Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35396 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

programmi biex persuni jitgħallmu jiktbu u jaqraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema programmi governattivi/edukattivi joffru possibilità għall-adulti (jiġifieri nies ta' iktar minn 18-il sena) li ma jkunux tgħallmu jiktbu u jaqraw biex jitgħallmu jiktbu u jaqraw? Kemm kien hemm adulti li ħadu dawn il-korsijiet sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'età kelhom? Minn liema raħal kienu ġejjin? X'sess kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35455 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti li applikaw għal scholarships

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-kriterji użati biex studenti ggradwati mill-Università jkunu jistgħu japplikaw għal scholarships biex ikomplu l-istudji tagħhom f’universitajiet barra minn Malta? Tista’ għalfejn student li jispiċċa mill-Università ta’ Malta bi grad inqas minn second degree lower, jiġi aċċettat minn università barranija biex jagħmel kors post-grad iżda mhux eligibbli għal fondi ta’ scholarship li qed jamministra l-Gvern Malti jew id-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern qed joffri diversi skemi ta’ boroż ta’ studju. Dawn huma: (a) Malta Government Scholarship Scheme – Post Graduate (MGSS-PG) (b) Malta Government Scholarship Scheme – Undergraduate (MGSS-UG) (c) Strategic Educational Pathways Scholarships (STEPS) (d) Malta Arts Scholarships (e) Malta Sports Scholasrhips (f) Malta Science Scholarships Kull skema għandha l-kriterji differenti biex japplikaw u dawn il-kriterji jinsabu fuq is-sit elettroniku www.myscholarship.gov.mt. Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, l-Onor. Interpellant jidher li qed jirreferi għall-kriterji tal-MGSS-PG u ta’ STEPS. L-Onor. Interpellant jifhem li dawn huma ‘scholarships’ u li allura hemm element kompetittiv minn fost l-aħjar studenti biex ikomplu jeċċellew fl-istudji tagħhom. Nixtieq infakkar li sal-2009, dawn l-iskemi kienu miftuħa għal min għandu Second Class Upper jew ogħla. F’Mejju tal-2010, ftaħna fl-MGSS għal kull min għandu Second Class (jiġifieri bdejna naċċettaw min għandu Second Class Upper u Second Class Lower). F’Novembru 2010, ftaħna anke STEPS għal kull min għandu Second Class. Il-kriterji biex student jiġi aċċettat minn Università huma differenti u varji. Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa miżuri oħra minbarra l-i scholarships , sabiex persuna tiġi mgħejjuna tkompli tistudja. Fost dawn il-miżuri hemm dik ta’ eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul sa massimu ta’ €10,000 skont l-Avviż Legali 427/2010.
Leg 11 PQ #35254 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MEPA — shooting ranges - studju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25687, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-feasibility study indikat fir-risposta għal din id-domanda fil-fatt inbediex u jekk iva meta hu mistenni li jintemm? Jekk għadu ma bediex isir, meta hu mistenni li dan l-istudju jinbeda u jiġu konkluż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) wasal fil-fażi finali biex jaġġudika t-tender għas-sejħa biex jingħataw is-servizzi meħtieġa biex ikun jista’ jiġi kkumpilat l-istudju. Skont l-istess tender l-istudju għandu jkun sottomess lill-KMS sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta tinħareġ l-acceptance letter lill-kumpanija li tkun rebħet it-tender.
Leg 11 PQ #35277 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — nies impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-Public Broadcasting Services bejn l-2008 u 2012, f`liema grad kienu, u jekk l-impjegati bdewx l-impjieg fil-minimu tal-grad tagħhom jew xorta oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35309 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 34594 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34367, tista' l-Ministru tgħid kemm se jieħu żmien il-proċess biex tal-Public Broadcasting Service jiġbru l-informazzjoni mitluba peress li għadda żmien li għamilt din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34367 tas-Seduta 486
Leg 11 PQ #35310 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 34595 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34364, tista' l-Ministru tagħti direzzjoni lill-amministrazzjoni tal-Public Broadcasting Services biex jiġbru l-informazzjoni mitluba billi sempliċiment iħarsu lejn ir-running orders tal-bullettini tal-aħbarijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba teħtieġ ħafna iktar xogħol milli sempliċiment wieħed iħares lejn ir-rundown tal-aħbarijiet. Fl-aħbarijiet jittieħdu deċiżjonijiet editorjali kuljum dwar l-avvenimenti li seħħew u liema minnhom għandhom jidħlu fil-bullettin ta’ dakinhar.
Leg 11 PQ #35320 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

educational psycologiest report

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu bżonn educational psycologiest report u lil ġenituri qalulhom li s-servizz bħal dan idum biex jingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tifel, li d-dettalji tiegħu huma mnizzla separatament, sad-data ta’ din it-tweġiba, ma kienx referut għal servizz ta’ educational psychologist fi ħdan is-Servizz Psikologiku għall-iskejjel (SPS).Għaldaqstant is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel se jaraw kif jistgħu jgħinu f’dan il-każ.
Leg 11 PQ #34367 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru telnka kemm-il darba fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services minn Ottubru 2011 s'issa, ttieħdu kummenti tal-Ministru u Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari? Kemm ittieħdu kummenti minn kelliema tal-Partit Laburista fl-istess perjodu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fit-tmien xhur bejn Ottubru 2011 sat-22 ta’ Mejju 2012 fl-aħbarijiet tat-8.00pm kien hemm 24 kumment tal-Prim Ministru, 97 kumment minn Ministri jew Segretarji Parlamentari, 18 il-kumment mill-Kap tal-Oppożizzjoni u 10 kummenti minn kelliema tal-Oppożizzjoni.
Leg 11 PQ #34737 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — xogħol mogħti minn kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, tista' l-Ministru tgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contractor ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

tagħlim dwar l-ambjent

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx tagħlim kontinwu, organizzat fis-sistema edukattiva tagħna u jekk huwiex parti mit-taħriġ li jingħata lit-tfal tal-iskola b'mod regolari biex t-tfal u żgħażagħ tagħna jitilgħu b'mentalità ambjentalista? Jekk iva, x'taħriġ jingħata f'sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-livell primarju t-tfal jesploraw temi ambjentali bħall-ambjent naturali Malti, it-tniġġis tal-baħar, stili ta’ ħajja u ħarsien ambjentali, ir-riċiklaġġ, il-protezzjoni ta’ l-ambjent għall-kwalita’ ta’ ħajja aħjar, l-impatt negattiv ta’ l-effett serra, id-distruzzjoni tal-foresti u xita aċiduża (acid rain) fost oħrajn, fis-suġġetti ta’ l-Istudju Soċjali u kif ukoll fix-Xjenza. L-għalliema jistgħu jinkludu temi ambjentali fit-tagħlim ta’ suġġetti oħra bħall-Malti u l-Ingliż, b’għażla adegwata ta’ qari/kitba u eżempji. Fil-livell sekondarju numru ta’ suġġetti jinkludu temi ambjentali varji fis-sillabu. Fost dawn insibu s-suġġetti tax-Xjenza Integrata, Bioloġija, Kimika, Fiżika, Ġeografija, Studji Soċjali, Studji Ewropej (European Studies) u Home Economics. Jsir ukoll taghlim mhux formali dwar l-ambjent permezz ta’ programmi bħall-Eko Skola li dwaru ngħata aktar informazzjoni fit-tweġiba PQ numru 35104. Fil-livell post-sekondarju l-istudenti jistgħu jagħżlu li jistudjaw s-suġġett Xjenza Ambjentali (Environmental Science) fl-Livell Intermedjarju. Il-Qafas (Abbozz) tal-Kurrikulu Nazzjonali li ġie mniedi f’Mejju 2011 qed jipproponi l-Edukazzjoni għal żvilupp sostenibbli bħala waħda mill-ħames temi interkurrikulari għal edukazzjoni ħolistika. Dan il-Qafas jaħseb biex din it-tema flimkien ma’ erba temi interkurrikulari oħra jkunu integrati fl-oqsma tat-tagħlim diversi u jipprovdu fergħat li jgħaqqdu flimkien l-oqsma kollha tat-tagħlim.

proġetti fl-iskejjel rigward l-ambjent

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti t-tfal u żgħażagħ tal-iskejjel ipparteċipaw fihom matul is-sena 2011 u fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2012 fuq proġetti ambjentali biex ikomplu jinkoragixxu lit-tfal ikunu iktar konxji tal-ambjent naturali tagħna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35144 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal LSA

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata LSA wara li suppost kellha tidħol fi Frar ta' din is-sena u s'issa għad ma tistax tagħmel dan minħabba li ma ġietx mogħtija LSA skont kif ġie konkluż fir-rapporti li saru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament ingħatat is-servizz ta’ supply learning support assistant (SLSA) li ġiet mpjegata fid-29 ta’ Mejju 2012.
Leg 11 PQ #35167 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

iGaming — Ħaddiema Maltin u barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Maltin u barranin direttament impjegati ma' kumpaniji tal-igaming?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm 2,579 jaħdmu fuq bażi full u part-time (part-time only) fis-settur tal-Gambling & Betting Activities sal-aħħar ta` Diċembru 2011. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ m’għandhiex informazzjoni dwar kemm hawn nies jaħdmu fis-settur tal- igaming biss.

Benefiċċju tad-dawl u ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27444, tista' l-Ministru tgħid jekk dak li intqal fil-mistoqsija parlamentari ġiex imwettaq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.

Smart Kids — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi statistika ta' kemm qed jattendu tfal maqsumin skont id-dħul tal-familja, f'kull ċentru Smart Kids għat-tfal għal matul il-jum sal-aħħar ta' April 2012? Kemm hemm tfal li qed jistennew sabiex jingħataw servizz f'kull ċentru? Fejn huma l-lokalitajiet li se jinfetħu ċentri ġodda din is-sena u s-sena d-dieħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35303 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

klabb tal-football tal-Marsa — ħlas għall-użu tal-grounds

Question

Taħseb il-Ministru li kienet soluzzjoni ġusta dik li l-klabb tal-football tal-Marsa kien qed jintalab iħallas biex jagħmel użu għal ftit hin kuljum minn parti mill-grounds li hemm fil-kumpless sportiv tal-Marsa hekk magħrufa (tal-Ingliżi)? Il-Ministru taħseb li huwa ġust li t-tfal tal-Marsa biex jittrenjaw il-football mhux jitħallew jużaw faċilità fil-lokalità tagħhom imma ngħad lilhom li biex jagħmlu dan iridu jmorru Ħal Kirkop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull entità sportiva li tagħmel użu minn xi faċilita sportiva amministrata mill-Kunsill Malti għall-iSport tħallas b’ rati sussidjati għall-użu tal-faċilitajiet. Fil-fatt il-Marsa FC kienu jħallsu b'rata ta' €23.30 fis-siegħa għall-użu tal-ground tal-football b’turf naturali fil-Kumpless Sportiv Marsa, li bażikament hija mhux biss anqas minn nofs ir-rata kummerċjali ta’ grawnd b’turf sintetiku iżda orħos ukoll mir-rata kummerċjali ta’ 5-a side pitch b’turf sintetiku. Minkejja rata sussidjata b’daqstant mod qawwi l-klabb akkumula arretrati ta' €10,265 bejn Ġunju 2009 u Settmbru 2011. Il-klabb tal-football tal-Marsa ingħata titlu fuq grawnd b’wiċċ sintetiku ta’ 1,400metru kwadru. Dan il-grawnd, 7 a side, qiegħed għalhekk għand il-Marsa Football Club għall-użu esklussiv tiegħu u tat-tfal tan-nursery tiegħu. Għalhekk l-allegazzjoni li t-tfal tal-Marsa mhux jitħallew jużaw faċilita fil-lokalita tagħhom hija kompletament infondata. Il-klabb tal-football tal-Marsa stess, f’Lulju 2011 talab li juża faċilità b'rata orħos minn dik li kien iħallas fil-Marsa u konsegwentement ġie offrut il-grawnd fil-Kumpless Sportiv Kirkop b'rata ta' €10 fis-siegħa flok ir-rata normali ta' €30 fis-siegħa. L-użu ta’ din il-faċilita beda f’Settmbru 2011 iżda l-klabb waqaf jagħmel użu minn din il-faċilita fit-18 ta’ Novembru 2011.
Leg 11 PQ #35304 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Marsa — Kumpless Sportiv

Question

Tista’ l-Ministru tispjega fuq liema linji kummerċjali qed jitmexxa l-Kumpless Sportiv tal-Marsa mill-Kunsill Malti għall-Isports? Kemm hemm għaqdiet u assoċjazzjoni jew klabbs sportivi li qed jagħmlu użu mill-facilitajiet u l-grounds ta' dan il-kumpless? Kemm qed iħallsu għal dan il-ftehim? X’tip t’għajnuna qed jingħataw kull wieħed minnhom minn naħa tal-gvern fil-ħidma tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

ITS — timetables tal-eżamijiet

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-timetables tal-eżamijiet kollha fi tmiem l-ewwel u t-tieni semestru tas-sena akkademika 2010/2011 u 2011/2012 fl-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — 3D concept design għall-kampus design

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kien ikkummissjonat biex jagħmel it-3D concept design tal-kampus il-ġdid għall-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi li ntwera fil-pubbliku waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fl-ITS nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2012? Kemm ġie jiswa biex inħadem? Kif intagħżel min ħejja dan il-mudell?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif diġa’ ġie mwieġeb f’Mistoqsija Parlamentari numru 35030, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bil-periti tagħha ġiet fdata biex tieħu ħsieb il-proġett tal-kampus. Għalhekk it-3D concept design tal-kampus il-ġdid tal-ITS għamlitu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.