards GMP jew ISO/EC 17025.

Żieda fil-kera – Eleġibilità għas-sussidju

Question

Fid-dawl taż-żieda fil-kera, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk persuna tridx jgħaddi minn test tal-mezzi (means test) biex tkun eleġibbli għall-iskema li permezz tagħha l-gvern jissussidja lil persuni li qiegħdin f’kirja privata (id-differenza fil-kera mitluba), u jekk iva, x’inhuma l-kriterji għall-eliġibilità?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema linji gwida ġew segwiti mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fir-rigward tal-iffissar ta’ penalitajiet finanzjarji qabel il-ħruġ tad-dokument intitolat ‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’, datat is-6 ta’ Frar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi l-linji gwida li ġew segwiti mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fir-rigward tal-iffissar ta’ penalitajiet finanzjarji qabel il-ħruġ tad-dokument intitolat ‘Methodology for determining the penalty amount: Guidelines of the Office for Competition’, datat is-6 ta’ Frar 2026 huma l-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi intitolat ‘European Commission Guidelines on the method of setting fines imposed pursuant to Articles 23(2)(a) of Regulation No 1/2003’.

Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34637, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34636, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429 u 34634 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

CBD/THC - Prodotti - Limiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk Malta tapplikax limiti massimi ta’ THC (inkluż “trace THC”) għal prodotti tas-CBD li jinbiegħu lill-pubbliku, u jekk iva, jista’ jindika x’inhuma dawn il-limiti skont il-kategorija tal-prodott?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant  għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija  Parlamentari numru 34768.

CBD/THC - Prodotti - Klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif skont il-liġijiet u r-regolamenti Maltin, jiġu kklassifikati prodotti li jkun fihom CBD u/jew THC (inkluż jekk jitqisux bħala mediċina, prodott kożmetiku, ikel/“novel food”, suppliment, prodott tal-vape jew prodott ieħor għall-konsumatur) u liema strumenti legali/linji gwida japplikaw għal kull kategorija?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi prodotti hekk imsejħa CBD huma prodotti li jkun fihom inqas minn 0.2% THC u għalhekk m’humiex meqjusa bħala droga narkotika skond deċiżjoni tal- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.  B’rispett lejn tali deċiżjoni, il-liġi ta’ Malta ġiet emendata fl-2021 sabiex tirifletti tali deċiżjoni. Dawn il-prodotti ma jaqgħu taħt l-ebda kategorija speċifika iżda huma suġġetti għal kwalunkwe liġijiet oħra li jkunu applikabbli.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ufficcju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet - Konsultazzjoni Pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sottomissjonijiet fir-rigward tal-Konsultazzjoni Pubblika biex jiġu emendati r-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet li saret flimkien mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk kien hemm, minn min saru s-sottomissjonijiet u x’kienu l-proposti fis-sustanza tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika biex jiġu emendati r-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet ġew riċevuti numru ta’ sottomomissjonijiet mingħand ditti legali, avukat, awtorità regolatorja, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-intrapriżi u espert fil-qasam kummerċjali. Dawn is-sottomissjonijiet indirizzaw numru ta’ punti, fosthom biex jiġu riveduti t-thresholds li ġew proposti, l-introduzzjoni ta’ salvagwardji rigward is-setgħa l-ġdida proposta magħrufa bħala call-in, kwistjonijiet ta’ ċertezza legali, konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji settorjali, sospensjoni tal-limiti ta’ żmien, livelli ta’ penali, il-proporzjonalità tal-ħlasijiet u l-ħtieġa għal aktar ċarezza f’diversi aspetti tal-formoli ta’ notifika.

MCCAA - Avukati impjegati full-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm avukati impjegati full-time mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u kif inhuma maqsuma skont id-diversi direttorati fi ħdan l-istess MCCAA?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif diga nfurmajt lill-Onor Interpellant fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari nru 29084, fl-MCCAA hemm 11 il-avukat li jagħmlu xogħol legali. Ninsab infurmat li minn dawn tlieta jaħdmu fl- Uffiċċju tal-Konsumatur, erbgħa mal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u erbgħa huma fi ħdan l-amministrazzjoni.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143 u 34290 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

AUM – Jedd fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Belt Valletta - Viżjoni 2050 - Rendikont

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġiet tiswa l-istruttura u l-esebizzjoni dwar il-Viżjoni 2050, liema struttura tinsab viċin il-Funtana tat-Tritoni? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-kuntratt ingħatax wara sejħa pubblika jew b’direct order u jekk ingħata b’direct order, fuq liema merti ngħata l-kuntratt?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 34206 u 34379.