B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35253, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward tax-xogħlijiet mill-Kunsill tal-Imqabba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Infurmat mill-Kunsill Lokali li dan ix-xogħol ingħata permezz ta’ tender.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35253, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward tax-xogħlijiet mill-Kunsill taż-Żurrieq ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Infurmat mill-kunsill lokali li dan ix-xogħol ingħata permezz ta’ tender.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35253, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward tax-xogħlijiet mill-Kunsill ta' Ħal Kirkop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Infurmat mill-kunsill lokali li dan ix-xogħol kollu jingħata b’tender.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li bejn Jannar 2012 sal-lum weħlu xi multa/penali ta’ kull xorta mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali ? Jekk fl-affermattiv, min huma l-kunsilli lokali, x'inhu l-ammont ta' kull multa u x'inhuma r-raġunijiet għall-istess multa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minħabba li kien hemm diversi ilmenti dwar l-ikel mogħti lill-priġunieri, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għall-għarrieda mill-ispetturi tas-saħħa fil-ħabs? X’kien ir-riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin saru spezzjonjiet għal għarrieda mill-Ispetturi tas-Saħħa fil-kċina ta’ Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bir-riżultati li jidhru hawn taħt:
1. 2.7.2009 - Grade D;
2. 10.7.2010 – Grade C;
3. 14.4.2011 – Grade D;
4. 21.10.2011 – Grade D;
5. 25.6.2012 – Grade C.
Infurmat ukoll li fil-biċċa l-kbira l-ilmenti dwar l-ikel minn ċertu priġunieri kienu aktar dwar palat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-kunsilli lokali bħala gvern lokali sostnuti u ffinanzjati minn fondi pubbliċi;
a) humhiex obbligati fit-termini tal-liġi tal-kunsilli u/jew tar-regolamenti finanzjarji li jżommu inventarju tal-oġġetti permanenti li jippossedu, bħal
computers
, makkinarju, għamara, affarijiet elettroniċi eċċ.;
b) jekk oġġetti ta’ natura permanenti li jingħataw lill-istess kunsilli f'forma ta’ donazzjoni jew
sponsorships
għandhomx ikunu wkoll inkluż fl-imsemmi inventarju;
ċ) jekk teżistix proċedura li permezz tagħha oġġetti ta’ natura permanenti li jippossedu l-kunsilli, mixtrija jew mogħtija lilhom taħt forma ta’ donazzjoni jew
sponsorship
ma jibqgħux aktar tajbin għall-użu, jinqatgħux mill-istess inventarju; u
d) jikkonfermax li responsabbli għal dan huma s-sindki u s-segretarji eżekuttivi? Jekk le, min hu responsabbli li jsegwi din il-proċedura.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), A.L. 155 tal-1993, (Regolament 39) “Is-Segretarju għandu joħloq, iżomm u jikkontrolla nventarju preċiż u aġġornat tal-beni u ta’ l-istokkijiet tal-Kunsill.” Ir-Regolamenti ma jispeċifikawx dwar dak li l-Onor. Interpellant sejjaħ “oġġetti ta’ natura permanenti li jingħataw lill-istess Kunsilli f’forma ta’ donazzjoni jew sponsorships”. Madankollu, ġa la darba tali oġġetti jsiru parti mill-beni u l-ħażniet tal-Kunsill, ir-Regolament 39 li semmejt japplika għalihom ukoll.
Għaldaqstant, kemm il-darba tali oġġetti jsiru parti mill-beni u l-ħażniet tal-Kunsill, f’każ li ma jibqgħux tajbin għall-użu japplika Regolament 41 (6) u (7) tal-istess Regolamenti Finanzjarji li semmejt. Dan jistipola li “Materjal, beni, stokkijiet jew tagħmir li ma jibqgħux tajbin għall-użu għandhom jitneħħew b’offerta kompetittiva, b’irkant pubbliku jew b’xi mezz ieħor approvat mill-Kunsill, u jinqatgħu mill-kontijiet tal-Kunsill” u “Is-Segretarju għandu jgħarraf lill-Kunsill b’kull tneħħija” Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), A.L. 155 tal-1993 41 (6) u (7).
Finalment is-Segretarju Eżekuttiv huwa l-uffiċċjal responsabbli mill-inventarju.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34694, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jinxtara l-apparat electronic tagging billi dan l-apparat jista’ jiġi introdott taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jippermetti li meta priġunier jingħata l-parole, il-Bord tal-Parole jista’ jimponi kundizzjonijiet li huwa jqis xierqa, u dawn jistgħu jinkludu l-moniteraġġ elettroniku, iżda dan il-moniteraġġ mhuwiex prerekwiżit sabiex jaħdem l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
F’dan ir-rigward wieħed irid ifakkar li l-Att msemmi jistabilixxi forom oħra ta’ moniteraġġ, jiġifieri li monitraġġ li jsir mill-Parole Officer inkarigat minn kull persuna li se tingħata il-parole u dan jibqa’ essenzjali, irrespettivament minn jekk priġunier ikunx suġġett għall-moniteraġġ elettroniku jew le. Il-moniteraġġ elettroniku huwa għodda siewja, iżda fil-kuntest tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, ta’ natura supplimentari.
Fil-kuntest preżenti qegħda tingħata prijorita’ għal aktar tisħieħ fl-ambitu tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll tad-Dipartiment għall-Parole u Probation. Għaldaqstant huwa prematur li wieħed jagħti dati preċiżi għax-xiri ta’ sistema ta’ moniteraġġ elettroniku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fl-aħħar ħames snin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment lill-ulied jew lill-konjugi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi f dawn l-aħħar ħames snin il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korretiva għax ma ħallsux il-manteniment huwa kif indikat hawn:
2008 8
2009 5
2010 27
2011 8
2012 3
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35048, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm mid-69 persuna li weħlu sentenza ta’ prigunerija, sentenza ta’ priġunerija sospiża, probation, liberazzjoni kondizzjonata u kondizzjoni ta’ attendenza għal kura psikoloġika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi b’żieda mat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35048, ninsab infurmat illi mid-69 persuna li ġew imressqa l-Qorti b’konnessjoni ma’ pornografija tat-tfal, matul dawn l-aħħar disa’ snin, kien hemm 49 persuna li kellhom il-kaz tagħhom deċiż. Il-pieni mogħtija kienu kif ġej:
Sentenza ta’ priġunerija
1
Sentenza ta’ priġunerija sospiża
9
Sentenza ta’ priġunerija sospiża u multa
5
Sentenza ta’ priġunerija sospiża u ordni ta’ superviżjoni
6
Sentenza ta’ priġunerija sospiża u attendenza għal kura psikoloġika
15
Probation
5
Probation
u trattament
2
Multa
5
Liberazzjoni kundizzjonata
1
San Pawl il-Baħar — talbiet pendenti quddiem kunsill lokali rigward reserved parking bays
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba għamel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jitneħħew sinjali ta' reserved parking u fl-istess perjodu kemm-il talba għamel biex jinżebgħu reserved parking bays fl-istess lokalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-applikazzjonijiet isiru mir-residenti direttament ma’ Transport Malta. Il-Kunsill Lokali għaddej b’eżerċizzju ta’ verifika ma’ Transport Malta fuq il-parkeġġi riservati fil-lokalità. La darba jkun lest dan l-eżerċizzju l-Kunsill Lokali ser jitlob il-permess biex ineħħi dawk il-parkeġġi li jirriżultaw li ma jkunux in regola.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ kien hemm fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum, li fih il-kunsill approva li tiġi released l-garanzija li kien għamel mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikant ta' żviluppi partikolari wara li l-kunsill iċċertifika x-xogħol biex isiru sew u bla ħsarat fuq l-istess bankini? F'liema toroq kienu l-bankini li għalihom ġew approvati r-releases?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2012 sa llum il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar approva li jiġu released il-garanziji li kienu saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ dawn il-permessi:
a. PA/03678/08 : Barkley Court, Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar ( 16.01.2012 )
b. PA/03891/08 : No 4, Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar ( 02.02.2012 )
c. PA/03618/10 : No 37, Santa Maria, Triq l-Arznell, San Pawl il-Baħar ( 08.02.2012 )
d. PA/02202/07 : Il-Ġifen, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
e. PA/05785/09 : 81 / 83, Tedant, Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
f. PA/05152/09 : Bognor Beach Flats, Plajjet Bognor, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
g. PA/03983/07 : St. Mark, St. Chris Apartments, Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
h. PA/02903/07 : Site at Triq Ċensu Tanti c/w Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar ( 15.03.2012 )
i. PA/04878/07 : Site at Triq il-Preistorja c/w Triq l-Imġiebaħ, San Pawl il-Baħar ( 30.03.2012 )
j. PA/01391/10 : Falinda Crt / 9, Triq Santa Marija c/w Triq Sant Antnin, San Pawl il-Baħar ( 01.06.2012 )
k. PA/02356/10 : 24, Seastar, Triq Għajn Razul, San Pawl il-Baħar ( 05.06.2012 )
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kunsilliera jistgħux jirrekordjaw il-laqgħat tal-kunsilli? Jistgħu dawn l-istess laqgħat jiġu rekordjati permezz ta' tape recorders personali? F'każ li l-laqgħat jiġu rekordjati minn segretarji eżekuttivi, jistgħu dawn ir-recordings jingħataw u jinżammu mill-kunsilliera? F'kull każ jistgħu tali recordings jibqgħu jintużaw għal skop personali mill-kunsilliera, li l-istess kunsilliera jgħaddu dawn ir-recording personali lill-persuni mhux kunsilliera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li skont l-Ordni Permanenti 14A. (9) fis-Sitt Skeda (Artikolu 43) fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali (Kap 363) “Kunsill jista’, b’riżoluzzjoni, japprova r-rekordjar jew reġistrazzjoni oħra ta’ proċedimenti għall-iskop uniku li jiġi faċilitat l-abbozzar tal-Minuti. Dawk ir-reġistrazzjonijiet kollha jistgħu jitħassru wara li l-Minuti tal-laqgħa relattiva jkunu ġew approvati.” Għaldaqstant il-liġi teskludi li kunsillieri jistgħu jagħmlu recordings peress li s-Segretarju Eżekuttiv biss iniżżel il-minuti. Tali recordings ma jistgħux jingħataw lil, jew jinżammu minn, kunsillieri għall-ebda skop u wisq anqas jitgħaddew lill-persuni mhux kunsillieri.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35391, billi jingħad li kull min japplika għandu d-dritt li jingħata permess, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu dawk li applikaw fl-okkazzjoni indikata u kif saru jafu bl-attività li setgħu japplikaw biex jarmaw fiha? Jista jagħti tagħrif dwar kif jiġi reklamati/jew se jiġu reklamanti attivitajiet bħal dawn għall-futur biex min ikun interessat ikun jista' japplika? Kemm minn dawk li applikaw tilfu d-depożitu tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva ħames applikazzjonijiet sabiex jarmaw għall-attività, iżda ramaw erbgħa. Dawn saru jafu bl-attività minn kuntatti li jkollhom mal-organizzaturi ta’ tali attivitajiet. Infurmat ukoll li ħadd ma tilef id-depożitu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) kemm persuni ġew imħarrka b'sewqan bi
speed
eċċessiv bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali;
b) kemm persuni ġew imħarrka għax saqu b'periklu għal sewwieqa oħra bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali; u
ċ) kemm persuni ġew imħarrka għax saqu taht l-effett tal-alkohol bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali — transizzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-ħaddiema tat-Tribunali Lokali f'Malta u Għawdex waqt it-transizzjoni minn Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali u x'qed isir sabiex jiġu integrati f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien ħareġ struzzjonijiet biex l-impjegati tal-Kumitati Konġunti jiġu ntegrati. Struzzjonijiet iktar ċari ħarġu permezz ta’ Memo 7/2012 fejn kien spjegat li t-talbiet għandhom isiru lid-Direttur tal-Gvern Lokali skont it-termini tar-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali (Kumitati Reġjonali). Infurmat ukoll li d-Dipartiment għadu qed jistenna tali talbiet filwaqt li daħal fi proċess ta’ konsultazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ dwar il-possiblità ta’ integrazzjoni. Kull Kumitat Reġjonali għandu jimpjega minimu stabbilit sabiex jiffunzjona t-Tribunal Lokali u jekk jidhirlu li jeħtieġ iktar impjegati dan għandu jsir wara li jikseb l-approvazzjoni Ministerjali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35552 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Billi hemm culvert mikxufa fi Triq il-Ġnien il-Għargħur meta wieħed ikun sejjer lejn Busietta Gardens u billi minħabba d-djuq tagħha spiss ikun hemm il-periklu li xi karrozzi jispiċċaw fil-culvert innifisha, jista' l-Ministru jara li titwaħħal xi gradilja tal-ħadid biex jiġu evitati inċidenti simili peress li dan jiġri l-aktar meta jkunu ġejjini karrozzi minn naħa opposti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Għargħur qiegħed jinvestiga dan l-ilment.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija humiex jieħdu l-passi meħtieġa biex mill-inħawi ta' Lanza, Ħaż-Żabbar, jitneħħew żewġ karozzi u caravan li ilhom pparkjati bla permess għal żmien twil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi dawn il-vetturi u l-caravan tneħħew.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34600 u jinforma lil din il-Kamra kemm saru reati fis-snin 2012 u 2011, lokalità b'lokalità u x'tip ta' reati kienu dawn? Jista' jgħid kemm minn dawn ir-reati kienu solvuti mill-Korp tal-Pulizija kategorija b'kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi r-rejati li ġew irrapurtati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar tas-sena l-oħra sa l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena, klassifikati bil-lokalità u t-tip ta’ rejat irrapurtat. Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34691 u jinforma lil din il-Kamra kemm pulizija weġġgħu u/jew tilfu ħajjithom matul il-qadi ta' dmirijiethom sena b'sena mis-sena 2002 sas-sena 2011? F'liema rank kienu dawn il-pulizija? Isir rapport jew le fuq kull tali inċident li jseħħ mir-rappreżentant tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tal-Korp tal-Pulizija? Jekk isir tali rapport, xi jsir minn tali rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li weġġgħu waqt li kienu xogħol bejn is-sena 2002 u s-sena 2011 huwa skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Għalkemm ma jsirx rapport mir-rappreżentant tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-xogħol tal-Korp tal-Pulizija, għandu jingħad illi kull inċident li jkun irrappurtat minn membri tal-Korp li jweġġgħu waqt li jkunu xogħol, ikun investigat mill-
injuries board
li huwa mmexxi mit-tabib tal-Korp.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li sa ftit taż-żmien ilu l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija kienet ġiet offruta l-pakkett ta' €7 miljuni bħala kumpens għas-sigħat żejda li nħadmu minn membri tal-Korp tal-Pulizija, issa f'daqqa waħda l-Assoċjazzjoni rċeviet korrispondenza fis-sens li l-ebda kumpens ma huwa dovut? Jista' jgħid b'mod ċar u inekwivoku x'se jiġri fuq din il-kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li wara li saret analiżi mill-ġdid tal-provvedimenti tal-Ftehim li kien daħal fis-seħħ f’Ġunju tal-1993, kif ukoll taċ-Ċirkulari tal-Pulizija Numru 63/93 ta’ Settembru tal-istess sena, ġie ikkonfermat li t-talba għal kumpens magħmula mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija għar-rigward ta’ overtime kienet bla bażi. Madankollu, l-Gvern u l-Assoċjazzjoni qegħdin jaħdmu flimkien biex, fl-iqsar żmien possibli, jidħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom tiġi konsolidata l-ħdima tal-Korp tal-Pulizija u jkomplu jitjiebu l-kundizzjonijet tax-xogħol tal-membri tiegħu.