Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija biex persuni jidħlu fi djar tal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx żmien medju ta’ stennija stabbilit għad-dħul fi djar tal-anzjani, peress li dan jiddependi minn diversi fatturi u għaldaqstant iż-żmien ivarja bejn każ u ieħor.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-preżent hemm 68 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 6,509 impjegati li għandhom ċertifikazzjoni fil-Basic u Advanced Life Support, filwaqt li hemm 305 impjegati li huma First Aiders.
Professjonisti tal-Allied Health – Interviews/ingaġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta bdew jew huwa ppjanat li jibdew l-impjieg tagħhom dawk l-applikanti minn professjonijiet differenti tal-Allied Health li għamlu l-interview f’April 2026? Jista’ jgħid ukoll għaliex din is-sena dawn l-interviews saru fix-xahar ta’ April meta fis-snin preċedenti kienu normalment isiru madwar Awwissu, partikolarment fid-dawl tal-fatt li għaddew diversi xhur minn meta saru l-interviews u l-applikanti għadhom ma ġewx infurmati meta se jibdew jaħdmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sejħiet għall-karigi ta’ Allied Health Professionals ippubblikati f’April 2026, u l-istat attwali tagħhom, huma dawn:
Sejħa
Stat attwali
Allied Health Professional (Dental Hygiene)
Għadha pendenti l-allokazzjoni tal-kandidati
Allied Health Professional (Physiotherapy)
Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM
Allied Health Professional (Occupational Therapy)
Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM
Allied Health Professional (Speech and Language Therapy)
Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM
Allied Health Professional (Podiatry)
Qed tistenna konferma tar-reġistrazzjoni mir-Reġistratur tas-CPCM
Allied Health Professional (Radiography)
Kandidat wieħed beda jaħdem; tnejn għandhom eżamijiet ta’ ripetizzjoni; u tnejn qed jistennew l-allokazzjoni tagħhom
*CPCM huwa l-Council for the Professions Complementary to Medicine. Wara li l-persuni kkonċernati jirċievu konferma mir-Reġistratur tas-CPCM li ġew irreġistrati, dawn ikunu jistgħu jiġu appuntati.
Dawn is-sejħiet ġew ippubblikati f’April minflok f’Awwissu, kif kien isir fis-snin preċedenti, sabiex il-proċess ta’ reklutaġġ jibda aktar kmieni. Dan iqiegħed lill-Ministeru f’pożizzjoni aħjar biex jattira kandidati qabel ma jaċċettaw opportunitajiet oħra ta’ impjieg, u jagħti aktar żmien biex jitlestew il-proċessi ta’ reġistrazzjoni, għażla u allokazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu pilloli ġodda fuq il-Formolarju tal-Gvern mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 210 prodotti mediċinali li ddaħlu fuq il-Formolarju tal-Gvern mill-2013 sal-aħħar ta’ Awwissu 2026. Ta’ min jinnota li dawn mhumiex biss pilloli, iżda jinkludu wkoll mediċini, dożaggi u forom varji. L-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Prodotti Medicinali
2013
15
2014
18
2015
11
2016
7
2017
10
2018
3
2019
3
2020
31
2021
15
2022
7
2023
17
2024
20
2025
23
2026 (sal-aħħar ta’ Awwissu)
30
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nuqqas ta’ ħaddiema fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista’ jgħid ukoll f’liema skala huma?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħtiġijiet ta’ riżorsi umani fis-settur tas-saħħa huma ta’ natura dinamika u jinbidlu kontinwament skont l-eżiġenzi tas-servizz, il-moviment tal-ħaddiema u l-introduzzjoni jew l-estensjoni ta’ servizzi ġodda.
Il-Ministeru jwettaq eżerċizzji regolari ta’ ppjanar tar-riżorsi umani mal-entitajiet rispettivi u, fejn jiġu identifikati ħtiġijiet, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jimtlew il-pożizzjonijiet meqjusa neċessarji, skont il-prijoritajiet tas-servizz u l-approvazzjonijiet applikabbli. Fil-fatt, diversi proċessi ta’ reklutaġġ jinsabu għaddejjin kontinwament sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tas-saħħa jibqgħu jingħataw b’mod effettiv u sostenibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa b'mod globali? Jista’ jgħid ukoll f’liema professjoni jew servizz qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 12,170 ħaddiem jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, li minnhom 11,930 huma impjegati fis-Servizz Pubbliku u 240 fis-Settur Pubbliku. Fost dawn, 4,381 huma fil-Gradi tal-Infermiera u l-Qwiebel, 1,987 fil-Professjoni Medika, u 1,494 fil-Professjonijiet tas-Saħħa Alleati. Il-bqija tal-ħaddiema huma mqassma fost diversi professjonijiet u servizzi oħra, fosthom il-Klassi tal-Ħaddiema tas-Saħħa, is-Servizz Ġenerali u Amministrattiv, il-Gradi Industrijali u Superviżorji, il-Klassi Maniġerjali, il-Gradi Tekniċi, il-Klassi tal-Ispiżjara, il-Ħaddiema Soċjali, il-Psikologi, is-Servizzi ta’ Sigurtà u r-Responders tal-Ambulanza tal-Emerġenza, fost oħrajn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm żaru pazjenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran minn mindu beda jopera sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm kliniċi joperaw bħalissa f’dan iċ-ċentru, liema huma u jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu iktar servizzi f’dan iċ-ċentru fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn meta beda jopera ċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran f’Ottubru 2025, ġew irreġistrati total ta’ 233,348 pazjent li bbenefikaw mis-servizzi offruti miċ-Ċentru.
Bħalissa, fiċ-Ċentru qed joperaw 60 servizz. Dawn jinkludu:
Acute Medicine
Anticoagulation Clinic (ACC)
Audiology
Biliary and Pancreatic Clinic
Bone Density
Cardiac Holter Monitoring
Cardiac Outpatients
Clinical Medical Physiology (ECG)
Diabetic Retinopathy Clinic
Dietetics Outpatients
Dietitian
Ear Irrigation
Gastroenterology
General Surgery Outpatient
General Ultrasound Clinic
Glaucoma Screening
GP Diabetic Clinic
GP Treatment Room / Walk-in Service / GP clinic by appointment
Gynae Cervical Cancer Screening
Gynae Oncology
Gynae Outpatients -MDH
Gynae Ultrasound
Gynae Well-Women
HPDP – Smoke Cessation Classes
Insulin Pump Clinic
Lipid Clinic
Medical Consultant Clinic
National Immunisation Clinic
Neurodevelopmental Paediatric Clinic
Neurology Outpatients
Nurse Treatment Room
Nutritionist / nutrition classes
Obesity Clinic
Oesophageal Manometry
Oncology Outpatient Clinic
Oncology Outreach
Oncology Survivorship Clinic
Optometry Screening
Orthopaedic Outpatients
Orthotics and Prosthetics unit (OPU)
Pacemaker Clinic
Pain Clinic
Parent Craft lectures
Perinatal Mental Health Services
Pharmacy
PHC -Phlebotomy Clinic
Physiotherapy
Plastic Surgery Outpatient
Podiatry Clinics
Psychologist
Respiratory Clinic
Rheumatology Clinic
Speech and Language Therapy
Theatre- Minor operation under local anaesthesia
Theatre – Ophthalmic minor operations
Theatre – Pain/rheumatology surgical procedures
Tissue Viability & Wound Management
Vascular Outpatients/ Ultrasound
Well-Baby Clinic
X-ray
Is-servizzi fiċ-Ċentru qed ikomplu jiżviluppaw b’mod gradwali, bil-għan li tiġi offruta firxa dejjem aktar wiesgħa ta’ servizzi fil-komunità.
Fir-rigward tal-iżvilupp futur tas-servizzi, hemm pjanijiet sabiex fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin jiġu introdotti
11-il servizz ġdid
, fosthom:
Anorectal Manometry
CT Scanner
Dermatology Outpatients Clinic/ Minor procedure clinic
Endoscopy Theatres
Gynae Colposcopy Clinic
MITU
Musculoskeletal Clinic
Oncology Haematology Clinic
Ophthalmic Laser Clinic
Paediatric Gastrointestinal Health
Urology Outpatient
Dawn l-iżviluppi huma parti mill-pjan kontinwu sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran ikompli jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa fil-komunità, joffri aktar kura qrib id-dar tal-pazjent u jikkontribwixxi sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei.
Aktar servizzi se jkunu qed jiġu introdotti skont il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-popolazzjoni u r-rieda operattiva. Barra minn hekk, qed jiġu ppjanati żviluppi fuq medda twila ta’ żmien għall-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda, bil-għan li ċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran ikompli jespandi l-firxa ta’ servizzi tas-saħħa offruti lill-komunità u jkompli jsaħħaħ l-aċċess għal kura speċjalizzata u integrata qrib id-dar tal-pazjent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1150 u 1702 u jgħid kemm irriżenjaw tobba, infermiera, Allied Health Professionals (AHP) f'kull grad, mis-settur pubbliku bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-tminn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-saħħa ma kien hemm l-ebda terminazzjoni ta’ tobba, infermiera u Allied Health Professionals bejn Jannar u Settembru 2026.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1142 u 1450 u jgħid kemm-il persuna ġiet ingaġġata mas-settur pubbliku fil-qasam tas-saħħa bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-tminn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-saħħa kien hemm 46 inġagg u 30 terminazzjoni bejn Jannar u Settembru 2026.
L-Isptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – Pazjenti mingħajr EHIC
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi segwita fil-każ ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jattendu d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mingħajr il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC/E-111)? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn jiġux iċċarġjati għas-servizzi mogħtija, u jekk iva, b’liema tariffi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta ċittadini tal-Unjoni Ewropea jattendu d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mingħajr l-EHIC, dawn jistgħu iħallsu u jiġu rimborżati minn pajjiżhom meta jmorru lura u jippreżentaw l-irċevuti oriġinali, jew jintalab Ċertifikat Proviżorju lill-istituzzjoni kompetenti fejn ikun inxurjat iċ-ċittadin mill-Entitlement Unit.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-pussess tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC/E-111) li, wara li jattendi d-Dipartiment tal-Emerġenza, ikollu bżonn ammissjoni bħala pazjent residenti (inpatient) jew proċeduri mediċi jew kirurġiċi, jibqax intitolat għal servizz bla ħlas? Jekk le, jista' jgħid jekk dan il-pazjent jiġix iċċarġjat mill-isptar għal dawn is-servizzi u b’liema tariffi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-EHIC tkopri kura medika urġenti li ma tkunx ippjanata waqt żjara temporarja skont dak li jiddeċiedi t-tabib mediku responsabbli għall-kura tal-pazjent.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-proċedura li tintuża mill-Isptar Mater Dei u mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jintalab u jinġabar rimbors mill-pajjiż tal-oriġini ta' ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jattendi d-Dipartiment tal-Emerġenza u li jkun fil-pussess tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC/E-111)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-proċedura hija bbażata fuq dak li hu stabbilit fir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
L-Isptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – Attendenzi – EHIC
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm minn dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li attendew id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei matul l-aħħar sitt xhur, kienu fil-pussess tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC, li ħadet post il-formola E-111)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul il-perjodu Marzu – Awwissu 2026, in-numru ta’ pazjenti rreġistrati bl-użu tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) ġewwa l-Isptar Mater Dei kien kif ġej:
Xahar Numru
Marzu 433
April 472
Mejju 591
Ġunju 704
Lulju 963
Awwissu 1040
L-Isptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – Attendenzi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna li mhijiex ċittadina Maltija attendiet id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei matul l-aħħar sitt xhur, maqsuma bejn ċittadini ta' pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi (non-EU)?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura permezz tas-sistema administrattiva tal-Isptar Mater Dei, n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza minn April sa Settembru 2026 jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Number of Registered A&E Attendances
Hospital identification/ID card letter
April to September 2026 (provisional)
Maltese & Gozitan (M,L,P, G, H)
57684
Non-Maltese Residents and Registered EU Nationals (A)
13752
Foreigners and non-registered EU Nationals (F)
7634
New Born/Children (C)
350
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proġett biex jinfetaħ is-Psychiatric Unit fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx identifikati infermiera speċjalizzati fil-qasam tas-saħħa mentali sabiex imexxu dan il-unit, u jekk iva, x’taħriġ ingħataw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unit tal-Psikjatrija se tiftaħ bħala parti mill-proġett tal-espansjoni tal-Emerġenza fi ħdan l-Isptar Mater Dei, liema proġett inbeda x-xogħol fuqu f’ Awwissu li għadda. Infurmat li ġew identifikati numru ta’ nfermiera biex jaħdmu fis-sala Psychiatric Unit fl-Isptar Mater Dei. L-infermiera huma speċjalizzati fil-psikjatrija u mħarrġa fl-isptar Monte Karmeli, u għandhom esperjenza ta’ xogħol fis-swali varji fosthom fis-swali tal-Admissions tal-Isptar Monte Karmeli. L-infermiera li jaħdmu Monte Karmeli għandhom esperjenza vasta tax-xogħol fil-psikjatrija.