Air Malta — persuna li kienet g·amlet frodi fl-uffi··ju tal-Air Malta f'Londra
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien l-impjegat tal-Air Malta li fis-snin 1992 u 1993 instab ħati li ffroda lill-Air Malta waqt li kien jaħdem fl-uffiċċju tagħha f'Londra? Jista' jgħid x'kienet is-somma li ffroda lill-Air Malta u x'passi ttieħdu mill-Air Malta kontra tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna konċernata nqabbdet li ħadet GBP 50,000. L-Airmalta sussegwentament itterminat l-impjieg ta’ din il-persuna. Minħabba raġunijiet ta’ konfidenzjalita’, l-isem tal-persuna mhux qed jingħata.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36722 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li erba' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin litteralment jiġu mġiegħla jmorru jaħdmu mal-kumpanija ARMS Ltd.? X'inhi r-raġuni li dawn l-istess ħaddiema qegħdin jiġu infourmati li jekk ma jaċċettawx li jmorru jaħdmu mal-ARMS Ltd, huma se jiġu trasferiti biex jaħdmu Malta mal-istess korporazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ix-xogħol li kienu jagħmlu l-ħaddiema kkonċernati f’Għawdex mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma huwa relatat max-xogħol li issa sar parti mill-funzjonijiet tal-Arms. Bħal ma sar f’Malta l-ħaddiema ġew kollha trasferiti mal-Arms. Dan sar bi qbil mal-Union li tirrapreżenta il-ħaddiema.
Estensjoni tal-powerstation — data ta' meta tkun lesta
Question
Jista' l-Ministru jgħid il-kuntratt tal-BWSC f'liema data suppost tkun lesta in full working order l-estensjoni tal-powerstation? F'liema data suppost isir il-pagament finali lill-BWSC tax-xogħol tagħha fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Għawdex — Imġarr - Triq Martinu Garces - bini ta' kamra għall-eletrical switch gears
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-proġett li qiegħed isir fi Triq Martinu Garces, (quddiem l-slip way) fl-Imġarr Għawdex qed tinbena kamra li hi akbar minn normal fejn fiha se jitpoġġa sempliċement eletrical switch gears u pompa tad-drenaġġ, liema kamra apparti li fejn se tinbena se tkun eyesorese tkun ta' inkonvenjent kbir għan-numru ta' residenti li għandhom il-boathouses hemm? Ma jidhirlux li din se tkun ħafna aktar minn dak meħtieġ għal sempliċi switch gears u pompa tad-drenaġġ u li setgħet faċilment tinbena f'post aktar adatt minn dak fejn ippjanat jew li tinbena anki taħt l-art? Jista' jikkonferma li din il-kamra kif se tinbena qatt ma kienet murija, fl-ebda leaflet, dwar dan il-proġett li intbgħatu fid-djar tan-nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat ill dan il-proġett huwa parti miż-“Żewwieqa Rehabilitation Project” li qed isir mal-Ministeru ta’ Għawdex. Il-fossa qed issir taħt it-triq filwaqt li il-kamra fuq l-art hija għal-kontrol ta’ din il-“pumping station”. Il-kamra hija żgħir u hija parti mill-pjanijiet annessi mad-disinn, bil-permessi meħtieġa tal-Mepa u Transport Malta.
Enemalta — digital meters mhux kompatibbli mal-Smart Meter System
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta xtratx digital meters li mhumiex kompatibbli mal-ismart meter system? Jekk iva, kemm minn dawn il-meters inxtraw? Kemm swew flus? X'se jsir minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta ma xtrat ebda digital meters li m’humiex kompatibbli mal-ismart meter system wara li ġie ffirmat il-kuntratt tal-IUBS mal-kumpanija IBM.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36206 u jagħti breakdown tal-ispejjeż li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet relatati mal-events kollha tal-euroelectric? Jista' jgħid min kienu l-kantanti li ħadu sehem f’dan l-event u kemm tħallsu l-kantanti jew l-aġenti tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-ispiza tidhirx ġustifikata meta wieħed iqis il-qagħda finanzjarja prekarja tal-korpoazzjoni bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
JJista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37233 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar minn April ta’ din is-sena sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37232, fejn tlabtu jgħid kemm kien il-valur miżjud gross ras għal ras fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2010 sal-2011 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta kiri, (iv) ta’ negozju, (v) ta’ kummerċ bl-ingrossa, (vi) ta’ kummerċ bl-imnut (vii) ta’ biedja, (viii) ta’ sajd, (ix) ta’ manufattura, (x) ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel; (xi) professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (xii) ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u sapport; (xiii) amministrazzjoni pubblika; (xiii) ta’ ħidma soċjali; (xiv) ta’ arti, divertiment u rekrejazzjoni; (xv) ta’ tiswija vetturi, muturi, oġġetti personali u tad-dar; u (xvi) ta’ kostruzzjoni u peress li jiena tlabtu biex jagħti t-tagħrif ras għal ras u huwa rreferieni għal News Release 244/2011 maħruġa mill-NSO fit-22 ta’ Diċembru 2012 fejn it-tagħrif huwa għal Għawdex kollu u mhux ras għal ras, jista’ jekk jogħġbu jagħti t-tagħrif kif mitlub, jiġifieri ras għal ras u għas-16-il settur identifikat fil-mistoqsija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ras għal ras f’termini ta’ popolazzjoni tista’ tinħadem biss fuq it-total tal-valur miżjud gross fi prezzijiet bażiċi hekk kif muri f’Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni ras għal ras f’termini ta’ min jaħdem bi qligħ (impjegati u min jaħdem għal rasu
)
hija preżentata f’Tabella 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-households li għandhom apparat fotovoltajku u jinsabu issa mqabbda mal-grid tal-elettriku? Qegħdin jingħataw credits fil-kontijiet tagħhom għall-kontribut li qed jagħmlu fil-grid? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx cost/benefit analysis fuq il-binja tal-ex Sptar St Luke's biex din il-binja tintuża għal xi proġett li għandu pjanijiet għalih il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise qed tipprepara development brief dwar użu alternattiv u aktar vijabbli ekonomikament tas-sit tal-Isptar l-antik ta’ San Luqa.
Jista' l-Ministru jara każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat biex idaħlulha s-servizz tal-ilma imma għadu ma sar xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-servizz ta’ l-ilma ġie insallat fit-28 ta’ Settembru 2012.
Jista' l-Ministru jara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma peress li ilu li għamel it-talba tiegħu lill-Arms Ltd żmien twil?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Ninsab infurmat illi l-Golden Shepherd Group, li huma l-operaturi tal-Isptar St. Philips, ma rreġistrawx l-accounts tagħhom mar-reġistratur tal-kumpaniji għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010. Din l-informazzjoni hija pubblika fuq il-website tar-Reġistru tal-Kumpaniji.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — La Vallette Multi Manager Propery Fund tal-BOV
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37012, 36817 u 35701 u cioè:B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li l-biċċa l-kbira tal-mijiet ta’ konsumaturi li għamlu l-ilment tagħhom ta’ misselling mal-Awtorità, ħafna minnhom sa 18-il xahar ilu, jifformaw parti minn dik il-faxxa tal-populazzjoni l-aktar vulnerabbli li tikkonsisti f’ċittadini anzjani li jippruvaw ilaħħqu mal-ħajja fuq il-pensjoni soċjali minkejja l-ispejjeż riżultat tal-mard kroniku tagħhom, u li ħafna minn dawk li ilmentaw – mhux biss il-pensjonanti li ssemmew qabel – għandhom livell akkademiku bażiku u edukazzjoni finanzjarja mill-aktar fqira, u li sa frattant, lkoll ġew kategorizzati bħala “Experienced Investors” mill-Bank of Valletta bl-iskop li jbiegħulhom il-Fond, u li dawn li lmentaw lkoll taw evidenza dokumentata lill-MFSA li la huma investituri ta’ esperjenza fuq livell sostantiv u lanqas wieħed formali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, wara li temmet l-investigazzjoni dwar il-prattiċi mill-Bank of Valletta plc fil-bejgħ tal-La Valette Multi-Manager Property Fund (“il-Fond”), bagħtet rapport dettaljat lil kull investitur.
Dan ir-rapport, li nħareġ skont il-provvedimenti tal-artikolu 19 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, jispjega x’ħareġ u l-konklużjonijiet mill-investigazzjoni tal-Awtorità, għall-benefiċċju tal-investituri u persuni oħra li għandhom interess fil-Fond.
Fid-dawl tar-riżultati msemmija fir-rapport, fl-1 ta’ Ġunju 2012, l-Aworità ħadet azzjoni amministrattiva kontra l-BOV, u applikat piena amministrattiva massima ta’ €203,150 għad-diversi kontravenzjonijiet.
Ninsab infurmat ukoll illi l-Awtorità ma waqfitx hemm, iżda ħarġet Direttiva lill-Bank sabiex jikkopera fir-rigward ta’ eżerċizzju li jinvolvi skrutinju tal-fajls tal-klijenti li nvestew f’dan il-fond. Dan l-iskrutinju qed isir minn ditta indipendenti professjonali u magħżula mill-Awtorità, bl-ispejjeż involuti f’dan l-eżerċizzju jitħallsu mill-Bank. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju hu li jiddetermina l-eżistenza u l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ investituri b’esperjenza miżmuma mill-Bank. Il-Bank ġie ordnat li, meta l-ishma fil-Fond
La Valette Multi-Manager Property Fund
kienu mibjugħa lill-investituri permezz ta’ parir minn konsulenti finanzjarji tal-BOV u fejn il-klijenti ma kinux ta’ esperjenza taħt il-kriterji applikabbli, dawk l-investituri għandhom ikunu intitolati għal kumpens. Dan l-iskrutinju, li diġa beda u miexi bir-ritmu mistenni, għanda titlesta sal-31 Diċembru 2012.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — Investment protection lill-min kellu La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
No question text.
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji hija entità regolatorja u għaldaqstant ma taqax taħt l-influwenza tal-Gvern. L-Awtorità taġixxi skont il-liġi u tirregola is-settur tas-Servizzi Finanzjarji u tħares l-interessi tal-konsumatur.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — BOV LA Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37010, 36815 u 35699 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jista’ l-Ministru javza lill-Kamra għaliex l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta:
a) wara li diġa fit-23 ta’ Awwissu 2011 kienet stqarret f’Media Release tagħhom li “
it has arrived at its conclusions on this matter
”;
b) wara li fit-3 ta’ Novembru 2011 f’Media Release oħra, l-istess Awtorità stqarret li “
the investigations on misselling of the Fund to inexperienced investors it also at an advanced stage and the MFSA shall be communication its final position on this matter to Bank of Valletta by the end of the year
” bla spjegazzjoni u bl-ebda sens ta’ kontabilità bħala awtorità pubblika, għadha tkarkar saqajha u ttawal biex wara dawn ix-xhur kollha r-Rapport għadu ma ħariġtx waqt li l-investituri mġarrba jkomplu jbatu emozzjonalment u materjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi kif ħabbret fl-4 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (l-MFSA), ikkonkludiet l-investigazzjoni dwar kif il-Bank of Valletta plc biegħ units tal-La Valette Multi-Manager Property Fund (“il-Fond”). Fid-dawl tar-riżultati msemmija fir-rapport, fl-1 ta’ Ġunju 2012, l-Aworità ħadet azzjoni amministrattiva kontra l-BOV, u applikat piena amministrattiva massima ta’ €203,150 għad-diversi kontravenzjonijiet.
L-MFSA bagħtet rapport dettaljat, bil-Malti u bl-Ingliż, lil kull investitur fil-Fond, fejn spjegat il-konklużjonijiet mill-investigazzjoni tal-Awtoritá.
L-istess rapport jispjega kif l-Awtorità ħarġet Direttiva lill-Bank sabiex jikkopera fir-rigward ta’ eżerċizzju li jinvolvi skrutinju tal-fajls tal-klijenti li nvestew f’dan il-fond. Dan l-iskrutinju qed isir minn ditta indipendenti professjonali u magħżula mill-Awtorità, bl-ispejjeż involuti f’dan l-eżerċizzju jitħallsu mill-Bank. L-għan ta’ dan l-eserċizzju hu li jiddetermina l-eżistenza u l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ investituri b’esperjenza miżmuma mill-Bank. Il-Bank ġie ordnat li, meta l-ishma fil-Fond
La Valette Multi-Manager Property Fund
kienu mibjugħa lill-investituri permezz ta’ parir minn konsulenti finanzjarji tal-BOV u fejn il-klijenti ma kinux ta’ esperjenza taħt il-kriterji applikabbli, dawk l-investituri għandhom ikunu intitolati għal kumpens. Dan l-iskrutinju, li diġa beda u miexi bir-ritmu mistenni, għanda titlesta sal-31 Diċembru 2012.