Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20915.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27131 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Xatt tax-Xgħajra – Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’manutenzjoni ser tittieħed fir-rigward ix-Xatt tax-Xgħajra u b’liema passi se jittieħdu, issa li ġej is-sajf?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Lukandi/stabbilimenti turistiċi – Fondi miġbura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienu l-fondi miġbura kull sena, minn meta ddaħħlet il-miżura ta’ ħlas ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl ta’ rqad fi stabbilimenti turistiċi? Jista’ jgħid minn liema lokalitajiet inġabru dawn il-fondi u jaqsam din l-informazzjoni sena sena u lokalità lokalità? Jista’ jgħid ukoll fiex intefqu dawn l-istess flus hekk miġbura?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministeru kkonċernat, nirreferiha wkoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 20649.

MTA — Lukandi - Applikazzjonijiet għal estensjonijiet jew lukandi ġodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda ġewwa Għawdex u f’liema lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi bħalissa hemm applikazzjoni waħda għal lukanda ġewwa l-Munxar u erba’ applikazzjonijiet għal guest houses - tnejn fix-Xagħra u tnejn fir-Rabat (Victoria).

MCC — CEO

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27098 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO tad-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju tiegħu u x'inhuma l-perkaċċi u kemm jammontaw f'termini ta’ flus fis-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn – Bajja ta’ San Tumas — Manutenzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’manutenzjoni ser ttieħed fir-rigward tal-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn u b’liema passi, issa li ġej is-sajf?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu -  Gazzetta tal-Gvern — Avviżi pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tad-Deputat Prim Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (BORG, IAN)

L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Il-Mellieħa — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27176 - Mellieħa Liċenzji Attivi Propjetajiet Kmamar Sodod Lukandi 10 2404 4871 Guest Houses 4 39 74 Hostels 1 16 27 Holiday Furnished Premises 360 807 1537 Host Families 35 60 106 Applikazzjonijiet Lukandi 0 Guest Houses 0 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 26 54 72 Host Families 5 7 12

In-Naxxar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità tan-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità tan-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27177 - Naxxar Liċenzji Attivi Propjetajiet Kmamar Sodod Lukandi 0 Guest Houses 6 82 168 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 37 90 169 Host Families 54 79 154 Applikazzjonijiet Lukandi 0 Guest Houses 0 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 3 6 6 Host Families 1 1 1

San Ġiljan — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità ta’ San Ġiljan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27178 - San Ġiljan Liċenzji Attivi Propjetajiet Kmamar Sodod Lukandi 51 6562 13215 Guest Houses 16 245 488 Hostels 9 104 490 Holiday Furnished Premises 750 1393 2699 Host Families 83 136 235 Applikazzjonijiet Lukandi 2 151 300 Guest Houses 1 12 24 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 96 168 217 Host Families 4 6 12

Tas-Sliema — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti dettalji ta’ kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità ta’ Tas-Sliema? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità ta’ Tas-Sliema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena pero’ wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27179 - Sliema Liċenzji Attivi Propjetajiet Kmamar Sodod Lukandi 23 2274 4632 Guest Houses 27 415 855 Hostels 9 91 337 Holiday Furnished Premises 780 1699 3172 Host Families 118 214 358 Applikazzjonijiet Lukandi 0 Guest Houses 2 19 38 Hostels 1 9 14 Holiday Furnished Premises 74 151 224 Host Families 2 2 3

Wied il-Għajn — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti dettalji ta’ kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità ta’ Wied il-Għajn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27180 - Wied il Ghajn Liċenzji Attivi Propjetajiet Kmamar Sodod Lukandi 4 125 296 Guest Houses 4 54 103 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 247 582 1096 Host Families 24 36 64 Applikazzjonijiet Lukandi 0 Guest Houses 0 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 14 25 33 Host Families 0

Il-Belt Valletta — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti dettalji ta’ kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż B&Bs) matul din is-sena, fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal lokalità tal-Belt Valletta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27181 - Il-Belt Valletta Liċenzji Attivi Propjetajiet Kmamar Sodod Lukandi 14 486 975 Guest Houses 35 417 834 Hostels 2 10 32 Holiday Furnished Premises 464 653 1149 Host Families 23 52 81 Applikazzjonijiet Lukandi 0 Guest Houses 3 23 45 Hostels 0 Holiday Furnished Premises 35 57 86 Host Families 1 4 4

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Vjaġġi uffiċjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid: (a) F'liema vjaġġi d-Deputat Prim Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom? (b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ? (ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tad-Deputat Prim Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? (d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tad-Deputat Prim Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 23558, fejn spjegajtlu diġà illi l-arranġamenti ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies, ninfurmah li l-uniċi drabi li kont akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħi kien meta l-parteċipazzjoni tagħhom kien fl-interess pubbliku u fuq stediniet uffiċċjali. Dan skont kif stabbilit fil-Manwal ta’ Proċedura tal-Kabinett li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Kalkara – Bajja tar-Rinella — Manutenzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’manutenzjoni ser ssir fir-rigward tal-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara u b’liema passi, issa li ġej is-sajf?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt Valletta — Lukandi u guest houses - Tourist beds

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tourist beds li hemm irreġistrati l-Belt Valletta, f'lukandi, guest houses u binjiet oħra li jintużaw bħala residenza turistika u f’kull każ jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tal-akkomodazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' tourist beds li hemm irreġistrati l-Belt Valletta, f'lukandi, guest houses u binjiet oħra li jintużaw bħala residenza turistika huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt: Sodod - Valletta PQ 27094 Total ta’ Propjetajiet Total ta’ Kmamar Total ta’ Sodod Lukandi 14 486 975 Guest Houses 35 417 834 Hostels 2 10 32 Holiday Furnished Premises 464 653 1149 Host Families 23 52 81

San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27175 - San Pawl il-Baħar Liċenzji AttiviPropjetajietKmamarSodod Lukandi38576512152 Guest Houses10141316 Hostels 0 Holiday Furnished Premises85416903268 Host Families93143254 Applikazzjonijiet Lukandi0 Guest Houses0 Hostels 0 Holiday Furnished Premises90173204 Host Families6810